Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Luċija – Triq il-Ġnien – xogħlijiet fuq blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu u x’xogħlijiet huma previsti li jsiru tul din is-sena fi Blokk I, Triq il-Ġnien, Santa Luċija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Blokk 1 fi Triq il-Ġnien, Santa Luċija, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanant li jsiru tiswijiet f’numru ta’ gallarijiet li ġew irrappurtati mill-inkwilini minħabba ħsarat strutturali, tiswijiet fl-opramorta tal-Blokk kif ukoll ser jinbidlu l-aperturi fil-komun tal-Blokk.

Raħal Ġdid – Għajn Dwieli – Manutenzjoni ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xoghol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-appartamenti tal-Gvern li hemm faċċata tal-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, billi ma jidhirx li huma inklużi fil-programm annwali?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-indirizz inkwistjoni.

Fgura — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Fgura fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew feruti u/jew mietu kawża ta’ dawn l-inċidenti? Jista’ jgħid ukoll kemm pedestrians ġew milqutin waqt li qed jaqsmu t-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5690 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Fgura — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Fgura fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew feruti u/jew mietu kawża ta’ dawn l-inċidenti? Jista’ jgħid ukoll kemm pedestrians ġew milqutin waqt li qed jaqsmu t-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Banek – tneħħija ta’ kontijiet bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex jiġi protett il-konsumatur in vista tal-fatt li membri varji mill-komunità kummerċjali sabu li numru ta’ banek qegħdin ineħħu kontijiet bankarji b’deċiżjonijiet unilaterali mingħajr ma jkun ingħata pre-avviż?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Fgura – inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Fgura fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew feruti u/jew mietu kawża ta’ dawn l-inċidenti? Jista’ jgħid ukoll kemm pedestrians ġew milqutin waqt li qed jaqsmu t-triq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sistema tal-Pulizija jirriżulta illi l-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku li l-pulizija proċedew fuqhom fil-Fgura fis-snin 2021 u 2022, kien tlieta u tletin (33) u wieħed u erbgħin (41) rispettivament. L-ammont ta’ persuni li ġew feruti f’dawn l-inċidenti li jammonta għall-sebgħa u għoxrin (27) fis-sena 2021 u li minnhom erbgħa (4) kienu pedestrians. Fis-sena 2022 kien hemm ħamsa u tletin (35) persuna li ġew feruti, li minnhom sitta (6) kienu pedestrians. Ma kienx hemm imwiet kawża ta’ dawn l-incidenti. Dwar il-pedestrians li ġew milquta f’dawn l-inċidenti, l-ammonti indikati mhux neċessarjament kienu dawk ta’ persuni li kienu qed jaqsmu t-triq biss. Ma' dawn il-figuri kien hemm ukoll mitejn u wieħed u għoxrin (221) inċident ieħor li seħħew fl-istess lokalita fis-sena 2021 u mitejn u disgħa u erbgħin (249) li seħħew fis-sena 2022, liema inċidenti ġew trattati minn uffiċjali tal-LESA.

Ġbir extra ta' boroż suwed

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsilli Reġjonali humiex ser ikunu qegħdin jagħmlu ġabra extra ta' boroż suwed kif, pereżempju, kien jagħmel il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar wara li l-ġbir tal-borża s-sewda kien naqas għal tliet darbiet fil-ġimgħa, issa li dan il-ġbir naqas għal darbtejn fil-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġbir tal-iskart huwa regolat bi skeda nazzjonali. Din l-iskeda dwar il-ġranet tal-ġbir tal-iskart hi waħda uniformi għal Malta u Għawdex, u dan skont il-Works Management Plan nazzjonali. Naturalment l-awtoritajiet qed isegwu l-andament li jrid jingħad li sa issa kien wieħed pożittiv.

