Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 11 - promozzjonijiet

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 11) kien li ser titħaddem gwida ġdida fejn membru fil-Malta Police Force jkun promoss skont il-ħila tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-proċeduri ġodda ta’ promozzjonijiet ġewx implimentati? B’mod konkret, jista' jgħid xi nbidel? Jista’ jgħid ukoll kif qed isiru t-transfers u jekk hemmx xi policy dwar kif dawn it-transfers isiru? Jekk hemm policy, jista' jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4002 u 4004.

Community Mental Health Clinics — staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm staff f’kull Community Mental Health Clinic u xi grad huma?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' staff f’kull Community Mental Health .

Community Mental Health Clinics — appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il appuntament ġie bbukkjat f’kull Community Mental Health Clinic fis-snin 2021 u 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li appuntamenti bbukkjati f’kull Community Mental Health Clinic fis-snin li talab hu jinsabu fil-listi t'hawn taħt:. 2021 Booked Appointments MHCs 2021 Appointments Attended Qormi Mental HC 6698 4836 Paola Mental HC 3301 2266 Cospicua Mental HC 2865 2638 Mtarfa Mental HC 4975 3445 Floriana Mental HC 4599 2522 Mosta / Qawra Mental HC 1117 1004 2022 Booked Appointments MHCs 2022 Appointments Attended Qormi Mental HC 5855 3879 Paola Mental HC 3921 2518 Cospicua Mental HC 3187 2929 Mtarfa Mental HC 6494 4194

Floriana Mental Health Community Clinic – aċċess għall-persuni bi problemi ta’ mobbiltà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Floriana Mental Health Community Clinic hijiex aċċessibbli għall-persuni bi problemi ta’ mobbiltà?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Floriana Mental Health Community Clinic tipprovdi servizz totali għal persuni bi problemi ta' mobilità, billi tarahom fis-sular ta' isfel.

Kliniċi tas-Saħħa Mentali – pjan ta’ tkabbir

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed isir pjan ta’ tkabbir fi kliniċi tas-saħħa mentali li huma żgħar fid-daqs għall-użu tagħhom, bħal dawk fl-Imtarfa, Bormla u l-Mosta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klinika tal-Imtarfa kellha żieda ta' kamra oħra għal persuni bi problemi tas-saħħa mentali. Kif ukoll il-kamra li kienet tintuża darbtejn fil-ġimgħa, għal Gender Clinic, issa qed tintuża wkoll għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, peress li l-Gender Clinic mxiet għal lokalità oħra. Hemm ukoll pjan ta' tkabbir fil-klinika tas-saħħa mentali ta' Bormla.

Sptar Mount Carmel – nefqa kapitali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex u f’liema settur, mis-sena 2021 għas-sena 2022 in-nefqa kapitali tal-Isptar Mount Carmel naqset minn €4 miljun għal €2 miljun?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali tal-Isptar Mount Carmel tvarja minn sena għall-oħra skont il-proġetti kapitali li jkunu proġettati li se jingħalqu f’dik is-sena.

Pazjenti li ma ngħatawx kimoterapija minħabba nuqqas ta’ provvista

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm persuni, u kemm kienu l-persuni affettwati, li ma ngħatawx xi tip ta’ kimoterapija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija minħabba nuqqas ta’ provvista?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm pazjenti li ma ngħatawx it-trattament tagħhom fil-perjodu indikat.

Ġbir tal-ilma tax-xita fil-bjar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4312, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar biex tara li din il-ħtieġa tal-bjar tkun imwettqa? Hemm xi eċċezzjoni fid-dawl li diversi żviluppi huma mingħajr bjar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li proposti ta’ żvilupp għandhom ikollhom bir fejn jiġi wkoll indikat il-qies tal-bir. Il-liġi sussidjarja L.S. 552.22 tagħmel referenza għal dan. L-Awtorità tal-Ippjanar tara li fejn il-pjanti approvati juru bir, dan jinbena bħala parti mill-iżvilupp approvat.

