Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – ħaddiema bit-teleworking
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċajli, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – ħaddiema bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – ħaddiema bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkun lest il-Club tar-Regatta tal-Birgu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-binja tal-Club tar-Regatta tal-Birgu huwa lest, filwaqt li s-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ finishes u x-xogħol mekkaniku u elettriku għalqet fil-25 ta’ Jannar 2023. Wara li ssir l-evalwazzjoni tal-offerti, issir ir-rakkomandazzjoni, jgħaddi l-perjodu tal-Appell u wara li jiġi ffirmat il-kuntratt, il-kuntrattur għandu erba’ u għoxrin ġimgħa biex ilesti x-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li ż-żona li tmiss mal-Iskola Primarja ta’ Bormla li twaqqgħet (naħseb mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi) xi snin ilu sabiex isir żvilupp biex jitgawda mir-residenti, xi darba ssir u mhux tibqa’ f’din it-telqa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett imsemmi ma sarx mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u b’hekk nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kottonera – Kumpless Sportiv — Proġett għall-bini ta’ park ta’ avventura għall-familja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress sabiex il-proġett imsemmi fil-Baġit għas-sena 2020, li jinbena park ta’ avventura għall-familja kollha fil-Kottonera fiż-żona tal-Kumpless Sportiv, ikun jista’ jibda x-xogħol għalih?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4734 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li kien skada fl-2020 ingħatax wara sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta nħarġet din is-sejħa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4888 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram preżenti tal-Malta Film Commission u jippubblika lista tal-pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Malta Film Commission, il-paga, allowances u benefiċċji oħra mħallsa għal kull pożizzjoni u jgħid jekk il-persuna f’impjieg għal kull pożizzjoni hijiex f’kuntratt definit jew indefinit?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istruttura preżenti tal-Malta Film Commission hija s-segwenti:
§ Film Commissioner
§ Strategic Planning Manager
§ Marketing Senior Executive
§ Administration Manager
§ Facilities Manager
§ Senior Executive
§ Policy Manager
§ Stakeholder Relations Manger
§ Tank Operators
§ Clerical Officer
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4891 u jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni biex ikunu ġudikanti tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-presepji u jekk kienx hemm nutar li ħa ħsieb il-proċess tal-kompetizzjoni? Jista’ jsemmi min huma l-ġudikanti u l-kompetenza li għandhom fuq dan il-qasam?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kriterji li fuqhom intgħażlu l-ġudikanti tal-kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji ġew imfassla wara konsultazzjoni li d-Direttorat tal-Kultura kien għamel mal-presepisti kif ukoll ma’ artisti u dilettanti.
Infurmat li l-ġudikanti huma nies kompetenti f’dan il-qasam li saħansitra attendew diversi korsijiet kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, ġudikanti li ġew fl-ewwel postijiet f’diversi f’kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji kif ukoll ġudikanti li huma midħla sew ukoll fil-qasam tal-kultura.
Fuq nota finali, infurmat illi fil-fażi tal-ġbir u l-għadd tal-punti kien hemm il-preżenza ta’ avukat tad-Direttorat tal-Kultura sabiex ssorvelja l-process relattiv u assigura process ġust.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4892 u jgħid kemm ġiet l-ispiża totali fejn jagħti break down tal-ispejjeż fosthom il-fotografija u oħrajn tal-iskultura mqiegħda fi Ġnien Sa Maison minn Ugo Rondinone? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriterji ntgħażel l-artist? Jista’ jgħid kemm kienet il-miżata tal-artist inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-alloġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq ix-Xogħol artistiku (VAT inkluż) kienet kif ġej:
Eva Galerie (Artwork) 383,884.00
Insurance 2,775.00
Agius Stonework 32,957.40
Attrans Transport 4,845.08
Sway Brothers – Għodda 328.04
Rigward l-għażla tal-installazjoni, infurmat li din saret mill-Kumitat Kreattiv tal-MICAS li jagħżel l-artisti li ħa jiġu kkummissjunati jew li mingħandhom ħa tiġi mislufa l-biċċa xogħol artistika. Infurmat ukoll li x-xiri kollu msemmi hawn fuq ġie approvat wara l-proċeduri neċessarji mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Intant infurmat ukoll li dan ix-xogħol artistiku llum huwa stmat li fis-suq jiswa €700,000.
