Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 8 - family friendly measures
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 8) kien li ser jiġu introdotti ‘family friendly measures’ biex jinħoloq bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u li jinħolqu opportunitajiet u ugwaljanza bejn is-sessi fil-Malta Police Force, jista’ l-Ministru jgħid jekk tali policy hijiex qed titħaddem u liema huma l-‘family friendly measures’ li bdew jitħaddmu? X'inhuma l-miżuri introdotti biex jinħolqu opportunitajiet u ugwaljanza bejn is-sessi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3989.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 8 - titjib fuq il-post tax-xogħol
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 8) kien li ser jittieħdu miżuri sabiex jitjieb il-post tax-xogħol u li l-għan huwa biex l-pulizija jkollu ambjent aħjar u b’hekk jagħti servizz aħjar lill-pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid fejn sar dan it-titjib fuq il-post tax-xogħol u liema għases tal-pulizija ġew irranġati u x’kienet l-ispiża biex jiġu rranġati dawn l-għases u meta saru dawn ix-xogħlijiet ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3990.
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 8) kien li ser jinbeda proċess biex jiġu żviluppati "shift patterns" li jikkumplimentaw il-bżonnijiet organizzattivi fil-Malta Police Force, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proċess bediex u jekk iva, liema miżuri ttieħdu biex jagħtu gwida ta’ deployment u ppjanar fil-Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3991.
Sptar Mount Carmel – sistemi ta’ cameras tas-sigurtà
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sistemi ta’ cameras tas-sigurtà fl-Isptar Mount Carmel jiġux aċċessati biss wara li jsir inċident jew jiġux iċċekkjati regolarment f’ħinijiet ‘live’?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Mount Carmel is-sistema tal-cameras tas-sigurtà tiġi ċċekkjata f’każ li jiġi mitlub footage għal kwalunkwe raġuni meħtieġa.
Sptar Mount Carmel – sistemi ta’ cameras tas-sigurtà – investiment
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux qed isir investiment fuq il-cameras tas-sigurtà fl-Isptar Mount Carmel biex tiġi assigurata s-sigurtà tal-ħaddiema u pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-proċess ta’ refurbishment li qed isir fl-isptar Mount Carmel, cameras tas-sigurtà qed jiġu installati f’kull sala ġdida.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux il-ħaddiema tas-sigurtà jew in-nurses għandhom iċ-ċwievet tal-iswali u jista’ jgħid ukoll fejn jitħallew ladarba l-ħaddiem jispiċċa mix-xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi ċ-ċwievet tas-swali jinżammu għand il-ħaddiema rispettivi li jaħdmu ġewwa s-swali. Dawn il-ħaddiema huma: Nursing Administration, Maintenance Administration u Pharmacy Administration.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir biex ċwievet ‘master keys’ li ntilfu fis-snin li għaddew jiġu rikoverati, jew jekk sarx xi tibdil fis-sigurtà biex ma jkunx hemm xi inċidenti/abbużi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta jiġi rrappurtat li ntilfet ċavetta hekk msejħa master key, il-persuna rispettiva tintalab sabiex tmur tagħmel rapport l-għassa tal-pulizija. Bħala infurzar fis-sigurtà ġewwa s-swali li qed jiġu rinovati ħa tiġi introdotta s-sistema ta' Access cards.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li l-Isptar Mount Carmel ikollu sistema ġdida ta’ sigurtà fir-rigward tal-entratura fis-swali u tiġi modernizzata b’cards li bihom kulħadd ikollu aċċess skont il-bżonn ta’ xogħlu jew bħala pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5301.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan ta’ riġenerazzjoni hemm fir-rigward tal-kwalità u s-sigurtà tal-ispazji miftuħa fl-Isptar Mount Carmel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala sigurtà qed ikollna Security Guards jagħmlu rondi u sorveljanaza regolari u qed isir ukoll rinovazzjoni ta’ ġnien Terapewtiku u tal-ġnien tal-YPU li ser ikunu mgħammrin b’sigurtà ta’ kwalità għolja.
