Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investigazzjoni fir-reklutaġġ tal-Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3326 imwieġba fit-28 ta' Novembru, jista' l-Ministru jgħid meta sar dan it-tibdil, jekk hux fil-bidu tal-kors jew qabel qagħdu għall-eżamijiet? Jista' jgħid jekk dan it-tibdil jgħoddx għall-intakes futuri ta' rekluti tal-pulizija? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Akkademja tal-Bord Dixxiplinat tal-Pulizija? Jista' jikkonferma li min jeħel mit-tieni resit ma jagħmilx il-passing out ceremony mal-kumplament tar-rekluti, iżda jidħol xorta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li anke kif diġà mwieġeb permezz ta’ tweġiba parlamentari għall-mistoqsija 3326, wara konsultazzjoni mal-Awtorità ta' Malta għall-Edukazzjoni Avvanżata u Ogħla u bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Akkademja tal-Bord Dixxiplinat, ġie maqbul u mwaqqaf proċess ta' resit u 2nd resit. Infurmat li matul iż-żmien imsemmi, inħoloq mekkanizmu fejn rekluti li jkunu weħlu mir-resit u għaldaqstant ma ggradwawx, tiġi kkonsultata l-Awtorità ta' Malta għall-Edukazzjoni Avvanżata u Ogħla u bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Akkademja tal-Bord Dixxiplinati, jingħataw taħriġ fis-suġġett partikolari u jkollhom opportunita’ jagħmlu t-tieni resit. Dan il-mekkanizmu ntuża ma dawk kollha li ma għaddewx u ma gradwawx f’dan il-kors imsemmi. Infurmat li skont il-Kap. 559, il-bord tal-Akkademja għal-Forzi dixxiplinati huwa kompost minn: (a) Chairperson li għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku tal-Akkademja;(b) rappreżentant mill-Forzi Armati ta’ Malta; (ċ) rappreżentant mill-Korp tal-Pulizija;(d) rappreżentant mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili; (e) rappreżentant mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin; (f) rappreżentant tal-Università ta’ Malta; (g) rappreżentant tal-Kulleġġ tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST); u (h) żewġ membri oħra. Ic-Chairperson tal-Board huwa l-Professur Ray Mangion.

Siġar u arbuxelli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3331, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm ħawlet siġar u arbuxelli Infrastructure Malta mill-elezzjoni sal-lum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ħawlet 1069 siġra u arbuxelli mill-elezzjoni sal-lum. L-Aġenzija, bħala parti mill-ħidma ambjentali, kienet involuta fil-ħolqien ta’ tlett imsaġar ġodda, wieħed f’Bengħajsa, Birżebbuġa ħdejn il-Malta Freeport, ieħor fejn qabel kien hemm niżla wiesgħa li kienet tgħaqqad Triq Reġjonali ma’ Triq il-Wied tal-Imsida u masġar madwar id-dar tal-Komunità Terapewtika Residenzjali San Blas, f'Ħaż-Żebbuġ, li titmexxa minn Caritas Malta. L-aġenzija qed tiżgura wkoll is-servizzi meħtieġa sabiex dawn l-eluf ta’ siġar jibqgħu jissaqqew u jiġu kkurati għal numru ta’ snin, sakemm jaqbdu sew fl-ambjent ġdid tagħhom.

Parkeġġi tad-diżabilità personalizzat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3329, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid, raħal b'raħal, kemm hawn parkeġġi tad-diżabilità personalizzati u dak li hu communal disabled parking?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi – visa tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4955 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi ngħataw visa tax-xogħol bejn l-2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema visas qed jirreferi.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi – visas tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4957 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jinħarġux visas tax-xogħol għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ibbażati fuq il-ħiliet li għandhom dawn l-immigranti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema visas qed jirreferi.

Ħruġ ta’ visa tax-xogħol lil ċittadini ta’ pajjiż terzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4958 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-ħruġ ta' visa tax-xogħol lil ċittadini ta' pajjiżi terzi jkunx ibbażat fuq il-ħiliet tagħhom? Jista’ jagħti l-lista ta’ ħiliet meħtieġa li jeżistu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema visas qed jirreferi.

Negozji b’tender mal-Gvern – impjegati — transfers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4966, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’azzjoni qed issir biex ikun żgurat li jekk ikun hemm trasferiment ta’ negozju b’tender tal-Gvern, l-impjegati kollha jiġu trasferiti bl-istess paga, bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol u sinjorità?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4967.

