Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' procurements kollu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5490 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-procurement KOLLU li għamel il-Ministeru għas-Saħħa mis-7 ta’ Marzu 2020 (il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19) sal-lum, u jinkludi l-isem ta’ kull item, il-valur tal-procurement u mingħand liema kumpanija/entità nxtara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Pulizija – Ostaklu ta’ vettura waqt li jkun għaddej xogħol f’dar privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jinforza permessi li jkunu ġew imħallsin sabiex iħallu parkeġġ vojt biex isir xogħol, ngħidu aħna, f’xi dar privata f’każ li l-karozza tibqa’ ma titneħħiex? Peress li dawn il-permessi joħorġu mill-Kunsilli Lokali, fuq min jista’ jdur il-Kunsill jew inkella l-individwu konċernat biex il-karozza titneħħa jew għall-inqas iċemplu ħalli jneħħi l-karozza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar dak li ġie mistoqsi mill-Onor. Interpellant, it-tneħħija ta’ vetturi tista' ssir minn dawk l-awtoritajiet imsemmija bir-Regolament 3 tal-Liġi Sussidjarja 65.13 kemm-il darba jkun hemm permess maħruġ u mwaħħal skont il-liġi. Infurmat li kien hemm sentenza tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva dwar dawn il-permessi.

ACTU — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jaħdmu mat-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) fil-preżent? X’inhuma l-karigi li qed jaħdmu fihom dawn l-istess persuni? Tista’ tgħid kemm suppost hu n-numru ta’ persuni meħtieġa biex l-ACTU tkun tista’ tħaffef il-proċessi ta’ assessment?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tmien (8) impjegati fi ħdan l-ACTU bil-karigi kif elenkati hawn taħt: Kariga Numru ta Impjegati Manager 1 Speech Language Thereapists 3 Occupational Therapists 3* Senior Support Worker 1 * 1 għadu bi prova (probation) u Occupational Therapist oħra ser tibda f’Marzu 2023. Sabiex ikun hemm full compliment, l-ACTU għandha bżonn 9 ħaddiema oħra, dawn jinkludu sitt terapisti u tliet ħaddiema li jagħtu servizz anċillari (amministrattiv u tekniku). Huma t-terapisti biss li jagħmlu l-assessjar.

ACTU – tfal u żgħażagħ li qed jistennew biex jiġu assessjati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu fil-preżent in-numru ta’ tfal u żgħażagħ li qed jistennew biex jiġu assessed mit-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Kemm ilhom jistennew dan l-assessment u meta mistennija jiġu assessed? X’inhi l-età ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ applikanti fuq l-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) huwa hekk kif elenkat hawn taħt: Malta Għawdex Numru totali fuq l-lista presenti ta’ stennija għas-servizz 178 19 L-etajiet ivarjaw minn 3 snin sa 14-il sena. Iż-żmien ta’ stennija għas-servizz f’Malta ta’ dawn l-applikanti ivarja skont kif elenkat hawn taħt: Sena Malta Għawdex Minn Diċembru 2018 1 - 2019 23 8 2020 18 1 2021 50 5 2022 83 5 2023 3 - TOTAL 178 19 Ser inkunu qed nassessjaw lil dawn il-klijenti skont l-ordni tagħhom fuq il-lista ta’ stennija hekk kif is-servizz jikkonkludi l-assessjar ta’ klijent/a ieħor/oħra.

ACTU — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm persuni li qabel ma t-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) ġiet taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Sapport, kienu jaħdmu mal-ACTU u issa rriżenjaw? X’inhuma l-karigi li kienu jaħdmu fihom dawn l-istess persuni? Kemm minn dawn il-persuni kienu għadhom taħt probation?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport tista’ tirrapporta biss fuq dawk l-uffiċjali pubbliċi li ġew detailed mal-Aġenzija Sapport fil-11 ta’ Novembru 2019 (minħabba l-fatt li m’għandhiex informazzjoni dwar impjegati li mhumiex fuq il-kotba tagħha). Waħda minn dawn il-persuni li qabel ma ġew detailed mal-Aġenzija kienet diġà taħdem l-ACTU, kellha d-detailing tagħha rrevokat f’Settembru 2021 biex ħadet pożizzjoni oħra fis-servizz pubbliku.

