Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa – nefqa kapitali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex in-nefqa kapitali mwiegħda fl-2021, 2022 ma ntefqitx u x’sar minn dawn il-fondi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jidentifika għal liema nefqa kapitali qiegħed jirreferi.

Sptar Mount Carmel – nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ madwar 25% fl-istaff tal-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-istaff allokat lis-servizzi tas- Saħħa Mentali kompla jiżdied kull sena, kemm dawk li huma impjegati mal-Gvern kif ukoll dawk li huma ingaġġati mal-Kuntrattur privat.

Mental Health Services – nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ madwar 20% fl-istaff bħala infermiera fil-Mental Health Services?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5306.

Sptar Mount Carmel – Viżti minn awdituri biex jassessjaw il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex meta ssir viżta minn awdituri fl-Isptar Mount Carmel biex jassessjaw il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema jkun hemm preżenti l-mexxejja tal-isptar u dan iwassal biex il-ħaddiema ma jkunux jistgħu jesprimu sew dak li jħossu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt żjarat mill-awdituri huwa meħtieġ li jkun hemm preżenti xi ħadt mill-management. Jekk xi ħadd mill-istaff jkun jixtieq jitkellem ma l-awdituri fil-privat, għandu kull possibbiltà li jagħmel dan mingħajr preżenza tal-management.

Mental Health Serices – pożizzjoni ta’ Communications Manager

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-pożizzjoni ta’ Communications Manager fil-Mental Health Services għadhiex vakanti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pożizzjoni li semma hu għadha vakanti.

Atti li ma ġewx invistati jew arkivjati

Question

Jista' l-Ministru jindika liema atti ta' liema snin u ta' liema nutara għadhom ma ġewx invistati u arkivjati mis-sena 1970 ’il quddiem u x'passi qed jittieħdu biex dawn l-atti jinġabru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-artikolu 94Ċ (4) tal-Kapitlu 55 tal-Liġijiet ta’ Malta, hemm stabbilit li sa mhux aktar tard mill-1/10/2024 iridu jinġabru l-volumi kollha ta’ Atti Nutarili tan-Nutara kollha sabiex jiġu viżitati mill-Uffiċjali Reviżuri u li sussegwentament jiġu depożitati fl-Arkivju Nutarili Ewlieni. Sa issa l-provedimenti tal-artikolu 94Ċ (4) (i), (ii), (iii) u (iv) ġew pjenament osservati u l-volumi jinsabu fl-Arkivju Nutarili fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. Mis-sena 1970 ħafna Nutara ddepożitaw l-Atti tagħhom fl-Arkivju Nutarili, iżda hemm oħrajn li għal xi raġuni ma ġewx iddepożitati. Kien għalhekk li ġiet emendata l-liġi li permezz tal-artikolu 94Ċ tal-Kapitlu 55 tal-Liġijiet ta’ Malta jiġi aċċertat li l-volumi kollha jinġabru sas-sena 2024. Hemm ukoll lista onlajn (https://justice.gov.mt/mt/ntg/Pages/Notaries-Volumes-in-Archives.aspx) tal-Atti kollha tan-Nutara li jinsabu depożitati fl-Arkivju Nutarili.

Awtorità tad-Djar – postijiet allokati lil persuni single

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4695, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet bħala allokazzjoni tad-djar lil persuni li huma single, jiġifieri li mhumiex f’relazzjoni, mill-2013 sal-lum?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar allokat 1989 proprjetà lil persuni single.

Mina mis-Swieqi/Pembroke għal Paceville

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4620 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3866, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju msemmi minnu f’din it-tweġiba? Jista’ jgħid jekk hux informat li biex l-iżvilupp mill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, iseħħ, l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet din il-mina bħala kundizzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li studji fuq l-akkwati għadhom għaddejjin. Fuq kundizzjonijiet marbuta ma’ żviluppi partikolari, nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

E-scooters – parkeġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4617, fejn ingħad li “qegħdin jitqiesu diversi tipi ta’ parkeġġi”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed jagħmel dan b’diskussjoni mal-Kunsilli Lokali, meqjusa bħala Gvern Lokali jew mar-Reġjuni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq dan is-suġġett saru diversi laqgħat kemm mal-operaturi stess, mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) kif ukoll bdejna laqgħat mal-kunsilli lokali nfushom. Ma tal-aħħar hemm laqgħat diġà ppjanati, u oħrajn li għadhom iridu jiġu msejħa.

