Ministeru għat-Turiżmu – xogħlijiet ta’ rinnovar fil-binja
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħlijiet ta’ rinnovar li saru fil-binja li bħalissa qiegħed jokkupa l-Ministeru għat-Turiżmu minn meta din il-binja bdiet tinkera lill-istess Ministeru, maqsuma skont it-tip ta’ xogħol li sar, id-dati li fihom saru x-xogħlijiet, kif ingħata kull kuntratt għax-xogħlijiet li saru u l-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rinnovar li saru fil-Ministeru għat-Turiżmu mill-2022 kienu ta’ natura minuri sabiex l-impjegati tagħna, inkluż dawk tas-Servizz Pubbliku, jaħdmu f’ambjent aħjar, iktar sigur u fl-istess ħin ikunu aktar motivati. Dan filwaqt li x-xogħol kollu sar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni, mingħajr il-bżonn ta’ xiri pubbliku tas-servizzi relatati. Il-materjal għal dan ir-rinnovar li jaqbeż il-€500 inxtara kif ġej:
Deskrizzjoni
Proċedura
Prezz
Light fittings
Sejħa bl-imejl: RfQ/08/2022
€1834.80
Hanging Lights
Procurement Policy Note #32
b) When for technical or artistic reasons, or for reasons connected with the protection of exclusive rights, the services may be provided only by a particular economic operator;
€1082.20
Soffit mounted LED track light and spots with spikes for planter
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: RFQ 18/2022/ RFQ
€795.48
Emergency Lights
Sejħa bl-email: RFQ/10/2022/MFT
€812
Outdoor decking
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT/15/2022/CfQ
€9942.40
2 ACs of 24,000 BTUs
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: RFQ/31/2022/MFT_Re-issue
€1306.74
Gypsum Boards
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT/10/2022/CfQ
€8,245
Paint
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT/09/2022/CfQ
€756
Kitchenette
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT /11/2022/CfQ
€3136.50
Appliances
Sejħa bl-email wara sejħa pubblika fuq l-epps: RFQ/24/2022/MFT
€1520.34
1 AC of 18,000 BTUs
Sejħa bl-email: RFQ/AC/001/2022
€694.49
Gypsum Fittings
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: CMD/597/22 – CMD/630/22 – CMD/715/22
€2281.55
Melamine natural oak
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: CMD/713/22
€4400
Core wiring
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: CMD/718/22
€1729.41
Qed isir kull sforz possibbli sabiex informazzjoni qabel l-2022 tiġi kumpilata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kirja fis-sena tal-binja li bħalissa qiegħed jokkupa l-Ministeru għat-Turiżmu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kirja fis-sena hija ta’ €86,369.40 liema ammont jitħallas mill-Ministeru għat-Turiżmu lill-Awtorità tal-Artijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn l-iStrategic Noise Maps Assessment tal-2021 mhuwiex disponibbli fuq il-website tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), liema mapep tal-ħsejjes strateġiċi li juru s-sitwazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti kellhom isiru ħames snin wara l-aħħar assessment li hemm disponibbli, dawk li saru fl-2016, skont ir-Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġar ta’ Ħsejjes fl-Ambjent (L.S.549.37)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iStrategic Noise Maps għas-sena bażi 2021 qed jiġu ppreparati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Dawn se jkunu disponibbli fuq il-website tal-ERA meta jiġu ffinalizzati.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-noise action plans kollha li l-awtorità kompetenti fasslet sal-ġurnata tal-lum u li l-ewwel pjan ta’ azzjoni kellu jkun lest sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Lulju 2008 u jiġu riveduti mill-inqas kull ħames snin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel pjan ta’ azzjoni kien inħareġ għall-konsultazzjoni pubblika f’Ġunju tal-2011 u ġie ppubblikat fl-2012. Dan huwa disponibbli fuq il-website tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
Il-pjan beda jiġi rivedut fis-sena 2019, fejn din id-darba skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/49/KE u r-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni u Maniġġar ta’ Ħsejjes fl-Ambjent (L.S.549.37), riedu jiġu mfassla żewġ pjanijiet. L-ewwel wieħed ikopri l-ħsejjes li ġejjin mit-toroq maġġuri f’Malta, u dan huwa aġġornament tal-pjan li ħareġ fis-sena 2012. Il-pjan l-ieħor ikopri s-sorsi tal-ħoss li jinsabu fl-agglomerazzjoni (l-inħawi ta’ madwar il-port).
Dan l-aħħar pjan ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika f’Novembru li għadda għal perjodu ta’ sitt ġimgħat, u l-abbozz huwa disponibbli fuq il-website tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Bħalissa qed jiġu analizzati l-kummenti li l-ERA rċeviet wara l-konsultazzjoni pubblika, sabiex il-pjan ikun jista’ jiġi iffinalizzat.
MCAST u ITS – studenti li kkwalifikaw minn korsijiet Entry Level, 1 u 2
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkwalifikaw studenti tal-MCAST u tal-ITS minn korsijiet Entry Level 1 u 2, skont ir-raħal ta’ fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-MCAST gradwaw total ta’ 4,227 student minn korsijiet Entry Level 1 u 2. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda rigward l-ITS lill-Ministru kkonċernat.