Labar tal-insulina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu intitolat għal-labar tal-‘pen’ tal-insulina tad-daqs 4mm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-labar tal-insulina ta' 4mm huma għall-użu pedjatriku.

Operazzjonijiet tan-knee replacement – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex issir proċedura ta’ knee replacement u kemm hemm persuni jistennew għal din il-proċedura sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal din il-proċedura aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 840, waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-pandemija kellha impatt drastiku fuq l-operat normali tal-isptar, li naturalment ħalla effett fuq il-listi ta’ stennija kollha.

Operazzjonijiet tal-hip replacement – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex issir proċedura ta’ hip replacement u kemm hemm persuni jistennew għal din il-proċedura sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal din il-proċedura aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 126, waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-pandemija kellha impatt drastiku fuq l-operat normali tal-isptar, li naturalment ħalla effett fuq il-listi ta’ stennija kollha.

Korrezzjoni tal-bunion – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex issir proċedura tal-korrezzjoni tal-bunion u kemm hemm persuni jistennew għal din il-proċedura sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal din il-proċedura aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 133. Waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-pandemija kellha impatt drastiku fuq l-operat normali tal-isptar, li naturalment ħalla effett fuq il-listi ta’ stennija kollha.

Appuntamenti mal-pain clinic – waiting list

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex isir appuntament il-Pain Clinic u kemm hemm persuni jistennew għal dan l-appuntament sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li qed jistennew għal dan l-appuntament huma 216.

Ultrasound guided infiltration fid-dahar – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila, bħala ġranet, il-waiting list biex issir proċedura ta’ ultrasound guided infiltration fid-dahar (back), u partijiet oħra tal-ġisem u kemm hemm persuni jistennew għal din il-proċedura sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 221 persuna fuq il-lista ta’ stennija biex isirlhom Xray-guided back infiltration. Iż-żmien medja ta’ stennija mill-appuntament fl-Outpatients mal-ispeċjalista tal-Pain Clinic sa kemm issir il-proċedura huwa ta’ tliet xhur.

Baġit 2023 – line item 5817 – tnaqqis

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni fl-aħħar estimi tal-Baġit li ġew approvati l-line item 5817, Noise Abatement Prevention and Control, naqas minn €50,000 (2022) għal €10,000 (2023)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 5439.

Baġit 2023 – line item 5748 – tnaqqis

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni fl-aħħar estimi tal-Baġit li ġew approvati l-line item 5748, Energy Efficiency Scheme, naqas minn €1,500,000 (2022) għal €800,000 (2023)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 5439.

Baġit 2023 – line item 5716 – tnaqqis

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni fl-aħħar estimi tal-Baġit li ġew approvati l-line item 5716, Waste Management Plan, naqas minn €180,000 (2022) għal € 100,000 (2023)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 5439.

Ħal Għaxaq – Ghigo Community — sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Ghigo Community Residence, Ħal Ghaxaq sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Ħal Tarxien – Dar l-Annunzjata – xiri ta’ sodod mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm xtara sodod il-Gvern f’Dar l-Annunzjata, Ħal Tarxien sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regoralizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha. L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

San Ġiljan – Ta’ Giorni – community health centre

Question

Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija supplimentari li saret dan l-aħħar fuq il-Community Health Centre f’Ta’ Giorni, San Ġiljan, fejn il-Ministru qal li l-post li kien magħżul mhuwiex aktar vijabbli u li l-Ministeru qiegħed ifittex positijiet oħrajn, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni ta’ dawn il-postijiet? Jista’ jitlob l-għajnuna tal-Kunsill Lokali biex jinstab dan il-post?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Primary HealthCare qed taħdem mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan biex tidentifika sit alternattiv.

Paceville – sejħiet għas-servizz ta’ ambulanza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba kienet imsejħa ambulanza/i f’Paceville minn Jannar sa Dicembru 2022 u x’kienu r-raġunijiet għal dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2022 kien hemm 1416-il talba għal ambulanza minn Paceville/San Ġiljan. 263 minn dawn kienu każijiet ta’ trawma, 7 każijiet ta’ ġlied/attakk fuq il-persuna, 284 każ relatat ma' xorb alkoħoliku jew effett ieħor ta’ sustanzi u 180 każ ieħor fejn il-pazjenti kienu mitlufa minn sensihom. Il-kumplament tal-każijiet kienu każi mediċi bħal mard tal-qalb, puplesiji u kundizzjonijiet oħra simili.