Ftehim ma' Manchester United tramite VisitMalta — spiża
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' x'jinkludi l-ftehim li sar minn VisitMalta ma' Manchester United, għal kemm tul ta' żmien u l-ispiża totali għall-Gvern Malti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim huwa kummerċjalment sensittiv, ninfurmah li l-ftehim imsemmi huwa għal ħames snin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3681 u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1672, li ngħatat fil-21 ta' Ġunju 2022, rigward kemm fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali, fejn ġie mwieġeb li “ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej”, jista’ l-Ministru jgħid f'kull triq li ssemmiet fit-tweġiba meta nbeda x-xogħol fuqha, kemm tħallsu flus sa issa fuq kull triq, liema xogħlijiet għad fadal isiru, fiex jikkonsistu, u meta se jingħata l-wearing course? Jista' jgħid ukoll jekk baqax kontijiet pendenti u jekk iva, fiex jikkonsistu u kemm jammontaw dawn il-kontijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
TENDER FOR UPGRADING AND EMBELLISHING IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER THE EXISTING BOUNDARY WALL AREA AT TA’ DBIEGI CRAFTS VILLAGE, GOZO – xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar it-tender ‘TENDER FOR UPGRADING AND EMBELLISHING IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER THE EXISTING BOUNDARY WALL AREA AT TA’ DBIEGI CRAFTS VILLAGE, GOZO’ li għalqet fit-18 ta’ Frar 2022 u jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol u meta se jitlesta x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija sejħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti msemmija ġiet kanċellata skont it-termini tal-artikolu 18.3(a) tal-General Rules Governing Tenders.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3909 li ngħatat fit-28 ta' Novembru 2022 rigward Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta’ Sannat, peress li issa għaddew iktar minn sentejn u għadhom ma sarux is-sinjal tan-nofs tat-triq biż-żebgħa li tifred karreġġjata minn oħra u lanqas ma saret zebra crossing u għalhekk hemm periklu kbir f'din l-imsemmija triq, u peress li f’din it-tweġiba kien ġie mwieġeb “li tajt direzzjoni sabiex jaraw li jkun hemm line markings temporanji sakemm issir il-pjazza”, jista’ l-Ministru jgħid għala għadhom ma sarux u min se jkun responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet serji, li issa ilhom snin pendenti, jekk iseħħu inċidenti f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti mil-line markings li jridu jsiru għadhom ma sarux peress li għaddej ix-xogħol f’dik iż-żona. Il-line markings l-oħra saru.
Rabat, Għawdex – Triq l-Arċisqof Pietru Pace – barriers tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għala fil-ġimgħat li għaddew tpoġġew il-barriers tal-pulizija u għadhom hemm f’parti mill-ġenb ta’ Triq l-Arċisqof Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-barriers li tpoġġew f’parti mill-ġenb ta’ Triq l-Arċisqof Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex, oriġinarjament u temporanjament tpoġġew f’dan il-post mill-Pulizija, minħabba ‘struttura perikoluża’ li ġiet rappurtata. Madankollu, infurmat li l-barriers li hemm bħalissa jappartjenu għall-Ministeru t’Għawdex li qed jieħu l-miżuri neċessarji fl-istess post.
Sannat, Għawdex – Triq it-Tabib Anton Tabone – xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 20405 u 23038 li ngħataw fit-28 ta' April 2021 u fl-1 ta' Diċembru 2021 rispettivament, rigward Triq it-Tabib Anton Tabone (imsejħa wkoll bħala “l-Qasam”) li twassal għad-daħla tar-raħal Ta’ Sannat, fejn kien ġie mwieġeb li x-xogħol fuq din l-imsemmija triq mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin, wara li titlesta t-Triq ta’ Sannat, u peress li Triq Sannat ilha diversi xhur lesta u miftuħa għat-traffiku, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għaddew iktar minn sena u nofs u għadu ma nbediex u ma tlestiex ix-xogħol? Meta ser jibda x-xogħol (xahar u sena) biex tinbena mill-ġdid din il-parti tat-triq, peress li tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna u kull darba li tagħmel ix-xita qed tegħreq, u hemm periklu kbir u għal xi raġuni ma saritx mal-parti ta' fuq tal-istess triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq ser isiru din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid min huwa responsabbli għall-ħlas tal-ilma u d-dawl li jintuża mill-GEB Landscaping Malta għall-embellishment tat-toroq u roundabouts ġewwa Għawdex, u ċjoè jekk dawn il-kontijiet jitħallsux mill-GEB Landscaping Malta jew inkella mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-GEB Landscaping Malta huwa kuntrattwalment marbut li jħallas għall-konsum tad-dawl u l-ilma li juża biex jipprovdi s-servizz tiegħu.
