Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – MIU1 — careworkers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex care workers nisa qed jitħallew jaħslu pazjenti rġiel u care workers irġiel qed jitħallew jaħslu pazjenti nisa ġewwa l-MIU1?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-policy dwar ħasil ta’ pazjenti għas-sala li qed issemmi hija l-istess bħal dik ta’ swali oħra ‘mixed’ ġewwa l-isptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei – MIU1

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux minnu li l-MIU1 kien sar/twaqqaf minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u issa qed jintuża bħala ward normali? Jista' jgħid jekk l-MIU1 hux ser jibqa’ jintuża minkejja li l-pandemija m'għadiex akuta kif kienet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MIU1 tintuża biss f’sitwazzjonijiet fejn swali oħra fl-isptar Mater Dei jkunu mimlija.

Sptar Mater Dei – MIU 1 – standards ewropej u internazzjonali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-MIU1 hux skont standards ewropej u internazzjonali biex jospita l-pazjenti ġewwa fih? Jista' jgħid jekk l-MIU1 iqisux bħala kurudur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5487.

Constant Glucose Monitors

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5125, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jkompli r-roll out tal-Constant Glucose Monitors għall-persuni bid-Dijabete ta’ aktar minn 23 sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5125.

Ministeru għas-Saħħa – lista ta’ procurement kollu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-procurement KOLLU li għamel il-Ministeru għas-Saħħa mis-7 ta’ Marzu 2020 (il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19) sal-lum, u jinkludi l-isem ta’ kull item, il-valur tal-procurement u mingħand liema kumpanija/entità nxtara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Servizz pubbliku u settur pubbliku – ħaddiema bir-remote working/teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Permanenti Prinċipali jgħid kemm hemm ħaddiema, nisa u r-rġiel, li jaħdmu fis-servizz publiku kif ukoll fis-settur publiku li qed jaħdmu permezz tar-remote working/teleworking?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pensjoni tar-Romol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li llum qed jirċievu l-Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minnhom qed jirċievu l-Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol (NMWP), kemm minnhom qed jirċievu l-Pensjoni tas-Superstiti Bikrija (ESRP) u kemm minnhom qed jirċievu l-Pensjoni tas-Superstiti (SRP)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li f’Jannar 2023 irċevew il-Pensjoni tar-Romol skont il-kategoriji msemmija huwa kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Pensjoni Pagamenti maħruġa fl-14.01.2023 Pensjoni tas-Superstiti Bikrija (ESRP) 1,081 Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol (NMWP) 4,672 Pensjoni tas-Superstiti (SRP) 12,004 Pensjoni tar-Romol(WP) 189 Total 17,946

Care orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mis-sena 2017 sal-aħħar tas-sena 2022, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk inħarġux care orders f’din is-sena sal-lum u jekk iva, kemm kien in-numru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa kif qiegħed jidher hawn taħt: 1. 2017: 15-il Ordni (kollha Care Orders) 2. 2018: 50 Ordni (kollha Care Orders) 3. 2019: 34 Ordni (kollha Care Orders) 4. 2020: 18-il Ordni (kollha Care Orders) u 1 Care Order minuri mhux akkumpanjat (UMAS UMAS – tindika l-frażi unaccomapnied minors asylum seekers, li tirreferi għal minuri mhux akkumpanjat illi qed ifittex l-ażil fil-ġżejjer Maltin. ) 5. 2021: 38 Ordni (kollha Care Orders) u 101 Ordnijiet ghall-UMAS 6. 2022: 216 Ordnijiet; 6.1. 12 Ordnijiet ta’ Emerġenza 6.2. 20 Ordnijiet ta’ Ħarsien (Care Orders) 6.3. 38 Ordnijiet proviżjonali – li baqgħu jinstemgħu fil-Qorti skont l-Art 18 6.4. 17 Ordnijiet ta’ Superviżjoni 6.5. 129 Ordnijiet ta’ Ħarsien UMAS 7. 2023: 7 Ordnijiet: 7.1. 1 Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) 7.2. 3 Ordnijiet ta’ Superviżjoni 7.3. 3 Ordnijiet proviżżjonali 7.4. 4 Ordnijiet UMAS Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li grazzi għat-tibdiliet introdotti mill-Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju, 2020, id-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri llum jista’ jitlob lill-Maġistrat kompetenti biex joħroġ mhux biss Ordni ta’ Ħarsien (care Order) imma anke ordnijiet oħra skont il-ħtieġa.