Aġenzija Sapport – ACTU — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mat-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) kemm ilha taqa’ taħt l-Aġenzija Sapport? X’inhuma l-karigi li qed jaħdmu fihom dawn l-istess persuni? Kemm minn dawn il-persuni għadhom taħt probation?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-11 ta’ Novembru 2019, ġew ingaġġati 5 terapisti (2 minn dawn irriżenjaw u impjegata minnhom ħa tibda l-impjieg tagħha f’Marzu 2023). Manager, Executive I u Senior Support Worker ġew ukoll allokati f’dan is-servizz. Wieħed mit-terapisti li beda f’Jannar li għadda għadu f’perjodu ta’ prova (probation).

ACTU – tfal u żgħażagħ li ġew assessed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ li ġew assessed mit-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) sena b’sena mill-2019 sal-lum separatament għal kull sena, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? X’inhi l-età ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ? Tista’ tagħti tagħrif dwar kemm tfal u żgħażagħ kienu fuq il-lista ta’ stennija biex jigu assessed mill-ACTU sena b’sena mill-2019 sal-lum separatament għal kull sena, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? X’kienet l-età ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ klijenti li kienu offruti s-servizz tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) huwa hekk kif elenkat hawn taħt: Sena Numru ta’ persuni li kienu offruti s-servizz 2019 *bejn Novembru u Diċembru 2019 is-servizz kien għaddej mit-tranżizzjoni mid-dipartiment tal-edukazzjoni għal ħdan l-Aġenzija Sapport. - 2020 398 2021 410 2022 407 In-numru ta’ applikanti fuq il-listi ta’ stennija għas-servizz Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) huwa hekk kif elenkat hawn taħt: Sena Numru ta’ persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija 2019 115 2020 148 2021 155 2022 205 (19-il klijent fuq il-lista ta’ stennija għal Għawdex) Id-data li s-servizz iżomm hija waħda globali u b’hekk mhux possibbli li tkun maqsuma bejn Malta u Għawdex. L-etajiet medji ivarjaw bejn 3 snin u 16-il sena.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – taħriġ lill-ħaddiema dwar terremoti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jew dipartimenti oħrajn li jaqgħu taħtu ġewx imħarrġa dwar terremoti ta’ skala mdaqqsa li jistgħu jolqtu lil pajjiżna? Jekk iva, x’taħriġ ingħata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Protezzjoni Ċivili ilha titħarreġ għal diversi snin fuq taħriġ intensiv fuq terremoti u tsunami, kif indikat hawn taħt: · Eżerċizzju ma THW (Germanja) 2010 · Eżerċizzju Twist 2013 · Eżerċizzju Simit 2015 · Eżerċizzju Simit Tharsy 2022 · Eżerċizzju ma UK ISAR 2016 · Eżerċizzju PACES 2019 · Dawn minbarra diversi e¿erċizzji zgħar oħra fejn ipparteċipajna b’osservaturi, jew oħrajn li saru lokali mid-DPĊ sabiex jiġu mħarrġa teams lokali.

San Ġiljan – każijiet ta’ bodily harm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bodily harm ġewwa San Ġiljan, sena b’sena mis-sena 2000 sal-2022? Jista’ jgħid jekk kienx hemm effett fiż-żmien tal-COVID-19?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ reati ta’ ‘bodily harm’ irrapportati għal-lokalita ta’ San Ġiljan bejn is-sena 2000 u s-sena 2022, maqsumin sena b’sena, huma kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt. Iż-żmien tal-COVID-19 kellu effett fuq l-ammonti ta’ inċidenti kif jidher fit-tabella, prinċipalment minħabba r-restrizzjonijiet imposti f’dak il-perjodu, fejn il-kongregazzjoni ta’ nies fil-lokalita kienet naqset drastikament. Fil-fatt l-ammonti bdew jiżdiedu fis-sena 2022 meta r-restrizzjonijiet bdew jonqsu u eventwalment tneħħew. Ukoll, juri kif matul l-aħħar snin ir-rapporti ta' bodily harm f'San Ġiljan naqsu. Sena Rapporti ta’ Bodily Harm 2000 173 2001 143 2002 140 2003 158 2004 186 2005 158 2006 154 2007 194 2008 179 2009 177 2010 181 2011 267 2012 212 2013 184 2014 216 2015 144 2016 131 2017 109 2018 106 2019 135 2020 67 2021 67 2022 97