MCC – Valletta Cultural Agency – proġett tal-Opera Written on Skin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tal-Opera ‘Written on Skin’ tal-kompożitur George Benjamin li kienet se tittella’ mill-Valletta Cultural Agency f’Dar il-Mediterran (u li minħabba l-pandemija kellha tiġi streamed online u mxandra fuq it-TV) ma saritx u l-kunċert li kellu jittella’ (ukoll streamed u mxandar) minflokha, ma sarx lanqas? Jista’ jagħti r-rendikont tal-ispejjeż li ħarġet il-Valletta Cultural Agency, fosthom tal-kantanti u d-direttur tal-orkestra kif ukoll għall-ivjaġġar u l-akkomodazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kif kien imħabbar pubblikament, l-opera ‘Written on Skin’ tal-kompożitur George Benjamin ma kinitx saret għaliex, sfortunatament, numru konsiderevoli ta’ mużiċisti mill-MPO kellhom jassoġġetaw ruħhom fi kwarantina, kemm minħabba każijiet ta’ mard tal-COVID-19 kif ukoll minħabba kuntatt li seta’ kien hemm mal-istess każijiet ta’ mard, u dan skont kif kien mitlub mir-regoli sanitarji fis-seħħ dak iż-żmien u fuq il-parir mogħti mill-awtoritajiet tas-saħħa. Għalhekk, minħabba dawn iċ-ċirkostanzi ma setgħetx tiġi eżegwita l-opera.
Intant minflok ‘Written on Skin’ kien ittella’ kunċert imsemmi ‘Songs of Hope’ li ġie mxandar fuq TVM fl-ewwel ta’ Mejju 2021.
Fir-rigward tal-ispejjez relattivi, infurmat li dawn kienu skont kif gej:
Servizz
Total
Surmast
€18,000.00
Direttur tax-Xenografija
€4,387.82
Orkestra
€42,721.86
Sopran
€10,000.00
Baxx
€10,000.00
Tenur
€6,300.00
Kontra-Tenur
€10,000.00
Mezzo
€6,000.00
Pjanista
€5,490.00
Sound Engineer
€6,541.19
Post-produzzjoni għax-xandir
€11,564.00
PBS
€2,655.00
Teatru
€25,147.57
Drapp għax-xenografija
€961.70
Audio
€5,758.40
Fjuri
€102.00
Drittijiet
€305.72
Akkomodazzjoni
€4,193.37
Testijiet PCR
€480.00
Titjiriet tal-ajru
€3,112.72
L-ammonti jinkludu l-VAT kif ukoll it-taxxa ta' 10% tal-intratteniment
pagabbli Malta skont Artiklu 18(a) tal-KAP 123 tal-Liġijiet ta' Malta
fejn applikabbli.