Vittmi ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vittma ta’ vjolenza domestika f’Malta u f’Għawdex qegħdin jingħataw xi forma ta’ għajnuna? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom għandhom aktar minn 60 sena u kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll x’forma ta’ għajnuna qed tingħata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabelli mehmużin ma’ din it-tweġiba. Nippreċiża wkoll li din hija statistika għall-ewwel sitt (6) xhur tas-sena li għaddiet 2022 għax l-istatistika annwali għad trid tiġi ppubblikata. Dan billi, għall-konformità l-FSWS tippubblika l-istatistika sa nofs is-sena fil-bidu ta’ Otturbu ta’ wara fl-istess sena waqt li tippubblika l-istatistika għas-sena sħiħa għall-bidu ta’ April tas-sena ta’ wara. 1. Għadd ta’ każijiet li ġew mgħejjuna mid- Domestic Violence Unit tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS Jannar sa Ġunju 2022 skont is-sess. IRĠIEL NISA TOTAL Numru ta’ każijiet 185 1367 1552 2. Għadd ta’ każijiet li ġew mgħejjuna mid-Domestic Violence Unit tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS u QABŻU s-60 sena Jannar sa Ġunju 2022 skont is-sess. IRĠIEL NISA TOTAL Numru ta’ każijiet li qabżu s-60 sena 55 204 259 3. Tip ta’ għajnuna (interventions / interventi) li ngħatat Tipi ta’ Interventi Għadd ta’ Interventi Accompanying Others 36 Administration related to casework 375 Admissions 10 Adolescent Treatment Group 1 Assessment 279 Case Conference 2 Case discussion and networking 821 Case Review 3 Child Minding 1 Confrontation session 1 Court related work 96 Crisis Intervention 10 Family/Couple session 1 Generic session (follow up on action/care plan; re assessment; info gathering) 2230 Giving Evidence 3 Group Supervision 1 Handover Meetings 2 Helping/Supportive session 1051 Individual Supervision 17 Medical Appointments 1 Medical Emergency 1 Office Note 144 Professional’s meetings 297 Risk Assessment 289 Safety planning session 1 Support Group (SU) 1 Telephone Call 1921 Transportation 1 Total Kumplessiv ta’ Interventi 7596 3.1. Nota It-total kumplessiv ta’ interventi huwa ferm akbar mill-għadd ta’ persuni li rċevew għajnuna kif mehmuża f’ tabella numru 1 għax kull persuna tingħata aktar minn intervent wieħed. Fil-fatt din l-istatistika turi li l-1,552 persuna li rċevew għajnuna ħadu medja ta’ 5 interventi kull waħda / wieħed.

Mosta – Central Home –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Central Home, il-Mosta sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Mosta – Casa Arkati –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Arkati, il-Mosta sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

San Pawl il-Baħar – Casa San Paolo –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo, San Pawl il-Baħar sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba l-oħra ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Pazjenti li ntalbu ħlas għal servizzi tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4804 u jinforma lill-Kamra, sena b’sena għas-snin 2019, 2020 u 2021 kemm kien hemm pazjenti li ntalbu xi forma ta’ ħlas għas-servizzi li ngħataw fl-isptarijiet tal-istat? X’kienet in-nazzjonalità tagħhom? Kemm kien l-ammont globali mitlub għal kull sena? X’kien il-perċwental ta’ dawn il-fatturi li ġew imħallsa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont globali ta’ ħlas għas-servizzi li ngħataw fl-isptarijiet tal-istat huwa skont il-lista hawn taħt mehmuża, waqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra in-nazzjonalità ta’ dawn il-pazjenti. Year Cases Billed Total amount Billed % Paid / Waived Bills 2019 6468 € 2,839,675.78 52% 2020 5653 € 2,804,263.45 58% 2021 4579 € 2,552,787.75 72%

