B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1198, tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, Fgura sarux u jekk le, meta se jsiru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’koordinazzjoni mal-entità li tieħu ħsieb xogħol infrastrutturali biex din twettaq ix-xogħol meħtieġ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2064, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu biex Triq Delimara, Marsaxlokk, tiġi fi stat aħjar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-triq Infrastructure Malta lestiet proġett ta’ żewg kilometri sa ftit qabel it-Tempju tas-Silġ. Dan kien jinkludi wiċċ ġdid. Il-biċċa tat-triq minn Tas-Silġ lejn iż-Żejtun ma kenitx parti mill-proġett ta’ Infrastructure Malta u kien hemm proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2063, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu biex Triq Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk, tiġi fi stat aħjar?
Community Work Scheme – ħlas ta’ arretrati lill-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jaħdmu taħt il-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021, 2022 li tħallsu l-arretrati li kellhom jingħataw fl-ammont ta’ €200 fix-xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-€200 fix-xahar imsemmija fil-mistoqsija jirreferu għal żieda fil-pagi tal-parteċipanti tal-Community Work Scheme b’effett minn Jannar tal-2018.
Dawn tħallsu lill-parteċipanti fil-ħin u għaldaqstant ma kien hemm ebda każ ta’ arrettrati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Forti Binġemma għadhiex okkupata illegalment minn squatters? Jekk iva, jista’ jgħid meta l-Awtorità tal-Artijiet se tieħu azzjoni biex dawn jiġu żgumbrati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Forti Binġemma kienet ingħatat b’kirja għal-16-il sena fejn din skadiet fit-8 ta’ Ottubru 1997. F’dak iż-żmien, din il-kirja baqgħet tiġi mġedda annwalment, sakemm din saret ukoll tintuża bħala residenza bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-istess kirja. Għalkemm matul iż-żmien saru ħafna diskussjonijiet sabiex tissolva din il-problema, issa din waslet fil-punt fejn m’hemmx soluzzjoni oħra ħlief li tiġi żgumbrata din il-proprjetà.
Fid-dawl tal-fatt illi spezzjonijiet reċenti juru biċ-ċar illi l-proprjetà inkwistjoni għadha qiegħda tiġi okkupata minn mara anzjana, ċjoè waħda mill-inkwilini oriġinali, flimkien ma binha, qegħdin isiru sforzi sabiex tinstabilhom akkomodazzjoni alternattiva qabel ma jiġi fis-seħħ l-iżgombru.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2017 ‘l hawn kemm kien hemm każijiet fejn sewwieqa nstabu li kienu qegħdin isuqu taħt l-influwenza tad-droga? Jista’ jgħid kif dawn instabu li kienu taħt l-influwenza tad-droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fejn sewwieqa joqogħdu għal testijiet biex jiġi stabbilit jekk kinux qegħdin isuqu taħt l-influwenza tad-droga, dawn isiru b’ordni tal-Maġistrati waqt l-inkjesti relatati u għalhekk nitolbok tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi tas-sit tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet titmexxa, kif għandu jkun, b’mansjoni indipendenti mill-Gvern. U proprju hu għalhekk li l-Oppożizzjoni hi rappreżentata fuq il-Bord tal-Gvernaturi, proprju mill-Onor. Interpellant liema Bord jiltaqa' diversi drabi kull xagħar, sabiex ikollha l-liberta li tiskrutinja u tistaqsi fuq dak kollu li jidhrilha, inkluz fuq materji ta’ din ix-xorta. Għaldaqstant, mistoqsijiet bħal dawn li jirrelataw ma’ każijiet specifici, għandhom jiġu trattati fil-forum adattat tagħhom, li hu l-Bord tal-Gvernaturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq li ġie rrapportat mill-bidu ta' Jannar 2020 sal-lum, lokalità b'lokalità f’Għawdex? Kemm minn dawn il-każijiet sal-lum għadhom ma ġewx riżolti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi każi ta’ serq li ġie rrapportat mal-Pulizija ġewwa Għawdex kien ta’ 169 każ fis-sena 2020, 142 każ fis-sena 2021 u 173 każ fis-sena 2022. L-informazzjoni l-oħra qed tinġabar.
Enemalta – talbiet għal bozoz pubbliċi ġodda mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm-il talba għal bozoz pubbliċi ġodda rċeviet l-Enemalta mill-Ministeru għal Għawdex mill-bidu tal-2019 sal-lum? Kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati? Fejn huma l-bozoz li ġew approvati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mill-2019 sal-aħħar tal-2022, l-Enemalta installat 298 bozza f’toroq pubbliċi kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-applikazzjonijiet għal dawn il-bozoz saru jew mill-Ministeru għal Għawdex jew mill-Kunsilli Lokali.
