Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara – Kulleġġ Santa Tereża – għalliem għal klassi 5.2

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5505 u jgħid jekk l-Iskola Primarja ta' Birkirkara (Kulleġġ Santa Tereża) hux se tingħata għalliem/a sabiex il-klassi 5.2 ma tibqax mingħajr għalliem? Jekk le, x'inhi r-raġuni u x'inhu l-pjan biex it-tfal f'din il-klassi jingħataw l-edukazzjoni tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija m’hemm l-ebda klassi b’post vakanti.

Birkirkara – Kulleġġ Santa Tereża – xogħol fuq l-aperturi u l-bibien

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5506 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-aperturi u l-bibien fl-Iskola Primarja ta' Birkirkara (Kulleġġ Santa Tereża)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol jibda skont l-urġenza, il-ħtiġijiet, u n-neċessitajiet fis-settur kollu.

Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896 u 5647 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4337, 4895 u 5648 u ċjoè: Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola l-linji gwida msemmija.

Malta Film Commission – audited accounts u rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4887 u 5649 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Audited Accounts u r-Rapporti Annwali tal-Malta Film Commission għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei – Dijabete — below the knee amputations

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5480 u jgħid sena b’sena, bejn l-2013 sal-2022, kemm kien hemm below the knee amputations fl-Isptar Mater Dei, ta' persuni li jbatu minn neuropathy minħabba d-Dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li below the knee amputations huwa skont it-tabella t'hawn taħt: Procedure (ICD 9CM code) 2019 2020 2021 Amputation below knee 14 23 20

Sptar Mater Dei – Dijabete — amputazzjonijiet mill-għaksa 'l isfel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5481 u jgħid, sena b’sena, bejn l-2013 sal-2022, kemm kien hemm amputazzjonijiet mill-għaksa 'l isfel, inkluż tas-swaba', fl-Isptar Mater Dei, ta' persuni li jbatu minn neuropathy minħabba d-Dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li amputazzjonijiet mill-għaksa 'l isfel, inkluż tas-swaba', huwa skont it-tabella hawn taħt mehmuża. Number of Procedures Proċedure 2019 2020 2021 Amputation of toe 328 229 273 Amputation through foot 12 21 16

Sptar Mater Dei – Dijabete — Kumplikazzjonijiet f’saqajn minħabba neuropathy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5482 u jgħid, sena b’sena, bejn l-2013 sal-2022, kemm kien hemm pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba kumplikazzjonijiet f’saqajhom minħabba neuropathy ikkawżata mid-Dijabete? Kemm kienet il-medja ta’ kull sena fit-tul ta’ ġranet li dawn il-pazjenti kienu taħt kura fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba kumplikazzjonijiet f’saqajhom strettament minħabba neuropathy huwa skont it-tabella hawn taħt mehmuża. Sena Numru ta’ pazjenti li da ħ lu l-Isptar Medja ta’ ġranet li l-pazjenti baqgħu l-Isptar 2019 6 4 2020 3 3.7 2021 6 7.5 Jan-Nov 2022 6 7.8

Sptar Mater Dei – MIU 1 – sodod, toilets u showers

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5485, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk it-tliet toilets u t-tliet showers humiex fissi jew "mobile"?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-toilets u x-showers huma fissi.

Skejjel primarji – adaptive papers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qabel kienu jagħmlu l-adaptive papers fl-iskola primarja u li issa mhux se jkunu qed joqogħdu għal eżami, humiex se jkunu mitlubin jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li adaptive paper, kif staqsa hu, ma teżistix. F’każ li qed jirreferi għal karta alternattiva din hija karta ta’ eżami ta’ livell iktar baxx li kienet tkun komuni għat-tfal kollha li jagħżlu li jagħmluha. Din il-karta mhux se titkompla u l-istudenti se jkunu mħeġġa li jagħmlu tal-inqas partijiet mill-karti prinċipali bħal eżempju s-smigħ. Filwaqt li karta addatta hi karta preparata għal kull individwu skont il-bżonnijiet individwali, din il-karta għandha titkompla.

Financial incentives for the Audivisual Industry — korrispondenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4340 u 5646, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġew referuti lilu, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil li tħabbar aktar kmieni din is-sena fil-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate? Jista’ jippubblika wkoll l-approvazzjoni li ngħatat mill-Kummissjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Qorti – flus minfuqa fuq esperti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq esperti tal-Qorti għas-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-flus intefqu fuq esperti fil-qasam tal-psikoloġija fl-istess perjodu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa fuq l-esperti tal-Qorti għas-sena 2021 kienet ta’ €9,316,651 li €47,144 minnhom intefqu fuq esperti fil-qasam tal-Psikoloġija. Fis-sena 2022 in-nefqa kienet ta’ €8,142,082 li €90,260 minnhom intefqu fuq esperti fil-qasam tal-Psikoloġija.

Università ta’ Malta — Occupational Therapists gradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw Occupational Therapists mill-Università ta' Malta fl-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar għaxar snin b’kollox gradwaw 106 student fis-suġġett imsemmi.

Occupational Therapists impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew impjegati Occupational Therapists fis-settur tas-saħħa għal kull sena mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-2022 gew impjegati 77 Occupational Therapists kif turi it-tabella mehmuża. Occupational Therapists 2013 9 2014 2 2015 17 2016 1 2017 2 2018 7 2019 8 2020 3 2021 21 2022 7

Jobsplus — Occupational Therapists jirreġistraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Occupational Therapists jirreġistraw mal-Jobsplus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Diċembru 2022 ma kien hemm l-ebda persuna li qegħda tirregistra għal xogħol ta occupational therapist fuq l-ewwel jew it-tieni parti tar-reġistru.

Spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5618, jista’ l-Ministru jgħid minn min u kif ikunu deċiżi l-postijiet fejn “jinħass li jkun hemm bżonn” isiru spezzjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet relatati ma' mwejjed u siġġijiet isiru skont skeda ta’ spezzjonijiet regolari li tiġi stabbilita mill-managers tal-Enforcement and Compliance Inspectorate, kif ukoll f’każijiet fejn ikun hemm rapporti mill-pubbliku jew minn xi entità pubblika.

Awtorità tal-Artijiet – rapporti dwar imwejjed u siġġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2018 'l hawn kemm-il rapport sar mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħrajn lill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi kkumpilata d-data mitluba, għandu jingħata ħafna aktar zmien sabiex issir ir-riċerka meħtieġa bi preċiżjoni.

Mosta – Żona tad-DIB – Plots tal-HOS – każijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5617, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu pendenti l-każ inkwistjoni fiż-Żona tad-Dib, fil-Mosta quddiem il-Land Arbitration Board?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija 5714.

Korpi Dixxiplinati — Persuni li taw il-25 sena servizz - pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5384 u jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li, kontra l-premessa żbaljata tiegħu, kemm il-membri tal-Korp tal-Pulizija u anke dawk tal-Forzi Armati ta’ Malta minn dejjem jieħdu l-pensjoni sħiħa wara 25 sena servizz, skont ir-regoli rispettivi. Minbarra hekk, uffiċjali (gwardjani) tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bdew igawdu minn pensjoni sħiħa sa mill-1999, b’emenda seba’ snin wara fl-2016, waqt li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bdew jingħataw l-istess trattament minn Marzu tal-2015. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħah il-penzjoni tas-servizz billi jimplimenta dak li wieghed fil-manifest elettorali.