Skema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4539, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-iskema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’? Jista’ jgħid x’kienet il-medja tal-għotjiet mogħtija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-Iskema - Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza l-Awtorità tad-Djar kellha 363 talba għas-sena 2022. Il-medja tal-għotjiet kienet is-segwenti:
Kostruzzjoni – €2,550
Finishing - €1,990.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4610, jista’ l-Ministru jwieġeb għaż-żewġ mistoqsijiet li ma rrispondiex, u ċjoè:
a. jekk ir-residenti ta’ dawn il-binjiet kinux infurmati, u jekk iva, kif; u
b. f’liema xahar ser jibdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indirizzi tal-applikazzjonijiet approvati għal-lokalità ta’ San Ġiljan huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Ir-residenti ġew infurmati b’dan permezz ta’ ittra.
BLOKK
TRIQ
LOKALITÀ
DATA TAL-ITTRA
BLOKK G, AREA 20
TRIQ JEAN HOUEL
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
06 TA' APRIL 2022
BLOKK F
TRIQ JEAN HOUEL
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
28 TA' OTTUBRU 2020
BINJA TAL-MEZZANINI, AREA 8, DJAR 1 SA 10
TRIQ LAPSI
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
20 TA' MEJJU 2022 / LAQGĦA MAL-KUNSILL LOKALI DATATA 07 TA' OTTUBRU 2022
BLOKK E
TRIQ ANDRE' MAUROIS
SAN ĠILJAN TA' GIORNI
21 TA' AWWISSU 2020
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 6 - workforce plan
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 6) kien li ser jiġi żviluppat "workforce plan" fejn jiġi allokat in-numru tal-pulizija meħtieġa f’kull qasam fil-Korp, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-pjan sarx u jekk iva jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3980.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 6 - diversità u inklużjoni fil-Korp
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 6) kien li ser jiżdied il-livell ta’ diversità u inklużjoni fil-Korp tal-Pulizija biex ikun hemm rappreżentanza tajba fis-soċjetà Maltija, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-pjan sarx, u jekk iva kif qed jiġi implimentat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3981.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 6 - delegazzjoni ta' awtorità
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 6) kien li ser titħaddem skema fejn jibda jkun hemm delegazzjoni ta’ awtorità f’kull livell fil-Malta Police Force, jista’ l-Ministru jgħid eżattament dan xi jfisser? Din is-sistema, jekk qed tintuża, kif qed tintuża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3982.
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 7) kien li l-Malta Police Force jrid jagħmel ‘competency framework’ bil-għan li jistabbillixxi għodda li tgħin fir-recruitment, taħriġ u performance ta’ kull membru fil-Korp, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-performance management framework huwiex fis-seħħ u jekk iva, huwiex jintuża fil-promozzjonijiet li saru fil-Korp dawn l-aħħar snin? Jekk jeżisti dan il-competency framework, jista’ jitpoġġa kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3983.
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 7) kien li jintgħażlu membri mill-Malta Police Force biex jieħdu sehem f’exchange programmes, jista’ l-Ministru jgħid jekk marrux pulizija f’dawn l-‘exchange programmes’ u jekk iva, kemm minnhom saru u fejn marru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3984.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 7 - recruitment u għażla finali
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 7) kien li jinbidel ir-recruitment u l-għażla finali tan-nies biex jidħlu fil-Korp, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proċess bediex u xi nbidel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3985.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ma sarx dokument uniku bħala viżjoni għall-proġett ta’ rinnovazzjoni tas-swali fl-Isptar Mount Carmel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rinovazzjoni u r-rijabilitazzjoni tal-isptar Monte Karmeli qiegħed isir skont pjan olistiku maqbul mal- management tal-isptar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex stenna li jagħlaq ‘is-service agreement’ f’Settembru 2022 biex beda proċess biex isir kuntratt ġdid? Fiex wasal il-proċess u sakemm jinbeda l-kuntratt ġdid, kif ser jitmexxa dak preżenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jidentifika għal liema service agreement qed jirreferi?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm kuntratt skadut tas-servizzi tas-sigurtà, anke wara l-estensjonijiet li ngħataw sa Marzu 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema kuntratt qed jirreferi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twaħħlu sistemi tal-kameras tas-sigurtà (CCTVs) f’dawn l-aħħar erba’ snin? Jista’ jgħid f’liema swali twaħħlu u f’liema le?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema entita’ qiegħed jirreferi għaliha.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-sistema tal-cameras (CCTV) mhix waħda ċentrali iżda waħda individwali? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan u meta se jsir biex ikun hemm sistema ċentralizzata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema entita’ qiegħed jirreferi għaliha.
Sptar Mount Carmel – sistemi ta’ cameras tas-sigurtà
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk twaħħlux sistemi ta’ cameras tas-sigurtà ġodda fil-ġonna biswit is-swali tal-Isptar Mount Carmel fl-aħħar erba’ snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar erba snin twaħħlu numru ta’ cameras tas-sigurta fil grounds ta’ l-isptar u ġew upgraded xi wħud mil-cameras tal-Main Garden.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - persuni li jaħdmu bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – persuni li jaħdmu bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - persuni li jaħdmu bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?