Rapporti ta’ Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4356 u jgħid sena b’sena bejn is-snin 2012 u 2022: a. kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika; b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom; ċ. x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti; u d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew referuti lill-Pulizija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 5559 f’din l-istess seduta, ta’ min jinnota li s-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ ma jinvestigawx rapporti ta’ vjolenza domestika, imma joffru servizz ta’ sapport lill-vittmi li jersqu lejn is-servizz. b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom; It-tabelli t’hawn taħt juru n-numru ta’ każijiet ta’ persuni vittmi ta’ vjolenza domestika mqassma skond is-sena u turi l-etajiet u l-ġeneru tal-individwi. Year: 2012 Male Female Total <17 0 3 3 18-19 0 9 9 20-24 0 21 21 25-29 0 17 17 30-34 0 36 36 35-39 0 36 36 40-44 1 41 42 45-49 1 32 33 50-54 0 24 24 55-59 1 23 24 60+ 1 34 35 Age not specified 13 244 257 Year: 2013 Male Female Total <17 0 2 2 18-19 1 15 16 20-24 0 29 29 25-29 0 40 40 30-34 0 41 41 35-39 0 52 52 40-44 1 30 31 45-49 1 35 36 50-54 3 35 38 55-59 0 25 25 60+ 1 32 33 Age not specified 8 195 203 Year: 2014 Male Female Total <17 0 2 2 18-19 1 7 8 20-24 1 23 24 25-29 2 24 26 30-34 2 37 39 35-39 0 63 63 40-44 0 43 43 45-49 0 35 35 50-54 1 31 32 55-59 0 16 16 60+ 2 36 38 Age not specified 10 199 209 Year: 2015 Male Female Total <17 0 3 3 18-19 0 2 2 20-24 2 37 39 25-29 2 31 33 30-34 2 51 53 35-39 1 41 42 40-44 1 46 47 45-49 2 37 39 50-54 0 27 27 55-59 1 27 28 60+ 1 49 50 Age not specified 5 169 174 Year: 2016 Male Female Total <17 0 1 1 18-19 0 10 10 20-24 3 25 28 25-29 0 50 50 30-34 0 52 52 35-39 1 48 49 40-44 2 43 45 45-49 0 37 37 50-54 1 33 34 55-59 0 27 27 60+ 2 42 44 Age not specified 1 89 90 Year: 2017 Male Female Total <17 0 1 1 18-19 0 4 4 20-24 2 37 39 25-29 1 52 53 30-34 2 68 70 35-39 2 70 72 40-44 1 62 63 45-49 2 56 58 50-54 1 33 34 55-59 1 32 33 60+ 4 62 66 Age not specified 1 13 14 Year: 2018 Male Female Total <17 0 0 0 18-19 2 23 25 20-24 5 32 37 25-29 4 54 58 30-34 7 87 94 35-39 5 90 95 40-44 8 99 107 45-49 2 48 50 50-54 15 56 71 55-59 2 35 37 60+ 12 73 85 Age not specified 0 6 6 Year: 2019 Male Female Total <17 1 7 8 18-19 3 20 23 20-24 17 74 91 25-29 15 86 101 30-34 29 113 142 35-39 33 156 189 40-44 23 131 154 45-49 26 91 117 50-54 20 61 81 55-59 12 61 73 60+ 44 126 170 Age not specified 0 0 0 Year: 2020 Male Female Total <17 1 7 8 18-19 3 20 23 20-24 11 87 98 25-29 20 117 137 30-34 26 129 155 35-39 24 136 160 40-44 19 164 183 45-49 31 122 153 50-54 21 72 93 55-59 16 51 67 60+ 58 155 213 Age not specified 0 0 0 Year: 2021 Male Female Total <17 2 5 7 18-19 2 11 13 20-24 9 82 91 25-29 9 98 107 30-34 19 113 132 35-39 23 141 164 40-44 25 118 143 45-49 19 89 108 50-54 12 68 80 55-59 12 56 68 60+ 43 143 186 Age not specified 0 0 0 Year: Jan-Jun 2022 Male Female Total <17 1 2 3 18-19 0 10 10 20-24 4 27 31 25-29 8 40 48 30-34 11 53 64 35-39 9 64 73 40-44 13 58 71 45-49 13 50 63 50-54 6 35 41 55-59 2 20 22 60+ 25 62 87 Age not specified 0 0 0 ċ. x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti; u Kull każ li jasal għand l-Aġenzija Appoġġ isirlu risk assessment immedjatament meta l-persuna tagħmel kuntatt mal-Aġenzija. Wara kull risk assessment, l-allegata vittma jsirilha pjan individwali li jħares l-interessi u s-sigurtà tagħha u ta’ terzi persuni li jkunu fil-kustodja tagħha. Meta rapport jidħol għand il-Pulizija, l-Pulizija tagħmel kuntatt mat-taqsima tad-Domestic Violence Risk Assessment Service tal-Aġenzija Appoġġ biex isir risk assessment dak il-ħin waqt li l-vittma qiegħda fil-kwartieri tal-Pulizija. L-Aġenzija tħaddem numru ta’ risk assessors li jagħmlu r-risk assessments 24 siegħa kuljum. Wara kull risk assessment, bil-kunsens tal-vittma kkonċernata, l-każ jiġi allokat social worker biex tkompli ssegwi lill-vittma. d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew riferuti lill-Pulizija? Meta vittma tagħmel kuntatt dirett ma l-Aġenzija Appoġġ, xorta isir risk assessment u l-vittma tiġi gwidata biex tagħmel rapport lill-pulizija u rapport mediku f`kas li jkollha ġrieħi konsegwenza ta l-abbuż.