Servizz Pubbliku u Settur Pubbliku — ħaddiema bir-remote working/teleworking
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Permanenti Prinċipali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5491 u jgħid kemm hemm ħaddiema, nisa u r-rġiel, li jaħdmu fis-servizz pubbliku kif ukoll fis-settur pubbliku li qed jaħdmu permezz tar-remote working/teleworking?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li filwaqt li l-ammont ta’ Uffiċjali Pubbliċi li jaħdmu bir-remote working fis-Servizz Pubbliku huwa kif ġej:
Nisa: 706
Irġiel: 312
Filwaqt li l-ammont ta’ Uffiċjali Pubbliċi li jaħdmu bit-teleworking fis-Servizz Pubbliku huwa dan :
Nisa: 1065
Irġiel: 347
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5667 u jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara? Kemm hija l-medja li wieħed idum jistenna biex jagħmel din l-operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal din il-proċedura aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 138, waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-pandemija kellha impatt drastiku fuq l-operat normali tal-isptar, li naturalment ħalla effett fuq il-listi ta’ stennija kollha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 5489 u 5125, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispeċifika meta se jsir ir-rollout għaliex "fiż-żmien li ġej" hija vaga wisq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5125.
Sptar Mater Dei — MIU 1 - Standards Ewropej u Internazzjonali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5487, u peress li ma rrispondiex il-mistoqsija parlamentari 5488, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-MIU 1 mhijiex tal-istandard Ewropej u internazzjonali għax fil-fatt hija kuridur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5487.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5487, minħabba li fir-risposta l-Ministru ma rreferiex għall-MIU 1 bħala sala u semma swali oħra, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk dan iffissirx li l-MIU 1 fil-fatt mhijiex sala?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5487.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5486, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex konxju li fl-MIU 1 m'hemmx privatezza minn sodda għall-oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5487.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Baċellerat fl-Inġinerija tal-MCAST ingħatax xi ċertifikat fuq l-istandard/livell tiegħu? Liema entità ċċertifikat dan il-kors?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Baċellerat fl-Inġinerija tal-MCAST huwa ċċertifikat mill-MCAST fuq MQF Level 6. L-MCAST hija istituzzjoni regolata skont l-Att dwar l-Edukazzjoni, Kap 327 tal-Liġijiet ta’ Malta, u skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 607.03 – Further and Higher Education Regulations (Licensing, Accreditation and Quality Assurance).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pavimentar tax-xatt ta’ Wied il-Għajn, u ċjoè ta’ Triq ix-Xatt, hux se jinbdel billi qiegħed jitmermer sew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li din il-materja ser tiġi diskussa mill-Kunsill Lokali fl-ewwel seduta li jmiss, sabiex jiġi stabbilit l-aħjar pjan ta’ azzjoni u b’hekk tiġi indirizzata l-problema.
Wied il-Għajn – Triq La Sengle – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Wied il-Għajn, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, biex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.
Wied il-Għajn – Triq La Sengle – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill lokali ta’ Marsaskala li l-Kunsill Lokali talab lill-entita kkonċernata sabiex Triq La Sengle tkun l-ewwel triq li ssir. Dan minħabba li hemm problema kbira fis-sub-base ta’ din it-triq.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali rispettiv minn naħa tiegħu kien diġà ta t-tarmac lil din it-triq madwar sitt snin ilu.
Intant infurmat ukoll li l-Kunsill ghandu l-intendiment illi jagħmel il-manutenzjonijiet tal-emerġenza meħtieġa bil-cold asphalt sakemm tiġi mibnija mill-ġdid din it-triq minn l-entità kkonċernata.
Wied il-Għajn – Triq Sant’ Anna – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Sant’ Anna, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill lokali ta' Marsaskala li l-Kunsill ghal diversi drabi ghamel asfaltar mil-ġdid u anke patching bil-hot asphalt f'din it-triq. Il-Kunsill jinforma illi l-problema b'din it-triq hija li hekk kif isir ix-xogħol, fi ftit snin, jerga’ jkun hemm ħsara fis-servizzi tal-‘house connection services’ tal-ilma.
Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali rispettiv li fl-imsemmija triq, l-asfalt huwa tajjeb imma huma id-diversi it-trinek tal-‘house connection services’ li joħolqu diversi problemi fl-imsemmija triq. F’dan ir-rigward il-Kunsill Lokali kontinwament ikollu komunikazzjoni mal-entita kkoncernata.
Intant infurmat li l-aħħar patching li sar bil-hot asphalt mill-Kunsill kien madwar sentejn ilu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 959 fejn ingħad li d-dawl fuq il-moll tal-Veċċja, Xemxija, San Pawl il-Baħar, hu responsabilità tal-Kunsill Lokali, jista’ l-Ministru jara li dan il-moll, li fih hemm numru ta’ arbli bil-fanali, ikun mixgħul kollu fil-ħinijiet meħtieġa, speċjalment billejl? X’inhi r-raġuni għala dan il-moll issa ilu b’diversi arbli mitfijin għal numru ta’ xhur?
Jista’ l-Ministru jara li l-moll tal-Veċċja, Xemxija, San Pawl il-Baħar, li fih hemm numru ta’ arbli bil-fanali, ikun mixgħul kollu fil-ħinijiet meħtieġa, speċjalment billejl? X’inhi r-raġuni għala dan il-moll issa ilu b’diversi arbli mitfijin għal numru ta’ xhur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.