E-Scooters – Laqgħa bejn Transport Malta u Reġjun Lvant

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4618, jista’ l-Minsitru jgħid x’kien l-outcome ta’ din il-laqgħa u jekk hux ser ikun hemm follow-up tagħha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt il-laqgħa ġew diskussi ċertu proposti li qed jiġu evalwati flimkien ma’ studju li qed issir.

Pembroke/Baħar iċ-Ċagħaq – pjanijiet għall-White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3865 u 4619, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Prim Ministru rispettivament, u jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dak li kien jissejjaħ ‘White Rocks’ ġewwa Pembroke/Baħar iċ-Ċagħaq? Għad hemm pjan ta’ żvilupp?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Kif jaf l-Onor. Interpellant is-sit tal-White Rocks hu kommess bi żvilupp u ż-żona fejn kien hemm il-kumpless issa ilha mitluqa għal ħafna snin. Wara proċess pubbliku kompetittiv, fl-2016 kien intgħażel preferred bidder. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex il-proġett jimmaterjalizza, filwaqt li jirrifletti l-prijoritajiet li għandu l-pajjiż illum.

Awtorità tad-Djar — bord tal-allokazzjonijiet - membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4611, jista’ l-Ministru jgħaddi dawn l-ismijiet separatament kif isir f’każi oħra fid-dawl li dawn huma persuni li qed jitħallsu b’mod pubbliku? Kemm huma l-membri u minn liema dipartimenti/kariga? Jista’ jgħid kemm-il darba ltaqgħu u kemm dawn jitħallsu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Allokazzjonijiet tal-Postijiet tal-Gvern fi ħdan l-Awtorità tad-Djar iltaqa' 27 darba matul is-sena 2022. Il-membri tħallsu bir-rata ta’ €75 kull laqgħa qabel it-taxxa.

MCESD – riżultat tal-istudju fuq id-Djalogu Soċjali

Question

B’referenza għall-PR221775, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tal-istudju fuq id-Djalogu Soċjali ppreżentat lill-MCESD f’Diċembru 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dak li qed titlob jinsab fuq is-sit elettroniku li dwaru għamlet numru ta’ interpellanzi fl-aħħar xhur. Qed inpoġġi wkoll l-istess dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar l-Użu responsabbli tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4575 u ċjoè: B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid, x’għamlet s’issa l-Awtorità fuq dawn: i. The Authority is presently in the phase of establishing an effective and efficient system that ensures the responsible use of cannabis? ii. The Authority, whilst remaining steadfast in the approach of discouraging and delaying cannabis use, will through responsible and legal regulation allow restricted access to cannabis use by aspiring to advance the goals of public health and safety?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis ffirmat ftehim mal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) sabiex numru ta' professjonisti mill-aġenzija msemmija jwettqu kampanji ta' taħriġ u informazzjoni dwar riskji relatati mal-abbuż u l-użu tad-drogi, inkluż il-kannabis. Ukoll, infurmat li wettqet kampanja edukattiva permezz tas-social media li laħqet iżjed minn 200,000 persuna.

In-Naxxar – Triq Leli Falzon — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3387, jista’ l-Ministru jindika bejn wieħed u ieħor meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq, u ċjoè: Triq Leli Falzon fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż fin-Naxxar, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.

Raħal Ġdid – Casa San Paola –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paola, Raħal Ġdid sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-an zjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Il-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Ħal Qormi – Casa Pinto –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Pinto, Ħal Qormi sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Il-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

San Pawl il-Baħar – Casa Serena –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Serena, San Pawl il-Baħar sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Il-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Marsascala – St Thomas Community Living –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’St Thomas Community Living, Marsascala sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Il-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Rabat – Villa Messina –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa Messina, ir-Rabat sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?