B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32680, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx inħareġ tender għat-tibdil tal-pedestrian overpass lifts u l-maintenance u l-upkeep tagħhom minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jekk iva, fiex wasal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħareg tender għal tlettax-il lift. It-tender jinkludi tibdil tal-liftijiet eżistenti għal dawk ġodda u manutenzjoni għal għaxar snin. Ix-xogħol beda fuq l-ewwel tlett liftijiet tal-Marsa Racecourse Street (orange bridge) u wkoll fuq il- lift ta’ Marsascala, Triq Santa Tereza.
ERA - Ħaddiema tal-kuntrattur - Kwistjoni industrijali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kwistjoni industrijali li kien hemm mal-ħaddiema tal-kuntrattur li jaħdmu mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġietx riżolta? Jekk le, meta hu mistenni li tiġi riżolta, u fejn waslu t-taħdidiet? Jekk iva, tista’ tgħid kemm damet għaddejja l-kwistjoni industrijali, u kemm kien hemm ħaddiema milquta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mhix involuta fil-kwistjoni msemmija peress li din hija materja bejn kuntrattur privat u Union tal-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872, 32170, 32290 u 32675 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Baġit 2026 - Intangible Cultural Heritage Programme u Tangible Cultural Heritage Programme
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32607 u jagħti tagħrif dwar il-Line item 5263 ‘Intangible Cultural Heritage Programme’ u Line item 5264 ‘Tangible Cultural Heritage Programme’ imsemmija fl-estimi finanzjarji tal-Baġit għas-sena 2026 u x’sar diġà? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-għanijiet u l-kisbiet li saru s’issa fuq dawn iż-żewġ programmi rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-line vote dwar il-wirt intanġibbli jintuża fuq inizjattivi biex ikunu mistħarrġa elementi ġodda li jitniżżlu fuq l-inventarju nazzjonali u applikazzjonijiet ġodda mal-UNESCO, inizjattivi biex l-elementi eżistenti jkunu salvagwardjati u jitkattar l-għarfien dwarhom lokalment u internazzjonalment, kif ukoll inizjattivi oħrajn marbutin mal-promozzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt ħaj ta’ pajjiżna. Fost oħrajn, l-organizzazzjoni tal-festa ta’ San Girgor, li saret ċelebrazzjoni tal-wirt ħaj Malti, il-kompetizzjoni u l-esibizzjoni annwali tal-presepji, taħdidiet fl-iskejjel, pubblikazzjonijiet għat-tfal, u r-rappreżentanza ta’ Malta f’fora internazzjonali b’rabta mal-wirt ħaj. Bl-istess mod, il-line vote dwar il-wirt tanġibbli jintuża għal skopijiet ta’ riċerka, fosthom biex kien imfassal il-Management Plan tal-Belt Valletta, isiru State of Conservation Reports, u tinżamm network ħajja ma’ entitajiet u organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ patrimonju; kif ukoll fuq inizjattivi li jkattru l-għarfien tal-pubbliku u jikkuntestwalizzaw il-patrimonju f’qafas aktar wiesgħa ta’ diskors dwar sfidi bħalma huma l-bidla fil-klima u l-iżvilupp soċjali u komunitarju.