Ministeru għal Għawdex – proġett ta’ retro fitting
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-proġett ta' retro fitting li qed isir fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid meta nbeda x-xogħol fuq dan il-proġett, x'sar s’issa, u jagħti break down dettaljat tal-ispejjeż li saru s’issa fuq dan il-proġett kif ukoll x'baqa’ jsir u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett tar-retrofitting hu ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u jifforma parti minn proġett akbar ta’ rinnovar u modernizzar estensiv taċ-Ċentru Amministrattiv li jinkludi l-Ministeru għal Għawdex. Dan il-proġett hu mmirat li jirrendi l-binja kollha aċċessibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, sikura u moderna għall-bżonnijiet tal-lum.
Il-proġett tar-retrofitting li ġie ppjanat wara li sar Energy Efficiency Audit hu maħsub sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-użu tal-enerġija fil-binja. Ix-xogħlijiet fuq is-sit bdew f’Lulju tal-2019. S'issa twaħħlu l-aperturi double-glazing tal-binja u saru x-xogħlijiet kollha fuq il-bjut li kienu jinkludu t-tpoġġija tal-membrane u r-rinstallazzjoni tal-pannelli fotovoltajiċi. Saru wkoll xogħlijiet strutturali, mekkaniċi u elettriċi u oħrajn ta’ insulazzjoni fl-ewwel sular tal-binja li fil-ġranet li ġejjin ser jibda jintuża mill-uffiċjali tal-Ministeru. L-imsemmija xogħlijiet ser isiru fil-kumplament tal-binja. Ix-xogħlijiet tal-parti tar-retrofitting huma ppjanti li jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena.
Fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem fuq tliet tenders marbuta ma’ dan il-proġett li huma dak tal-pavimentar u tisbiħ tal-btieħi, tar-restawr tal-faċċati kif ukoll tal-għamara. Hu ppjanat li dan il-proġett jkun lest fl-intier tiegħu fis-sena 2024.
Sa issa €1,369,967.09 tħallsu bħala spejjeż fuq Retrofitting u €1,385,534 fuq spejjeż ta’ Refusbishment.
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni – uffiċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tan-numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-grad tagħhom f’kull każ? Jista’ jgħid, f’kull każ, jekk il-postijiet humiex mimlija, meta mtlew, u jekk imtlewx wara sejħa pubblika?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni huma dawk kif murija fit-tabella hawn taħt:
Grad
Data ta'ingaġġ
Ingaġġ wara sejħa ghall-applikazzjonijet
Kap tas-Segretarjat
01.06.2022
Assistenta Personali
09.12.2014
Direttur tal-Kommunikazjoni
27.04.2021
x
Senior Coordinator
05.09.2018
Senior Administrative Coordinator
01.08.2022
Senior Policy Officer
01.07.2022
Manager 1(Compliance)
05.11.2018
x
Manager 1 (Project Management)
10.07.2019
x
Receptionist
18.11.2022
Messaġier/Xufier
01.06.2022
Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5118, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5724, ninfurmaha l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru jimxu wkoll ma’ din il-policy ħlief l-ITS li għandhom il-policy tagħhom.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-Servizz Pubbliku u għal numru ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża l-policy li tapplika hija dik li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5724. Hemm ukoll entitajiet oħra li dwar anti-harassment, għandhom policy speċfika.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Rigward l-Anti-Harassment Policy fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5724.
Rigward l-entitatijet fi ħdan il-Ministeru, dawn kollha jaddottaw ‘zero tolerance policy’ rigward harassment, bullying u fastidju sesswali, hekk kif stabbilit fl-employment handbooks rispettivi tagħhom.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Transport Malta – Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-Public Service Agreement
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar ta' din is-sena hu maħsub li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex, peress li dan il-ftehim issa ilu bosta snin li skada?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jinstabu għaddejjin preparamenti tekniċi kif ukoll id-diskussjonijiet neċessarji sabiex il-Gvern jippubblika sejħa għall-PSO.
B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat mill-Ministru, fejn intqal li matul is-sena 2022 il-Ministeru ħawwel 35,600 siġar u arbuxelli madwar Malta u Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid kemm minnhom tħawlu f’Għawdex u fejn tħawlu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ diversi inizjattivi li ħa l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, tħawlu 1,988 siġar u arbuxelli ġewwa l-gżira ta’ Għawdex f’dawn il-lokalitajiet :-Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Munxar, Nadur, Qala, Rabat, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija, Xlendi u Żebbuġ.