Belt, Valletta – każijiet ta’ bodily harm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bodily harm ġewwa l-Belt Valletta, sena b’sena mis-sena 2000 sal-2022? Jista’ jgħid jekk kienx hemm effett fiż-żmien tal-COVID-19?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ reati ta’ ‘bodily harm’ irraportati għal lokalità tal-Belt Valletta bejn is-sena 2000 u s-sena 2022, maqsumin sena b’sena, jidhru fit-tabella hawn taħt. Iż-żmien tal-COVID-19 kellu effett, iżda mhux daqstant visibbli, fuq l-ammonti ta’ inċidenti kif jidher fit-tabella. Ir-restrizzjonijiet imposti waqt il-pandemija u tnaqqis ta’ moviment ta’ nies fil-lokalità f’dak il-perjodu, ftit għamlu effett meta mqabbla l-ammonti ta’ dawn il-każijiet. Sena Rapporti ta’ Bodily Harm 2000 7 2001 6 2002 7 2003 9 2004 20 2005 15 2006 36 2007 38 2008 26 2009 31 2010 41 2011 44 2012 36 2013 25 2014 26 2015 46 2016 36 2017 32 2018 31 2019 26 2020 29 2021 26 2022 35

Disponibbiltà tal-mediċina Pregabalin Sandoz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex minnu li l-mediċina indikata bħala “Pregabalin Sandoz” ma tinsabx għad-dispożizzjoni tad-dipartiment sabiex tingħata lil min għandu dritt skont ir-regolamenti mediċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina Pregabalin dejjem kienet disponibbli.

Wied il-Għajn – Triq ix-Xatt – pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pavimentar tax-xatt ta’ Wied il-Għajn, u ċjoè ta’ Triq ix-Xatt, hux se jinbdel billi qiegħed jitmermer sew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Minbarra diversi xogħlijiet infrastrutturali importanti li twettqu fil-lokalità, qed tiġi evalwata wkoll il-possibbiltà li jsiru xi proġetti fiż-żona madwar ix-xatt ta’ Wied il-Ghajn, għalkemm il-pjani għadhom fi stadju preliminari.

Il-11-il Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fil-11-il Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta mal-postijiet ta’ speed cameras, għandu jirreferi għat-tweġiba li qed jingħata għall-mistoqsija numru 6003. Għall-bqija tal-informazzjoni, tlabt li din tinġabar.

Transport Malta – rapporti permezz ta’ SMS dwar emissjonijiet ta’ duħħan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport b’SMS daħal għand Transport Malta dwar emissjonijiet ta’ duħħan minn karozzi fl-2022 u jgħid kemm ittieħdu azzjonijiet f’dan ir-rigward? Kemm-il karozza m'għaddietx mit-test? Kemm jiswa SMS?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ħ’Attard – Triq il-Linja — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmak fl-aħħar parti ta’ Triq il-Linja f’Ħ’Attard, liema parti tmiss ma’ Triq l-Imdina?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5805. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1314 li tpoġġa fis-Seduta 85 tas-6 ta' Frar 2023 )

Pulizija – ċitazzjonijiet fuq speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet tal-ispeed cameras matul l-2022 maqsumin skont il-camera?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ kemm ingħataw ċitazzjonijiet tal-ispeed cameras matul l-2022 maqsumin skont il-camera huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta – persuni li nqabdu jisirqu d-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jisirqu d-dawl? Tista’ tgħid kemm minn dawk li nqabdu, tressqu l-Qorti bejn l-2015 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta kellha 1,075 każ ta’ suspett ta’ serq ta’ elettriku. Fit-23 każ minnhom saret kwerela lil pulizija. F’erba’ każi oħra, l-Enemalta ħadet passi ċivilment. Fil-maġġoranza tal-każi, ma kienx hemm bżonn passi ulterjuri għaliex kif tipprovdi l-liġi sar ftehim bejn l-Enemalta u l-konsumaturi.

MCAST, Università u ITS – studenti li ggradwaw minn korsijiet MQF Level 6

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti tal-MCAST, tal-Università u tal-ITS mill-korsijiet MQF Level 6, ikklassifikati skont ir-raħal ta' fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u l-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.