Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.

FSWS – Social Worker u Social Welfare Professional

Question

Jista’ l-Ministru jagħti "job description" u "role definition" ta' Social Worker u ta' Social Welfare Professional, rispettivament, fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2344, 2345, 2346, 2347 u, partikolarment, 2348 dwar dan is-suġġett. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-job descriptions dettaljati dwar iż-żewġt irwoli kif provduti mill-uffiċċju tar-Riżorsi Umani u Taħriġ tal-FSWS.

FSWS – Looked After Children – staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement tal-Looked After Children (LAC) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)? Jista’ jgħid kemm irriżenjaw staff mil-LAC minn Jannar 2020 sal-aħħar ta' Diċembru 2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-istaff complement tal-Looked After Children (LAC) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) huwa ta’ 35 impjegat. Minn Jannar 2020 sal-aħħar ta' Diċembru 2022 irriżenjaw 19-il impjegat mil-LAC.

Identity Malta — suldati impjegati fuq bażi part-time

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li suldati qed jiġu impjegati fuq bażi part-time fi ħdan Identity Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm minn dawn ġew hekk impjegati u f’liema rwol qegħdin jaħdmu? Jista’ jgħid meta saret is-sejħa biex jimtlew xi vacancies u biex jiġu ingaġġati part-timers fi ħdan Identity Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li wara sejħa li ħarġet mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, datata 20 ta’ Mejju 2022, sabiex jidħlu b’mod urġenti u temporanju ħaddiema fuq bażi part-time mal-Aġenzija Identità Malta, bħalissa hemm 64 ħaddiem li qed jassistu fil-proċessi ta’ Identity Malta, inkluż assistenza lill-Missjonijiet Diplomatiċi Maltin barra minn xtutna. Dawn il-ħaddiema ġejjin minn diversi speċjalizzazzjonijiet, u mhux suldati biss kif indikat. Infurmat li din is-sejħa ser tiġi fi tmiemha nhar l-10 ta’ Marzu 2023.

Qrati ta’ Malta u Għawdex – preżenza ta’ uffiċjali/spetturi fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest jikkunsidra li, bħal fil-każ tal-pulizija, uffiċċjali/spetturi fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali jkunu jistgħu jattendu seduti fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex bl-uniformijiet tagħhom, xi ħaġa li sal-lum mhix permessibbli?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-deċiżjoni mhix fid-diskrezzjoni tal-Ministru jew il-Ministeru.

FSWS – social workers u social welfare professionals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers u social welfare professionals fl-entitajiet fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) hawn taħt imsemmija? Jista’ jagħti wkoll il-job descriptions tas-social workers u s-social welfare professionals f’dawn l-entitajiet fi ħdan l-FSWS: Child Protection Services; Looked After Children; Fostering; Intake and Family Support Service; Domestic Violence Unit; Sedqa community service ; Agency for Community and Therapeutic Services; Housing Authority ; Correctional Services Agency; u Active Ageing and Community Care?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2344, 2345, 2346, 2347 u, partikolarment, 2348 dwar dan is-suġġett kif ukoll mistoqsija parlamentari 5795 li għadni kif tajtha tweġiba fis-seduta tal-lum. Intant, dwar kemm jaħdmu Ħaddiema Soċjali (social workers) u Professjonisti fil-Ħarsien Soċjali (social welfare professionals) fis-servizzi varji li staqsiet dwarhom, qed nelenka hawn taħt it-tagħrif mitlub minnha. SERVIZZ Nru ta' Social Workers Nru ta' Social Welfare Professionals Child Protection Services 33 13 Looked After Children 22 10 Fostering 13 1 Intake and Family Support Service 19 1 Domestic Violence Unit 22 16 Sedqa community service 18 0 Agency for Community and Therapeutic Services 35 30 Housing Authority 2 4 Correctional Services Agency 5 8 Active Ageing and Community Care 12 4

San Pawl il-Baħar – xogħlijiet f’toroq viċin l-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex xogħlijiet fuq toroq viċin l-Iskola Primarja f’San Pawl il-Baħar, li issa ilhom xhur mibdijin, jitlestew mill-aktar fis u b’hekk ikun jista’ jiġi fi tmiemu l-inkonvenjent li ilhom għaddejjin minnu r-residenti, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom flimkien mal-għalliema u ħaddiema oħrajn tal-istess skola?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ix-xogħol ippjanat ta’ resurfacing kellu jsir minn Infrastructure Malta, tul ix-xogħlijiet diversi entitajiet fosthom kumpaniji privati ressqu talbiet ġodda. Minħabba dan, ix-xogħol għadu għaddej. Malli jitlesta, Infrastructure Malta tkun tista' tagħlaq dan il-proġett hekk kif ippjanat.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2018 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2017 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2016 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2015

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2015 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2014

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2014 inbniex skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2013 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Pensjoni kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4873 u 5514 u jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija msemmija hawn taħt: (a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940; (b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955; (ċ) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u (d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija skont kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Pensjonanti Mwielda Nisa Rġiel Total 1920 - 1940 8,926 6,658 15,584 1941 - 1955 22,161 33,165 55,326 1956 - 1961 7,413 11,935 19,348 1962 - 1965 894 645 1,539 Total 39,394 52,403 91,797

Pensjoni Minima Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5515 u jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali llum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja singola?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Rata Minima Garantita ta’ Pensjoni għall-2023 għal persuna singola hija ta’ €179.50 fil-ġimgħa. Din tinkludi il-Bonus għall-għoli tal-Ħajja, li jista’ jvarja minn €7.88 sa €17.26 fil-ġimgħa, imma ma tinkludix il-Bonus Addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa (€162.24 fis-sena) u l-Bonus ta’ Ġunju u Diċembru li jammontaw għal €270.20 oħra fis-sena.

Pensjoni Minima Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5516 u jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali llum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Rata Minima Garantita ta’ Pensjoni għall-2023 għall-persuna miżżewġa hija ta’ €183.50 fil-ġimgħa. Din tinkludi il-Bonus għall-għoli tal-Ħajja, li jista’ jvarja minn €7.88 sa €17.26 fil-ġimgħa, imma ma tinkludix il-Bonus Addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa (€162.24 fis-sena) u l-Bonus ta’ Ġunju u Diċembru li jammontaw għal €270.20 oħra fis-sena.

Pensjoni tal-Età

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5517 u jgħid kemm hawn persuni sal-lum li qed jirċievu l-pensjoni tal-età? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul Jannar 2023 tħallsu 3,931 persuna bħala Pensjoni tal-Età. In-numru tan-nisa huwa 3024 u n-numru ta’ rġiel huwa 907. Stima tan-nefqa f’dan ir-rigward matul Jannar 2023 laħqet €1,698,156.38.

Problema ta’ noise pollution

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5615, peress illi hemm numru ta’ leġiżlazzjonijiet li jirrigwardaw noise pollution, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jiġi ppreżentat abbozz li jikkonsolida l-liġi dwar il-ħsejjes b’mod ħolistiku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-obbligi dwar il-ħsejjes fl-Ambjent huma koperti permezz tar-Regolamenti msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2258 hekk kif rekwiżit mid-Direttiva 2002/49/KE (Environmental Noise Directive).