Awtorità tal-Artijiet – soft areas u passaġġi tal-binjiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-soft areas u l-passaġġi madwar il-binjiet tal-Gvern huma proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tingħata tweġiba fuq siti speċifiċi, l-aħjar li jingħataw aktar dettalji, bħal ‘site plans’ li jindikaw bi preċizjoni is-siti inkwistjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4693, jista’ l-Ministru jagħti summary tal-proposti ta’ Malta lill-Kummissjoni Ewropea u/jew l-Unjoni Ewropea, jekk kien hemm tali proposti, b’rabta mas-sapport finanzjarju lil-Libja taħt l-artikolu 5 tal-MOU iffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020 u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-3 ta’ Ġunju 2020? Jista’ jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dawn il-proposti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati ta’ proposti b’rabta mas-sapport finanzjarju lil-Libja taħt l-artikolu 5 tal-MOU li ġie ffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020 huma kif ġej:
Fuq livell Ewropew, Malta kontinwament tesprimi l-ħtieġa li tappoġġja lil-Libja fit-tisħiħ tal-fruntieri tal-art u marittimi tagħha permezz ta’ finanzjament akbar tal-UE.
Fl-2021, waqt in-negozjati tal-baġit tal-UE għall-2022, wara pressjoni estensiva minn Malta u l-pajjiżi MED 5, il-Kummissjoni Ewropea qablet ma’ dikjarazzjoni li tistabbilixxi ammont minimu medju ta’ finanzjament għall-migrazzjoni fir-reġjun, fil-livell tal-2022, ta’ €208 miljun.
Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ċċirkolat il-Programm Indikattiv Multiannwali (MIP) għall-Viċinat tan-Nofsinhar, li ffissat l-ammont ta’ finanzjament għall-2023 u l-2024 għal €100 miljun.
F’diversi laqgħat wara li ġie ċċirkolat dan il-programm, Malta kompliet tesprimi l-ħtieġa li l-finanzjament għall-migrazzjoni jkun adegwat. Malta (appoġġata minn Ċipru, l-Greċja, l-Italja u Spanja) qajmet tħassib dwar it-tnaqqis tal-fondi bħala ‘Any Other Business’ (AOB) fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-EU CODEV-PI fit-3 ta’ Ottubru. Il-Kummissjoni (DG NEAR) reġgħet lura fis-6 ta’ Ottubru, u ddikjarat li kien hemm €100 miljun proposti għall-2023 u €100 miljun oħra għall-2024. Fil-kumitat tal-Baġit fil-5 ta’ Ottubru, Malta (appoġġjata minn Ċipru, l-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Polonja) reġgħet qajmet tħassib dwar il-livell ta’ finanzjament għall-migrazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq rifless fl-MIP.
Fil-11 ta’ Ottubru, meta tqajmet il-kwistjoni minn Malta (appoġġjata mill-Italja u Spanja), il-Kummissjoni indikat li l-€100 miljun ma kinux finali peress li l-ipprogrammar kien għadu għaddej. Fit-18 ta’ Ottubru, waqt il-laqgħa tal-Kumitat tal-viċinat NDICI, Malta (appoġġata mill-Olanda, l-Ġreċja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u Spanja) qajmet tħassib dwar il-livell ta’ finanzjament tal-MIP u nnota l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm mal-impenn meħud. Bħala kompromess, il-Kummissjoni qablet li tinkludi nota ta' qiegħ il-paġna speċifika fl-MIP.
Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni – sottomissjonijiet mill-pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni – sottomissjonijiet mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għa din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.