Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Triq Marchesa - bozza mwaħħla mal-faċċata ta' proprjetà

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5006 u 5188, tista' l-Ministru tieħu l-azzjoni neċessarja biex il-bozza fi Triq Marchesa Bugeja, San Pawl il-Baħar terġa’ tixgħel hekk kif sal-ġurnata li fiha qegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari din il-bozza baqgħet ma tixgħelx għalkemm fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5006 ġejt infurmata li l-Kunsill Lokali indirizza din il-kwistjoni mal-entità kkonċernata filwaqt li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5188 fejn infurmata li l-Enemalta m’għandha l-ebda talba pendenti dwar id-dawl pubbliku f’din it-triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-investigazzjonijiet li saru mill-Enemalta jirriżulta li l-lampa li qed tirreferi għaliha, skont ir-rekords tal-Enemalta ma tinsabx fi Triq Marchese Bugeja iżda fi Triq il-Paċi. Ittieħdu l-passi biex din tiġi rranġata.

Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4243 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Lone Parents – ħlasijiet ta’ allowances tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hawn lone parents, skont id-data miġbura mir-records ta’ ħlasijiet għall-allowances tat-tfal? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-lone parents huma rġiel, u kemm nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Persuni li bbenefikaw mill-Fond Konsolidat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Barranin li għandhom permess biex jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2888, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fl-2020, 2021 u sal-aħħar ta' Ġunju 2022, kemm kienu l-barranin li kellhom il-permess jaħdmu f'Malta, f’liema setturi ta' xogħol kienu u qegħdin jaħdmu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet mill-Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali, sena b'sena mill-2020 sal-lum? Kemm ġew kontestati u kemm minnhom revokati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mogħtija fit-tabella riprodotta hawn taħt: Tickets issued by LESA between 1st Jan 2020 and 30th Nov split by the Year of Issue - Status as at 20th December 2022 2020 2021 2022 Total issued 261,280 342,725 280,726 Contested (via Petitions) 17,477 26,498 16,879 Petitions Accepted 6,040 9,085 5,211 Petitions Not Accepted 11,249 17,115 10,548 Accepted Partially 187 296 141 Pending Decisions 1 2 979 Contested (At Tribunal) 6,669 12,126 4,119 Not Guilty 4,827 9,081 2,578 Confirmed (Guilty) 1,842 3,045 1,541

Każijiet ta’ abbużi sesswali bejn studenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4945 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il abbuż sesswali bejn studenti ġie rrappurtat u investigat f’dawn l-aħħar sentejn fl-iskejjel tagħna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżisti s-servizz ta’ Child Safety Services (CSS) u kull kulleġġ għandu membru ta’ dan it-tim abbinat miegħu. Meta jkun hemm allegat każ ta’ abbuż sesswali, il-kap tal-iskola jibgħat għac-CSS biex jiddiskutu dan il-każ. F’dawn il-każi jiġu msejħa kemm il-ġenituri tal-vitma u kif ukoll tal-aggressur, bil-possibbiltà li jsir referral liċ-Child Protection Services (CPS) fi ħdan l-FSWS. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 9 każi riferuti lic-CPS. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull xhar issir laqgħa bejn it-tim psikosoċjali tal-kulleġġi mas-social worker tac-CPS biex ikunu jistgħu jiddiskutu każijiet diffiċli jew dubjużi qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li jsir referral lic-CPS.

Skejjel — Health and Safety Teachers

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4947, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kull Health and Safety Teacher li hemm f'kull skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel – allowances għal First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4948 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm hu l-allowance ta’ First Aider fi skola diviża f’kull jum ta’ xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-First Aider għandu allowance ta’ €300 għal kull sena skolastika.

Skejjel – first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel bla servizz ta’ First Aider? Jista’ jikkwantifika kemm hemm studenti u għalliema għal kull skola fejn dan is-servizz ma jeżistix? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-ħlas ta’ first aider kuljum bit-taxxa maqtugħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 5123. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull skola għandha servizz ta’ first aider.

Servizz ta’ infermiera fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba ġiet approvata mill-Kapijiet tal-Iskejjel jew kapijiet tan-netwerk, biex studenti fl-iskejjel statali jieħdu s-servizz tal-infermiera fl-iskejjel għas-sena skolastika 2021/22 u għas-sena 2022/23?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2021/2022 saru 1911 talba filwaqt li matul din is-sena skolastika 2022/2023 s’issa saru 682 talba. Kull talba għall dawn is-servizzi ġiet approvata.

Health forms fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li jitolbu lill-ġenituri biex jimlew health form ta’ wliedhom qabel jew wara li dawn jidħlu l-iskola? Mill-informazzjoni miksuba minn dawn il-health forms, jista’ jgħid kemm hemm studenti li għandhom kundizzjonijiet kroniċi, li jinkludu dijabete, asthma, allerġiji u oħrajn? Jekk tali informazzjoni ma tinġabarx, il-Ministru jħossu komdu li saħħet uliedna tista’ tkun fil-periklu u ħadd ma jaf x’għandu jagħmel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha tal-istat jiġbru l-informazzjoni neċessarja mingħand il-ġenituri jew kustodji tat-tfal. Tali nformazzjoni tinżamm privatament mill-iskejjel biex saħħet uliedna tkun protetta fil-post. >Niġbed l-attenzjoni tall-Onor. Interpellant li wara li tinġabar l-informazzjoni neċessarja, tittieħed l-azzjoni neċessarja skond il-każ.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu, kemm dawn jitħallsu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti tal-Ministeru huma dawk li jiffurmaw parti mill-SPU. Hemm 3 konsulenti, li jirċievu salarju fuq skala 3 (2) u 4 (1) rispettivament.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu, f’liema entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm dawn jitħallsu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4092, u jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Building Construction Authority (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari se tiġi mwieġba f’seduta oħra.

MGI – rapport tal-Awditur Ġenerali

Question

Fid-dawl tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Malta Government Investment (MGI), li ddikjara li l-membri tal-Bord tal-MGI taw allowance u perkaċċi lilhom infushom ta’ madwar €60,000 mingħajr awtorizzazzjoni u kontra l-proċessi stabbiliti, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew ser jieħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sussegwentement għar-raport tal-Awdituri kien hemm diversi tibdiliet għat-tmexxija tal-kumpanija, inkluż fuq livelli ta' CEO, Chairmanship u Board. Qed naraw ukoll li fil-kumpanija jittieħdu aktar miżuri sabiex titjieb l-istruttura u l-Governanza. Qed isir ukoll eżerċizzju ma' kull entità biex nassiguraw li l-ħlasijiet ta' kull Bord huma f’konformità mal-manwal li jistabbilixxi dawn il-ħlasijiet.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 7 - training programmes

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 7) kien li jiġu implimentati ‘training programmes’ ġodda lil dawk li bdew ir-reklutaġġ tagħhom fil-Korp, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn it-‘training programmes’ ġodda bdewx jinħadmu u jekk iva, xi nbidel mit-training programmes li kien hemm qabel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3986.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 7 - review fit-taħriġ tal-pulizija

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 7) kien li ser jibda jkun hemm ‘review’ fit-taħriġ fi ħdan il-Malta Police Force, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu dan ir-review? Jista' jgħid kif qiegħed u minn meta beda jsir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3987.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 7 - progression training

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 (Objective 7), jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex finalizzat il-‘progression training’ biex wieħed ikun promoss minn grad għal ieħor u jekk iva, minn meta beda dan it-training u kemm ġew promossi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3988.