Rapporti ta’ Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4357 u jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw maqtula? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Isem il-Vittma tal-Femiċidju Xahar u Sena tal-Femiċidju Kienet tieħu servizz mill-FSWS 1 Margaret Mifsud April 2012 LE 2 Meryem Bugeja Settembru 2012 Iva 3 Ivette Gajda Novembru 2012 LE 4 Silvana Muscat Marzu 2015 LE 5 Eleonor Mangion Walker Lulju 2016 LE 6 Caroline Magri Settembru 2016 LE 7 & 8 Maria Carmela Fenech & Antonia Mifsud Lulju 2018 LE 9 Shannon Mak Awwissu 2018 LE 10 Lourdes Agius Settembru 2018 LE 11 & 12 Maria Lourdes & Angele Bianchi Marzu 2019 LE 13 Chanelle Chetcuti Frar 2020 LE 14 Paulina Dembska Jannar 2022 LE 15 Rita Ellul Frar 2022 Iva 16 Bernice Cassar Novembru 2022 Iva

Rapporti ta’ Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4358 u jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw abbużati u/jew feruti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabella mehmuża. Din it-tabella turi t-tipi ta’ abbuż li kienu rrappurtati mill-vittmi tal-vjolenza domestika li fittxew l-għajnuna tas-Servizz tal-Vjolenza Domestika tl-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), inkluż abbuż fiżiku. Għandu jkun innutat li ġeneralment l-vittmi jirrappurtaw aktar minn tip wieħed ta’ abbuż. 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 Jan-Jun 2022 Emotional abuse only 59 59 57 60 66 50 92 319 473 358 184 Emotional abuse & neglect/financial abuse 14 27 28 40 29 32 38 53 54 56 22 Emotional abuse & neglect/financial abuse & sexual abuse 1 3 9 3 1 3 3 9 4 14 0 Emotional abuse & physical abuse 161 175 170 175 165 151 237 422 524 454 209 Emotional abuse & physical abuse & neglect/financial abuse 70 81 81 79 81 75 77 128 77 68 40 Emotional abuse & physical abuse & neglect/financial abuse & sexual abuse 15 28 29 16 19 16 24 52 19 19 1 Emotional abuse & physical abuse & sexual abuse 16 21 17 21 13 10 17 48 67 37 25 Emotional abuse & sexual abuse 3 3 7 2 2 2 5 15 18 22 6 Neglect/financial abuse only 3 4 2 2 3 2 2 6 5 4 2 Neglect/financial abuse & sexual abuse 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 0 Physical abuse only 24 25 31 25 23 37 33 79 39 48 23 Physical abuse & neglect/financial abuse 2 6 8 5 2 0 2 13 3 2 0 Physical abuse & neglect/financial abuse & sexual abuse 1 0 1 1 1 1 0 0 0 0 0 Physical abuse & sexual abuse 4 4 0 2 2 1 1 0 2 0 0 Sexual abuse only 2 2 0 1 0 0 0 3 1 1 0 Human Trafficking 0 0 1 0 0 3 0 0 0 0 0 None specified/identified at referral 162 108 94 105 60 124 134 2 4 14 1

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kappuċċini – Sinjali tat-Traffiku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3139 u 3710, jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni u ċjoè meta ser isiru s-sinjali mal-art, inkluż stop signs u marki sofor, peress li wara li fl-aħħar żmien sar it-tarmak mill-ġdid fit-triq, dawn is-sinjali baqgħu ma sarux?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Raħal Ġdid – Ħsarat fil-Pjazza

Question

B’referenza għat-tweġba tal-mistoqsija parlamentari 3711, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport imsemmi fir-risposta tiegħu dwar il-ħsarat li hemm f’din il-pjazza u li ġie konkluż f’Lulju 2022, ġiex evalwat b’mod konklużiv u finali? Jekk iva, kemm hija l-istima ta’ dawn il-ħsarat? Liema entità jew entitajiet ser ikunu responsabbli mit-tiswija ta’ dawn il-ħsarat? Meta ser jibdew it-tiswijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4461.

Bank Ċentrali ta’ Malta – Grievance Unit

Question

B'referenza għall-Grievance Unit imwaqqfa mill-Bank Ċentrali ta' Malta, u li l-persunal tal-Bank kien infurmat dwar din il-unit b'ittra datata 9 ta' April 2014, u li kellu jħares lejn l’hekk imsejħa inġustizzji li saru fis-seba' snin qabel il-31 ta' Marzu 2014, jista’ l-Ministru jgħid: a) min kienu l-membri ta' din il-Grievance Unit; b) fuq liema kriterji ntgħażlu dawn il-membri; ċ) kemm kienu l-persuni b'kollox li ngħataw ħlasijiet wara l-konklużjonijiet tal-istess Unit; d) kemm kienet in-nefqa totali tal-Bank fuq dawn l’hekk imsejħa inġustizzji; u e) kemm kien il-ħlas li ngħata lill-membri ta' din il-Unit għall-qadi ta' dan id-dmir?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – ħaddiema bir-remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.