Residenza San Vinċenz de Paul – ħlas lil nurses u/jew carers barranin
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5567, jista' Ministru jgħid kif qed jassigura li n-nurses u/jew carers barranin (TCN) li jaħdmu fil-parti l-ġdida ta' San Vincenz de Paul u dawk li jaħdmu fil-parti l-antika jitħallsu l-istess għall-istess xogħol? Jista' l-Ministru jikkonferma li dan qed iseħħ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5567 li ngħatat fis-Seduta 82 tat-30 ta’ Jannar 2023.
Birżebbuġa – Triq tal-Ġebel – irwejjaħ ta’ drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk daħlux rapporti li r-residenti fi Triq tal-Ġebel u fl-inħawi, f'Birżebbuġa, qegħdin ixommu rwejjaħ ta' drenaġġ? X'investigazzjonijiet saru u minn min, u x'azzjonijiet ser jittieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’dak li jirrigwardja każijiet ta’ rwejjaħ fl-inħawi ta’ Birżebbuġa, mill-bidu ta’ Jannar lil hawn, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċeviet rapport wieħed biss nhar il-Ħadd 29 ta’ Jannar. L-Awtorità wettqet spezzjonijiet fit-triq imsemmija, fit-toroq tal-madwar u kif ukoll fiż-żona residenzjali tal-Papa u fiċ-ċentru ta’ Birżebbuġa.
Fil-fratemp il-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma għamlet l-investigazzjonijiet tagħha wkoll, fejn il-problema relatata ma’ rwejjaħ ta’ drenaġġ ġiet solvuta.
Il-korporazzjoni se tibqa' ssegwi l-każ.
Impjant tal-Produzzjoni tal-prodotti tax-xorb — ilma
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2840 u tgħid sena b'sena mill-2011 sal-2021 kemm ittella' ilma mill-ilma tal-pjan mill-impjanti tal-produzzjoni tal-prodotti tax-xorb, inklużi dawk li jibbottiljaw l-ilma għax-xorb, u b'liema rata, medja għal kull sena, dan inxtara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-2016 ma kien isir l-ebda monitoraġġ speċifiku. Minn dak iż-żmien bdew jiġu rreġistrati l-ammonti f’metri kubi kull sena, kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Infurmata li bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni neċessarja f’dan ir-rigward.
AFM – għoti ta’ leave u/jew time off in lieu lil ħaddiema tal-CFF
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li f'każ ta' mard, persuna li taħdem fl-Armata tgħaddi optional leave u/jew time off in lieu lil persuna li taħdem fil-Faċilità Korrettivia ta' Kordin jekk din il-persuna jkollha bżonn minħabba mard fil-familja? F'każ li iva, jista' jispjega l-proċedura? F'każ li le, jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dan isir possibbli?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-Forzi Armati ta’ Malta (FAM), f’każ li impjegat tal-Armata jkun jixtieq jagħti xi sigħat ta’ vacation leave/time-off in lieu minn tiegħu/tagħha lil xi impjegat ieħor li jaħdem f’xi dipartitment jew entità oħra tal-Amministrazzjoni Pubblika, jista’ jagħmel dan billi jimla l-formola li teżisti għal dan il-għan u din tkun ipproċessata u approvata skont il-provvedimenti li hemm fis-seħħ għall-Amministrazzjoni Pubblika kollha.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġie jiswa lill-Gvern ir-Rapid Screening test tal-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t'hawn taħt hemm rendikont ta’ kemm ġie jiswa r-Rapid Screening test tal-COVID-19:
Numru ta' "rapid test kits" Mixtrija
Nefqa fuq "rapid test kits"
STANDARD Q COVID-19 AG RAPID TEST
600,000.00
€ 2,747,850.00
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twettqu operazzjonijiet ta’ salvataġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fl-2022, li rriżultaw fi żbarki f’Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta wettqu 49 operazzjoni li rriżultaw fi żbarki f’Malta, li jinkludu Medical Evacuations (MEDEVACs), persuni b’diffikultà waqt l-għawm li jinkludi bugħaddasa, pleasure crafts f'periklu, laneċ bi dħul ta’ ilma, ġbir ta’ persuna mejta mill-baħar, sitwazzjonijiet ta’ nar, u immigrazzjoni irregolari.