Belt Valletta – Knisja tad-Dumnikani – Requiem ta’ Mozart
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-Requiem ta’ Mozart li ġiet imtella’ mill-Valletta Cultural Agency is-sena l-oħra, nhar it-2 ta’ April 2022 fil-Knisja tad-Dumnikani l-Belt Valletta? Jista’, jekk jogħġbu, jagħti kontijiet separati tal-kantanti, tad-direttur tal-orkestra, tal-Malta Philharmonic u tal-Kor tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia, inkluż spejjeż ta’ akkomodazzjoni u titjiriet tal-ajru?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Servizz
Total
Sopran
5,900
Mezzo Sopran
5,989.89
Baritonu
4,720
Tenur
8,850
Kor
47,200
Surmast
11,800
Orkestra
15,965
Akkomodazzjoni
19,289
Trasport
542
Titjiriet tal-Ajru
6,400.63
Pjattaforma għall-kor fil-knisja sabiex ikun hemm id-distanza sanitarja meħtieġa
5,841
Sigurtà
188.61
Dwal
572.3
Filming
1,056.10
Stampar
677.61
Knisja ta' San Duminku
1,500
Fjuri
88.78
L-ammonti miġjuba jinkludu l-VAT kif ukoll it-taxxa ta' 10% tal-intratteniment
pagabbli Malta skont Artiklu 18(a) tal-KAP 123 tal-Liġijiet ta' Malta
fejn applikabbli
Valletta Cultural Agency – Kunċert tat-Tenur Josè Cura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Kunċert tat-Tenur Josè Cura li ġie mtella’ mill-Valletta Cultural Agency fit-2 ta’ Ottubru 2022? Jista’, jekk jogħġbu, jagħti kontijiet separati tal-kantant kif ukoll tal-parteċipanti, li d-dettalji dwarhhom qed jingħataw separatament, inkluż spejjeż ta’ akkomodazzjoni u titjiriet tal-ajru?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Servizz
Total
Kantant
13,110.98
Titjiriet tal-ajru
328.00
Akkomodazzjoni
1,352.50
Pjanista
4,800
Attriċi
3,000
Traduzzjoni
4,500
Surtitli
200
Drittijiet
1,021.14
Rekordjar
700
Stampar
1,800
Fjuri
250.8
L-ammonti miġjuba jinkludu l-VAT kif ukoll it-taxxa ta' 10% tal-intratteniment pagabbli Malta skont l-artikolu 18(a) tal-Kap. 123 tal-Liġijiet ta' Malta fejn applikabbli.
Infurmat li bħala parti minn ftehim ta' kollaborazzjoni bejn Entitajet Pubbliċi Kulturali, ma nżammet l-ebda kirja għall-użu tat-teatru fejn ittella' l-kunċert.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti? Kemm hija l-medja li wieħed idum jistenna biex jagħmel din l-operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara? Kemm hija l-medja li wieħed idum jistenna biex jagħmel din l-operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid, mill-ġurnata li bdiet titħaddem l-iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb sal-lum, kemm daħlu rapporti ta’ ħsarat relatati mar-Reverse Vending Machines (RVMs)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-Ministeru jirrikonoxxi li fl-ewwel ftit ġimgħat jista’ jagħti l-każ li kien hawn numru ta’ RVMs b’xi problemi, però tajjeb niġbdu l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li la l-Ministeru u lanqas l-Aġenzija Ekonomija Ċirkulari Malta mhuma involuti fl-operat tal-magni tal-iskema. Tajjeb insemmu li l-ħsara li potenzjalment jista’ jkollhom il-magni hija responsabbiltà tal-Operatur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-każ li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament u kemm ilu pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-fajl imsemmi (A/104/2005) jifforma parti minn numru ta’ fajls li jikkorrispondu flimkien għal żona ta' 'l fuq minn 1,058,000 metri kwadri. Preżentament l-Uffiċċju Konġunt qiegħed fil-process li jivverifika u jirreġistra l-imsemmija proprjetà f’isem il-Gvern ta’ Malta. Barra minn hekk, l-imsemmija verifikazzjoni qiegħda tiġi koordinata u finalizzata mal-Awtorità tal-Kurja ta’ Malta.
Enemalta — talbiet għal Bozoz ġodda mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5511 u tagħti tagħrif dwar kemm-il talba għal bozoz pubbliċi ġodda rċeviet l-Enemalta mill-2019 sal-lum mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati? Fejn huma l-bozoz li ġew approvati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-2019 sal-aħħar tal-2022, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għamel 134 applikazzjoni għal bozoz pubbliċi. Numru sostanzjali minnhom kienu biex jiġu regolarizzati bozoz li saru b’mod irregolari qabel l-2019.
Minn dawn l-applikazzjonijiet, l-Enemalta tat is-servizz mitlub fuq 133 bozza, u waħda ġiet kanċellata. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tat-toroq fejn saru dawn il-bozoz.
Il-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — proġetti li għandhom permessi validi mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5512 u jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li għalihom il-kunsilli lokali tal-Imġarr, Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar għandhom permessi validi tal-Awtorità tal-Ippjanar preżentement u għal liema xogħlijiet għandhom applikazzjoni pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub.
Attachments:PQ 5684 - Pending or Permitted Cases by Named LCs.pdf