Applikazzjonijiet ta’ sanctioning

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4392, jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ bini illegali li ġie sanctioned mis-sena 2013 sal-lum? Jista’ jagħti lista ta’ x’kienu dawn l-illegalitajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

San Ġiljan – Binja Ta’ Giorni — manutenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4393, fejn il-Ministru qal li “ġie mwaqqaf il-Housing Development Fund li fost irwoli oħra se jkun qed joħloq fond biex jitwettqu proġetti ta’ tisbiħ madwar il-binjiet tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kbir dan il-fond, minn fejn ġejjin dawn il-fondi u liema binjiet se jkunu msebbħa matul l-2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond li għalih qed issir referenza, sa Jannar 2023 jammonta għal €335,234.95c. L-Awtorità tad-Djar għandha CSR ma’ entitajiet privati u dawk governattivi dwar dan il-fond.

LESA – Uffiċjali tal-komunità assenjati mal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4395, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li numru ta’ uffiċjali tal-komunità fi ħdan il-LESA jkunu assenjati b’mod regolari mal-kunsilli lokali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-LESA hija aġenzija mwaqqfa separatament minn entitajiet oħra, u tieħu ħsieb ir-riżorsi kollha tagħha. Fl-istess waqt l-Aġenzija tara li toffri s-servizzi kollha tagħha fil-lokalitajiet kollha, f’koordinazzjoni kemm ma' kunsilli lokali, kif ukoll ma' entitajiet, u forzi tal-ordni oħra.

Żieda fil-prezzijiet tal-ikel u prodotti oħra

Question

Fid-dawl tad-diskors tiegħu fil-pubbliku fejn stqarr li hemm ċerti negozjanti/importaturi li qegħdin jgħollu l-prezzijiet tal-ikel u prodotti oħra b’tali mod li diversi prodotti tal-ikel qed jogħlew, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ser ikun qiegħed jieħu biex jara li ma jkunx hawn/jitkomplewx dawn li qal li huma abbużi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li din l-amministrazzjoni hija kommessa li tiġġieled għall-interessi tal-konsumaturi. Qabelxejn tagħmel dan billi bid-deċiżjonijiet li tieħu tkun hi li ma żżidx il-piż fuq il-konsumatur kif kien jiġri f’amministrazzjonijiet oħra ta’ żmien Gvern Nazzjonalista li żiedu l-kontijiet tal-enerġija u t-taxxi, biex nagħti biss żewġ eżempji. Fl-istess ħin irridu nibqgħu nsaħħu l-Malta Competition and Consumer Affairs Authority biex taqdi l-irwol tagħha skont il-liġi. Illum il-budget għal din l-awtorità tela’ għal €7.3 miljun, id-doppju ta’ dak li kienet talloka għal dan il-għan l-amministrazzjoni ta’ qabel l-2013. Filwaqt li aħna kommessi biex innaqqsu l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-familji, l-Oppożizzjoni kkonfermat li kieku qed tmexxi lil pajjiżna kienet titfa l-piż taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fuq il-familji. Xi ħaġa li l-imsieħba soċjali sostnew kienet twassal biex ikollna inflazzjoni double-digit.

Baġit 2023 – line item 5891 – tnaqqis

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni fl-aħħar estimi tal-Baġit li ġew approvati l-line item 5891, Climate Action Plan, naqas minn €250,000 (2022) għal €100,000 (2023)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kwalunkwe analiżi ta’ dawn l-allokazzjonijiet ma tistax issir b’mod iżolat imma trid tieħu kunsiderazzjoni tal-allokazzjoni totali tal-voti. Fil-fatt f’dan il-budget dan il-Gvern alloka aktar minn €175 miljun f’miżuri li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u l-Ambjent taħt Ministeru wieħed, dak tal-Ambjent, Enerġija u Intrapriża.

Rabat – Dar Saura — sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Dar Saura, ir-Rabat, sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Attard – Roseville –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Rosevilla, Ħ’Attard sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Ħal Għargħur- Golden Care –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Golden Care, Ħal Għargħur sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni oħra ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

San Ġiljan – Casa Leone –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Leone, San Ġiljan sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Ħamrun – Casa Francesco –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Francesco, il-Ħamrun sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Fgura – Dar San Ġużepp –sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Dar San Ġużepp, il-Fgura sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Orthotics u l-Prosthetic Unit — Ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5479, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, minbarra s-sitt technicians, x'inhi l-professjoni tal-erba' ħaddiema l-oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-erba' ħaddiema l-oħra huma: 2 Orthotists 1 Prosthetist 1 Podiatrist b’interess specjali fl-Orthotics