Żona SAR – żmien sabiex bastiment li jkun f’diffikultà jkun salvat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-tul medju ta’ żmien li bastiment iqatta’ f’diffikultà fiż-żona SAR ta’ Malta qabel is-salvataġġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ħin medju ta’ żmien li bastiment iqatta’ f’diffikultà fiż-żona SAR ta’ Malta qabel is-salvataġġ ivarja minn każ għal każ (minn ftit sigħat għal diversi sigħat) u jiddependi minn diversi aspetti tanġibbli u intanġibbli, illi meta kkunsidrati, ma jagħtux stampa ċara ta’ ħin medju realistku f’dan ir-rigward. Uħud minn dawn l-imsemmija aspetti jvarjaw mid-distanza li l-bastiment ikun 'il bogħod mill-kosta (hemm distanzi li huma 400 mil nawtiku viċin il-Greċja jew l-Eġittu) jew l-eqreb bastiment li jirrispondi għas-sejħa u li mbaghad ikun jista’ jew lest li jipprovdi għajnuna u l-assistenza neċessarja, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, il-koperazzjoni li tinstab minn bastimenti fil-viċin, mezzi ta’ komunikazzjoni, l-informazzjoni disponibbli, il-kapaċità u l-abbiltà tal-vapuri u l-ajruplani militari tal-FAM li jaslu fl-area, il-ħin tal-ġurnata, l-ammont ta’ każijiet, u n-natura ta’ diffikulta tal-bastiment.
AFM u Gwardja tal-Kosta Libjana – operazzjonijiet ta’ salvataġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiż-żona SAR Maltija li l-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ikkoordinat mal-Gwardja tal-Kosta Libjana fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi ma kien hemm l-ebda operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiż-żona SAR Maltija li l-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ikkoordinat mal-Gwardja tal-Kosta Libjana.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom karozzi l-LESA li jmorru fuq il-post tal-inċidenti tat-traffiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Aġenzija għandha 6 karozzi allokati speċifikament 24 siegħa fis-sezzjoni tal-kollużjonijiet. Dan apparti l-muturi allokati speċifikament għal dan il-għan, u karozzi oħra disponibbli li jintużaw skont il-bżonn.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4954, jista' l-Ministru jippreżenta l-informazzjoni li għandu rigward ta' kemm hu n-numru ta' Maltin li emigraw biex jaħdmu barra minn Malta? Ta' liema età huma?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed nannetti t-tabelli li juru stimi ta’ emigranti u immigranti Maltin, ibbaZati fuq mudelli matematiċi, għas-sena ta’ referenza 2021.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) m’għandux informazzjoni dwar ir-raġunijiet, inkluza dik ta’ xogħol, għalxiex il-persuni jkunu emigraw.
Ta’ min izid li l-figuri pprezentati se jkunu riveduti fuq il-bazi tad-data miċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021.
Stima ta' Emigranti Maltin:
Sena ta' Referenza 2021 Stima ta' Immigranti Maltin:
Sena ta' Referenza 2021
TotalMaskiliFemminiliTotalMaskiliFemminili
TOTAL1,9291,0768532,7711,4241,347
0-4141618020479125
5-9652837953758
10-14663333954451
15-19623428904545
20-2424215290342201141
25-29336192144480255225
30-34266132134384174210
35-3918011169257148109
40-4410359441457669
45-498348351196455
50-547741361095356
55-597357161027527
60-648236461204872
65-69573522844836
70-74432716613526
75-79311516482028
80-84119217134
85+116519910
B’referenza għall-kawża ARB/21/36 fl-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID), jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Gvern Malti fi spejjeż totali mill-bidu tal-kawża fl-2021 sa Jannar 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Minħabb r-raġuni li dan l-arbitraġġ għadu mhux magħluq kull dettall relatat miegħu qed jiġi meqjus kunfidenzjali; b’dan illi fi tmiem l-arbitraġġ, il-Ministeru ser jimpenja ruħu jabiex jagħti rendikont sħiħ tal-informazzjoni mitluba skont il-liġi u r-regolamenti applikabbli.
