Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-widien (isem tal-wied u r-raħal) f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom biex jitnaddfu u jsir xogħol ieħor fuqhom? Jista’ jgħid liema widien ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru matul is-snin 2014 u 2023 mill-programm ' M4.4121 - Rehabilitation of Gozo's Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities 2014-2020'? Jista’ jgħid ukoll kemm se jingħata flus il-Ministeru għal Għawdex minn dan il-fond għal dawn il-widien biex jitnaddfu u jsir xogħol ieħor fuqhom? Jista’ jgħid jekk hux se jingħata aktar flus u jekk iva, kemm ingħata minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-widien?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-widien li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom taħt M4.4.121 – Rehabilitation of Gozo’s Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities 2014-2020, biex jitnaddfu u jsir xogħol ieħor fuqhom, jinsabu fit-tabella hawn taħt. Il-widien sottomessi kollha ġew aċċettati.
L-allokazzjoni tal-proġett tammonta għal € 1,853,388.80.
Siti (Widien)
Lokalità
WIED IX-XLENDI
Xlendi
WIED TAL-GRAZZJA
Żebbuġ
WIED TA’ MĠARR IX-XINI
Sannat
WIED RIĦAN
Nadur
WIED TA GRAJGEL/DAĦLET QORROT
Nadur
WIED IL-WILEĠ (INCORPORATING ALSO VALLEY AT TAL-
HALQ/TA MARGA L/O QALA)
Qala
WIED TAX-XĦAJMA
Nadur
WIED IMĠARR/ĠNIEN MIGIARRO L/O GĦAJNSIELEM
Għajnsielem
WIED TA’ MARSALFORN
Żebbug/Xagħra
WIED TAL-ORT
Għasri
WIED L-INFERN
Żebbuġ
WIED IL-KBIR
San Lawrenz
Pulizija – każi ta’ cash seizures relatati ma’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm cash seizures marbutin ma' droga fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-qbid ta’ flus kontanti minn uffiċjali investigattivi, li kien hemm marbutin ma' droga bejn is-sena 2013 u s-sena 2022 kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Sena
Ammont totali
2013
€10,985.00
2014
€70,040.00
2015
€109,015.00
2016
€ 269,542.10
2017
€246,707.15
2018
€222,424.75
2019
€541,241.76
Forint 140,500
$20 + £5
2020
€217,996.40
2021
€567,486.00
2022
€1,057,655.50
$110.00
Pulizija – każi ta’ money laundering relatati ma’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' money laundering marbutin ma’ droga fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru mill-Pulizija, il-każijiet ta' ħasil ta’ flus marbutin ma’ droga fl-aħħar għaxar snin kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt;
Sena
Kazijiet ta’ ħasil ta’ flus
relatati ma droga
2013
0
2014
1
2015
2
2016
3
2017
4
2018
8
2019
5
2020
7
2021
13
2022
14
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Pulizija ġodda wara s-sejħa li saret għar-rekluti ġodda u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ Lulju 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi mis-sejħa li saret għar-rekluti ġodda u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ Lulju 2022, bħalissa hemm tnejn u erbgħin (42) rekluta li qed jattendu t-taħriġ relatat mal-istess reklutaġġ fl-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’dan il-Ministeru minn Marzu 2022 sal-lum.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Aġenzija LESA – Uffiċjali tal-Komunità – body cams
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li l-Uffiċjali tal-Komunità (Wardens) jiġu fornuti b’body cams fuq l-istess mudell ta’ kif jaħdmu l-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-aġenzija LESA qed taħdem fuq introduzzjoni ta' bodycams għall-uffiċjali tagħha.
Aġenzija LESA – Uffiċjali tal-Komunità – uniformijiet ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li l-Uffiċjali tal-Komunità (Wardens) jiġu fornuti b’uniformijiet ġodda aktar komdi u prattiċi biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom aħjar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-aġenzija LESA qed taħdem fuq dan u bħalissa qed isir market research.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hix qed tiġi kkonsidrata l-possibilità li l-Park Rangers ikunu fornuti b’body cams?
Response (DALLI, MIRIAM)
Tajjeb nispeċifika li Ambjent Malta għandha wardens (Environment) li huma stazzjonati magħha. Bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant tali wardens (Environment) mhumiex koperti minn qafas legali li jagħti poteri ta’ infurzar fuq ksur ta’ liġijiet. Infurmata li l-liġi marbuta mal-protezzjoni tad-data ma tippermettix legalment li jintuża dan l-apparat minn dawn l-uffiċjali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn Park Rangers jaħdmu f’pajjiżna bħalissa, fejn qed jaħdmu u kemm minnhom huma impjegati mal-Gvern u mal-NGOs?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma' Ambjent Malta, fi ħdan dan il-Ministeru, hemm 8 Wardens (Environment) li huma impjegati full-time. Dawn huma mqassmin hekk:
· Tlieta (3) jagħmlu xogħol ta’ monitoraġġ u mmaniġġar ġewwa siti ta’ Natura 2000
· Persuna (1) qiegħda stazzjonata ġewwa l-mixtla ta’ Ambjent Malta.
· Erbgħa (4) huma mislufin lil Birdlife Malta u qegħdin stazzjonati ġewwa s-Salini Salt pens
Infurmata wkoll li hemm tliet (3) rangers li jaħdmu full-time u ieħor (1) part-time li huma ingaġġati mill-Federazzjoni tal-Park tal-Majjistral.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk jeżistux jew le kondizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema li jaħdmu bħala Park Rangers? Jekk iva, tista’ tqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif speċifikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5818 l-Park Rangers huma ingaġġati mill-Federazzjoni tal-Park tal-Majjistral.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-bini tal-inċineratur fil-Magħtab u fl-istess waqt tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar tal-istess proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fejn jidħol l-iskavar tas-sit, dan mixi kif mistenni sabiex ikun lest sa meta jingħalaq il-proċess tax-xiri tal-impjant liema proċess mixi kif ippjanat ukoll. Fir-rigward tal-pjanti, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ngħatat għall-PQ 21157.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2022 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-2021 l-FTS lestiet 35 proġett maġġuri b’investiment ta’ €84,800,800.
Skejjel ġodda mill-2013 s’issa jinsabu hawn taħt;
2014-15 Skola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke - €3 miljun
2015-16 Middle School' fil-Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop - €8 miljun
2015-16 'Senior School' fil-Kulleġġ San Nikola, Ħad-Dingli - €8 miljun
2017-19 Skola Primarja gdida fil-Kullegg San Tumas More, Marsaskala - €6 miljun
2016-2020 Skola Primarja gdida fil-Kullegg Maria Regina, fil-Qawra - €13 miljun