Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST – Ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-kariga li qed tokkupa fi ħdan l-MCAST il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta ġiet ingaġġata, x’salarju ser ikollha l-kariga u kif ġiet magħżula din il-persuna sabiex tokkupa tali kariga?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhijiex ingaġġata mal-MCAST.

Numru ta’ għalliema speċjalizzati

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ftit snin ilu kien hemm erba’ Teachers of the Visually Impaired li kienu jappoġġjaw studenti madwar il-pajjiż, meta illum hemm waħda biss responsabbli għall-cohort nazzjonali kollu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li  bħalissa hemm sejħa miftuħa għall-għalliema, sabiex bil-kollaborazzjoni u sapport effettiv tas-Senior Leadership Teams, l-għalliema u l-LSEs ikunu jistgħu jużaw sistema fejn tħarreġ lill-edukaturi fl-iskejjel u jkunu jistgħu joffru sapport iktar dirett u effettiv lill-istudenti fil-kuntest skolastiku tagħhom. Għaddeja wkoll kollaborazzjoni b’mod attiv mal-FITA u mal-Malta Trust Foundation sabiex jiġi żgurat li dawn l-istudenti jirċievu l-aħjar sapport possibbli, kemm f’termini ta’ riżorsi kif ukoll ta’ taħriġ. Il-Ministeru, permezz tad-Direttorat għal-Servizzi Edukattivi, qed jara kif jista’ jsaħħaħ dan is-sapport permezz ta’ taħriġ ulterjuri u opportunitajiet ta’ speċjalizzazzjoni, biex jiġi żgurat li dawn l-istudenti jibqgħu jirċievu l-għajnuna meħtieġa b’mod effettiv u inklussiv. Fir-rigward tan-numru li qed jistaqsi dwaru l-interpellant, ninfurmah illi dan in-numru jvarja minħabba diversi ċirkustanzi personali u professjonali.

Skejjel Privati u tal-Knisja - Servizz ta’ trasport bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel privati u tal-Knisja li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Oner. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30660.

Skejjel tal-Gvern - Servizz ta’ trasport bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel tal-Gvern li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika s’issa applikaw 36,096 student sabiex jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas minn u lejn l-iskola

Ftehim ta’ kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet magħżula minn applikanti oħra għal ftehim ta’ kera fl-2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-offerti u min kienu l-membri li għażlu offerta minn oħra?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija applikat biex tikri appartament lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu. Infakkar li l-iskema Nikru Biex Nassistu hija miftuħa għal kull individwu jew kumpanija li għandha appartamenti vojta u tixtieq tikri dawn l-appartamenti għal perjodu ta’ għaxar snin lill-Awtorità tad-Djar sabiex jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali.

Għawdex - Kiri ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appartament f’Għawdex kien mikri mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif inkrew u mingħand min u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Għawdex - Kiri ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar, iffirmatx kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal kiri ta’ appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali maqsuma f’ħames blokok separati f’Għawdex fl-2024?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkarifika f’aktar dettall x’inhuma eżattament id-dettalji li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija, sabiex inkun nista’ nipprovdi tweġiba preċiża u kompleta. Ladarba nirċievi din iċ-ċarezza, l-Awtorità tkun tista’ twieġeb b’mod sħiħ u korrett.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31678.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31677.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 31676.

Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – Diskussjonijiet fuq is-sala ż-żgħira

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32810 u jgħid jekk kienx hemm diskussjonijiet mal-ġenituri dwar il-fatt li s-sala ż-żgħira tal-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi ma tistax tintuża? Jista’ jassigura lill-ġenituri, lill-edukaturi u lill-għalliema li m’hemmx periklu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – Kunċert

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32809 u jgħid jekk jistgħux isiru arranġamenti biex minflok il-kunċert jiġi rrekordjat u jkun online ikun hemm arranġamenti vis-a-vis l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi biex dan isir f’post ieħor fejn il-qraba jkunu jistgħu jattendu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – Kunċert fis-sala ż-żgħira

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32808 u jgħid għalfejn il-ġenituri ġew infurmati permezz ta’ e-mail li din is-sena mhux se jkun possibbli li jsir il-kunċert fis-sala ż-żgħira tal-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, minħabba li ntqal li s-sala ma tistax tintuża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Volunteer Reserve Force – Reklutaġġ

Question

B’referenza għas-sejħa li saret mal-Volunteer Reserve Force tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn kien hemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet bejn Novembru u Diċembru 2024, kien hemm l-għażla u l-intervista bejn Jannar u Mejju 2025 u l-kuntratti ġew iffirmati f’Lulju 2025, jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar minn Lulju 2025 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, peress li dawn il-persuni għadhom ma ġewx infurmati b’aktar avvanzi?  Jista’ jgħid ukoll meta se jissejħu biex jibdew is-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-proċess li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant issa wasal fil-fażi konklużiva tiegħu, u l-applikanti li temmew b’suċċess dan il-proċess ser ikunu imsejjħa fiż-żmien li ġej.

In-Naxxar - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32704 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu n-Naxxar li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet In-Naxxar Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 36 Pensjonijiet tal-irtirar Total 2,389 Pensjoni tar-Romol Total 611 Pensjoni tal-Invaliditá Total 55 Total 3,091

Pembroke - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32703 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu f’Pembroke li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Pembroke Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 15 Pensjonijiet tal-irtirar Total 461 Pensjoni tar-Romol Total 75 Pensjoni tal-Invaliditá Total 13 Total 564

San Ġiljan - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32702 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu f’San Ġiljan li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet San Ġiljan Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 54 Pensjonijiet tal-irtirar Total 1,352 Pensjoni tar-Romol Total 287 Pensjoni tal-Invaliditá Total 28 Total 1,721

Tas-Sliema - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32701 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu f’Tas-Sliema li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Tas-Sliema Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 70 Pensjonijiet tal-irtirar Total 2,640 Pensjoni tar-Romol Total 727 Pensjoni tal-Invaliditá Total 32 Total 3,469

Il-Gżira - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32700 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu l-Gżira li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Il-Gżira Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 62 Pensjonijiet tal-irtitar Total 1,119 Pensjoni tar-Romol Total 356 Pensjoni tal-Invaliditá Total 19 Total 1,556