Kunsilli Lokali — By-laws

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5509 dwar bye-laws, jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-tliet bye-laws li saret referenza għalihom fit-tweġiba u liema kunsill lokali ppreżenta kull waħda minn dawn il-proposta ta' bye-law?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bye laws inkwistjoni huma kif ġej: 1. Bye Laws dwar Latrini – Kunsill Lokali Marsaxlokk 2. Bye Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem – Kunsill Lokali Marsa 3. Bye Laws dwar Użu ta’ Faċilitajiet – Kunsill Lokali Fontana

Permess — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5507, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-gazzetta tal-Gvern li fiha dehret l-applikazzjoni tal-easement għall-permess li saret referenza għalih fil-mistoqsija parlamentari 5507? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk it-talba għall-easement ġietx aċċettata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-estratt mill-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Settembru 2022 fejn fiha deher l-avviż qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għall-ħaddiema taċ-Ċivil fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokument li diġà huwa pubbliku u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rigward il-ħaddiema fl-entitajiet fi ħdan l-istess dekasteru, it-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għas-Saħħa — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 5724, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll il-policy adottata mill-FMS.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 5724, t-tagħrif dwar policies differenti addottati minn entitajiet differenti ser ikunu qegħdin jinġabru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724 tal-istess Seduta.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724. B’żieda ma dan, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru tiegħi, hija il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali li għandha Anti-Harassment Policy għal fuq il-post tax-xogħol, liema kopja ser tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 5724 kif ukoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Disciplinary Procedures Policy tal-Malta Food Agency (MFA).

Żieda fil-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li ħadu ż-żieda ta’ €2.60 fil-pensjoni imma ma ħadu xejn mid-€9.90 għall-għoli tal-ħajja? Jekk hemm xi każijiet, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni prinċipali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

ERA – Pjazza Prinċipali tal-Mosta — proġett

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'xi mod jew ieħor, tat il-go-ahead sabiex bħala riżultat tal-proġett li qed isir, l-ilma mill-pjazza prinċipali tal-Mosta jintefa' f'Wied il-Għasel? Jekk ingħata dan il-go-ahead, b'liema mod ingħata? Sar xi tip ta' studju, u jekk iva, jista' r-rapport jitpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet konsultazzjoni mingħand Transport Malta fuq l-applikazzjoni RWP1_22_02372 għal xogħlijiet fil-pjazza tal-Mosta u f’toroq oħra madwarha. Ix-xogħlijiet indikati jinkludu ukoll tkabbir ta’ katusi eżistenti li diġà jwasslu l-ilma tax-xita lejn l-istess parti tal-wied. L-ERA ma kellhiex oġġezzjoni għal dawn ix-xogħlijiet diment li jkunu segwiti ċerti kundizzjonijiet u limitazzjonijiet. Ir-risposta tal-ERA ngħatat permezz tal-portal uffiċjali għal dawn l-applikazzjonijiet, li hu amministrat minn Transport Malta.

Proġett tal-Mosta – konsultazzjoni mis-Sezzjoni tal-Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma ma’ min saret konsultazzjoni mis-Sezzjoni tal-Ilma tax-Xita fi ħdan it-Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita meta resqet il-proposta tal-istorm water management il-ġdida fil-Mosta lil Infrastructure Malta? Jista' jippreżenta r-rapporti u/jew studji li saru qabel ma ġie deċiż li l-ilma jintefa' f'Wied il-Għasel u x'alternattivi kienu ikkunsidrati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qiegħed jinġabar.

Bdil ta’ Liġi sabiex jinbidlu l-pjanti għal bini għoli

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proċess sabiex tinbidel il-liġi sabiex jinbidlu l-pjanti u tiżdied il-possibilità li f'uħud mill-oqsma industrijali jkun jista' jsir bini għoli (high rise) permezz ta' DNO, għadux għaddej?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tal-2022 biex tiġi emendata l-liġi sussidjarja S.L.552.08 magħrufa bħala l-Ordni ta’ Notifikazzjoni dwar Żvilupp ma tippermettix li jsir bini għoli (high rise) fl-ebda qasam industrijali. Wara l-konsultazzjoni pubblika fuq l-emenda u l-approvazzjoni tat-tali emenda mill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-proposta għat-tibdil fil-liġi sussidjarja tinsab għall-kunsiderazzjoni tal-Ministru.