Birkirkara - Kulleġġ Santa Tereża, Mrieħel - Servizz ta’ canteen
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32605 u jgħid għaliex matul din is-sena skolastika ma hemm l-ebda servizz ta’ canteen fil-Kulleġġ Santa Tereża, Mrieħel, f’Birkirkara u li bħalissa hemm biss magni tal-bejgħ awtomatiku li ma jipprovdux ikel sħun? Jista’ jgħid ukoll jekk l-iskola hix se tikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi, jew li jerġa’ jibda jopera l-canteen sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jixtru jew ikollhom aċċess għall-ikel matul il-breaks?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa qed isir ristrutturar sħiħ tal-post minn fejn kien jipprovdi s-servizz, b’hekk b’mod temporanju, is-servizz kellu jieqaf.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma stmati t-talbiet tal-kredituri li qegħdin għand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex jitħallsu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru taħt il-kappa tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f’dawn l-aħħar tliet snin u liema huma l-proġetti li għadhom iridu jitwettqu? Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm huwa stmat kull proġett;
ii. kemm diġà tħallsu;
iii. liema talbiet għal ħlasijiet għadhom pendenti; u
iv. meta huwa stmat li se jitħallsu l-kredituri ta’ kull proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru taħt il-kappa tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f’dawn l-aħħar tliet snin u liema huma l-proġetti li għadhom iridu jitwettqu? Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm huwa stmat kull proġett;
ii. kemm diġà tħallsu;
iii. liema talbiet għal ħlasijiet għadhom pendenti; u
iv. meta huwa stmat li se jitħallsu l-kredituri ta’ kull proġett?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Mejju 2024, f’Jannar 2025, f’Mejju 2025 u f’Novembru 2025? Jista’ wkoll jagħti dettalji jekk u għaliex hemm diverġenzi kbar minn sitwazzjoni ta’ profitt qawwi għal qagħda ta’ insolvenza?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Mejju 2024, f’Jannar 2025, f’Mejju 2025 u f’Novembru 2025? Jista’ wkoll jagħti dettalji jekk u għaliex hemm diverġenzi kbar minn sitwazzjoni ta’ profitt qawwi għal qagħda ta’ insolvenza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk approvax l-għoti ta’ finanzjament addizzjonali lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tagħha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32180, 32438 u 32602 u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Bormla u x’inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol fuq is-service culvert għall-istess binja ilu wieqaf għal diversi xhur? Jista’ wkoll jara li l-aċċess bil-vettura f’din iż-żona jingħata lura mill-aktar fis?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-company announcement li ħarġet Malita Investments p.l.c. fl-4 ta’ Diċembru 2025, fejn ġie kkonfermat li x-xogħlijiet huma temporanjament sospiżi wara review strateġiku. Fl-istess ħin, il-kumpanija tinsab f’diskussjonijiet attivi sabiex tiġi żgurata s-soluzzjoni finanzjarja meħtieġa biex ix-xogħlijiet jerġgħu jibdew, bil-għan li l-proġett jitkompla fl-interess tal-familji li se jibbenefikaw minn din l-akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi fil-Fond għall-Kawżi Soċjali preżentement u kemm tqassmu flus minn dawn il-fondi matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena, u f’kull każ jgħid lil min ingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura li biha persuna tista’ tapplika biex tibbenefika minn dawn il-fondi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Kuntratti ta’ Kera
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21944, 22497, 24080 u 32165 u jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023, 2024 u 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21941, 22498, 24079 u 32166 u jgħid kemm minn dawn il-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) nħatru wara sejħa pubblika u kemm minnhom ma ntgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21939, 22501, 24077 u 32167 u jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023, 2024 u 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32190 u jagħti rendikont tan-nefqa tal-Valletta Management Plan matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Peress li s-sena 2025 għadha mhux konkluża, r-rendikont tan-nefqa ma jistax jingħata, pero l-Onor. Interpellant jista’ jara l-budget allokat għall- Valletta Management Plan fl-estimi għas-sena 2025 li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32479 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32154 dwar jekk saritx sejħa pubblika għal għotjiet ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul is-snin 2024 u 2025, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont ta’ min kienu l-benefiċjarji tat-tliet Support Programmes u tat-tliet Support Schemes imsemmija fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-għotjiet li ngħataw rispettivament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programmi ġew imnedija b’mod uffiċċjali fid-9 ta’ Ġunju 2025 u l-programmi flimkien mal-linji gwida ġew imtellgħa fuq is-sit tal-Awtorita’ fl-istess ġurnata. Il-lista tal-benefiċċjarji hija kummerċjalment sensittiva u ma tistax tingħata.
KM Malta Airlines – Statutory Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32722 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32480, jista’ l-Ministru jispjega għaliex mhux qed issir referenza għall-artikolu 182(3) tal-Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta ai termini ta’ liema “Meta l-ewwel żmien tal-kontijiet tal-kumpanija jkun żmien ta’ iktar minn tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha, iż-żmien li xort’oħra jkun permess għat-tqegħid quddiem il-kumpanija u l-approvazzjoni f’laqgħa ġenerali ta’ kontijiet annwali jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li bihom iż-żmien tal-kontijiet rilevanti jkun itwal minn tnax-il xahar.” ? Jista’ l-Ministru jikkonferma li in vista ta’ dan l-artikolu tal-liġi li japplika fiċ-ċirkostanzi tal-Każ tal-KM Malta Airlines Plc, l-iStatutory Financial Statements kellhom jiġu approvati sal-31 ta’ Awwissu 2025 u sottomessi lill-Malta Business Registry sat-12 ta’ Ottubru 2025, liema perjodu fil-fatt skada u mhux kif erroneament indikat fl-istess tweġiba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.