Eżerċizzju ta’ mapping fir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5202 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport jew estratt minnu li juri l-eżerċizzju ta' mapping dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-Riċerka u fl-Innovazzjoni sabiex fuqu ġiet mibnija l-istrateġija ppreżentata għas-snin 2023-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument voluminuż jinsab fid-dominju pubbliku u jista’ jiġi aċċessat minn fuq il-website tal-Kummissjoni Ewropea taħt it-titlu “Peer Review of the Maltese Research and Innovation system”.
Tista' l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għala d-dawl pubbliku fil-maġġoranza tal-ewwel parti ta' Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar (minn fejn ir-roundabout ta' Erba' Mwieżeb) jinsab mitfi, filwaqt li tieħu l-azzjoni neċessarja biex id-dawl pubbliku hawnhekk jerġa’ jkun mixgħul?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Enemalta kellha żewġ notifiki li saru mill-istess persuna għal dawl mitfi f’din it-triq f’Burmarrad. Waħda saret fl-10 ta’ Jannar 2023 li ssewwiet dakinhar stess u oħra li saret fis-26 ta’ Jannar 2023 u ssewwiet l-għada fis-27 ta’ Jannar 2023.
Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla – proġett ta’ bini ta’ housing
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-proġett ta’ bini ta' housing ġewwa Taċ-Ċawla, ir-Rabat Għawdex li kien issemma fl-2019 u jekk dan jaqax taħt il-Ministeru tiegħu jew taħt l-Awtorità tad-Djar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġew sottomessi l-pjanti lill-Awtorita tal-Ippjanar u nħarġu l-permessi meħtieġa biex ikun jista' jinbeda x-xogħol, il-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa għall-offerti u din kienet maqsuma fi tlieta. It-tender tikkonsisti f’xogħol ta’ kostruzzjoni, finishing u M&Es. Bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti kollha meħtieġa biex jinbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq l-istess proġett.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddew il-Medical Board mill-2021 sa kemm tiġi mwieġba din id-domanda u kemm hemm minnhom li reġgħu bdew jaħdmu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li kien hemm 75 impjegat tac-Ċivil li għaddew il-Medical Board mill-2021 u ħadd minnhom ma reġa' beda jaħdem maċ-Ċivil.
Servizz tal-153 – telefonati fuq kwistjonijiet relatati ma’ akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-153 li jistaqsu fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li kien hemm 198 telefonata fuq l-153 li staqsew fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fi tliet snin.
Tqassim ta’ fondi għal ħidma tal-ġurnaliżmu stampat
Question
B'referenza għall-istqarrija li kienet saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru nhar il-21 ta' Mejju 2022 dwar il-fond ta' €500,000 biex isostnu l-ħidma tal-ġurnaliżmu stampat, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu dawn il-flus?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tas-sentenza mogħtija llum dwar kumpens lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qiegħed iħallas dan il-kumpens, jekk hux il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jew iċ-ċittadin Malti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta' proċeduri ġudizzjarji li mhumiex konklużi.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid x’kienet il-kariga tal-persuna li mexxiet l-inkjesta interna fl-iskola fejn sar l-abbuż sesswali f'Diċembru 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga tal-persuna li qed tmexxi l-inkjesta hija dik ta’ Direttur fis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid meta se jiġi ppubblikat ir-rapport tal-inkjesta interna dwar il-każ ta’ abbużż sesswali f'Diċembru 2022, fil-Parlament?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq l-inkjesta għadu għaddej.
To ask the Minister, since Government policy does not allow for a parent who does not earn the median wage (plus 20% for each dependent) to apply for family reunification, how many decisions have there been in which a minor (under 18) was refused residence, on the basis of family reunification, in the last five years?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730, 4034, 4251, 4608, 4831, 4884 u 4921 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li l-Onor. Interpellant hu diġà fil-pussess tal-pjani għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-istudji kollha li saru b’konsegwenza, jien infurmat li dawn swew €345,000.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4943 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola għamlet fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2022-23?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 48 skola għamlu fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2022/23.
Skejjel li ma għandhomx servizz ta’ lift jew turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4944 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali iżda anke kull blokka fejn hu relevanti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 5803
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4405 dwar Line Item 5803 fl-Estimi tal-Bagit 2023, ‘Community Inclusive Employment Scheme’, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex kien hemm tnaqqis ta’ €150,000 fuq l-estimi tas-sena l-oħra? Jista’ jgħid kif ser jagħmel tajjeb għal dan it-tnaqqis fid-dawl li fit-tweġiba tiegħu assigura lill-ħaddiema kollha tal-Community Inclusive Employment Scheme (C.I.E.S.) li ser jinżammu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li qed issir l-assigurazzjoni li l-ebda impjieg tal-ħaddiema tal-Community Inclusive Employment Scheme mhu ser jintilef minħabba l-fatt li s-sena l-oħra sar advance payment li jkopri parti mill-ħlas dovut għas-sena kurrenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta/Għawdex li huma fuq is-servizzi soċjali? Jista’ jagħti l-kategoriji kollha ta’ dawn is-servizzi soċjali u jgħid kemm hemm persuni f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.