Kawża – avukati tal-Istat u avukati privati Maltin
Question
B’referenza għall-kawża ARB/21/36 fl-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID), jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġew selezzjonati avukati bħala konsulenti tal-iState Advocate, l-avukati privati Maltin? Jista’ jgħid kemm swew is-servizzi tagħhom tul l-2021 u l-2022, individwalment?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Minħabba r-raġuni li dan l-arbitraġġ għadu mhux magħluq kull dettall relatat miegħu qed jiġi meqjus kunfidenzjali; b’dan illi fi tmiem l-arbitraġġ, il-Ministeru ser jimpenja ruħu sabiex jagħti rendikont sħiħ tal-informazzjoni mitluba skont il-liġi u r-regolamenti applikabbli.
B’referenza għall-kawża ARB/21/36 fl-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID), jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx avukati barranin oħrajn imqabbdin bħala konsulenti fuq din il-kawża, u x’inhuma l-ispejjeż tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ir-Repubblika ta’ Malta, kif jirriżulta minn informazzjoni pubblika, hija rappreżentata mid-ditta legali Alston & Bird. Minħabba r-raġuni li dan l-arbitraġġ għadu mhux magħluq kull dettall relatat miegħu qed jiġi meqjus kunfidenzjali; b’dan illi fi tmiem l-arbitraġġ, il-Ministeru ser jimpenja ruħu jabiex jagħti rendikont sħiħ tal-informazzjoni mitluba skont il-liġi u r-regolamenti applikabbli.
B’referenza għall-kawża ARB/21/36 fl-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID), jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-osservazzjonijiet li saru mill-Gvern Malti fil-kawża nhar il-21 Novembru, 2022; is-7 u d-9 Diċembru, 2022; kif ukoll l-aħħar osservazzjonijiet li saru fis-6 ta’ Jannar, 2023 mill-claimants fil-kawża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Kull detall relatat mal-arbitraġġ qed jiġi meqjus kunfidenzjali u ma jistax jiġi ppublikat kif mitlub.
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 10) kienet li ser tiġi implimentata strateġija ta’ komunikazzjoni interna biex l-informazzjoni tiġi mtejba bejn is-sezzjonijiet kollha fil-Malta Police Force, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-istrateġija ta’ komunikazzjoni interna bdietx tinħadem? Jista' jgħid x’inhi eżattament din l-istrateġija u kif ġiet imtejba s-sistema interna ta’ komunikazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3998.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 10 - transformation and change management unit
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 (Objective 10), jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx imwaqqfa t-"transformation and change management Unit" fi ħdan il-Malta Police Force? Jekk iva, meta u min imexxi din il-unit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3999.
Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 — Objective 11 - sistema ta' performance appraisals
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 11) kien li ser jiġu stabbiliti numru ta’ kriterji biex il-pulizija jifhmu aħjar kif huma għandhom jaħdmu fil-Korp u li s-sistema ta’ "performance management" tiġi riveduta u mtejba u kull membru jagħmel "performance appraisal" fejn jiġi evalwat u dokumentat kemm qed jaħdem sew, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-"performance appraisals" ġewx riveduti? Jekk iva, meta u xi nbidel fir-realtà?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4000.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 11 - proċeduri ta' dixxiplina
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 11) kien li ser ikun hemm reviżjoni fil-proċeduri ta’ dixxiplina, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-"audit and investigations Unit" ġietx imwaqqfa u jekk iva, meta bdiet taħdem u min huma l-membri ta’ din il-Unit ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4001.