Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ’Attard - Parkeġġ

Question

Fid-dawl li l-parkeġġ viċin il-Knisja ta’ Ħ’Attard huwa limitat ħafna, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li jerġa’ jsir il-parkeġġ meħtieġ kif kien qabel, issa li x-xogħol ta’ wara l-knisja tlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ wara l-knisja għadu għaddej u l-parkeġġ ser isir skond proposta maqbula mal-Kunsill Lokali u approvata minn Transport Malta.

Ħ’Attard - Ħwienet tal-barbiera liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tal-barbiera liċenzjati f’Ħ’Attard?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. interpellant li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017, tneħħa l-obbligu ta’ liċenzja għal dawk l-istabbilimenti kummerċjali, inkluż il-ħwienet tal-barbiera, li sa dak iż-żmien kienu jeħtieġu liċenzja mis-Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Kummerċ fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ.

Il-Mosta - Ħwienet tal-barbiera liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tal-barbiera liċenzjati l-Mosta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. interpellant li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017, tneħħa l-obbligu ta’ liċenzja għal dawk l-istabbilimenti kummerċjali, inkluż il-ħwienet tal-barbiera, li sa dak iż-żmien kienu jeħtieġu liċenzja mis-Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Kummerċ fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ.

Bollards

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni tal-bollards fit-toroq ta’ Malta u Għawdex peress li ħafna minn dawn il-bollards huma maħmuġin u mitluqa u qed ikunu ta’ periklu għas-sewwieqa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u speċifiku fil-mistoqsija u jidentifika liema bollards qed jirreferi għalihom.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Safety audit ta’ proġetti u toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32070 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti/toroq ġewwa Għawdex li s’issa sarilhom safety audit jew li fil-preżent, il-Ministeru tiegħu qed jagħmel safety audit tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jagħmel safety audit tat-Triq Ġorġ Pisani, Triq Patri Ġiacintu Camenzuli u Triq Marsalforn.

Għawdex – Post ġdid għal Fire Station

Question

Peress li f'dawn l-aħħar ġranet ġie mħabbar li hemm il-ħsieb li fil-futur qarib terġa’ tibda topera u tiffunzjona l-pitkalija ġewwa x-Xewkija, u peress li s-sit biswitha huwa żgħir ħafna, jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din il-Leġiżlatura hemmx ħsieb li jinstab post ġdid u li tinbena fire station sabiex id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jlaħħaq mal-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-gżira Għawdxija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Illum id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jintarafx minn kif kien ftit taż-żmien ilu. Ħaddiema b'kundizzjonijiet li jixraqilhom, imħarrġa kif suppost u investiment massiċċ fl-għodda, għax żmien is-second hand spiċċa. Infurmat li l-ħsieb u l-pjanijiet huma li d-Dipartiment tal-Protezzjoni ċivili jkollu stazzjon tat-tifi tan-nar modern  f’Għawdex.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – Rilokazzjoni tal-Kamra Mortwarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tar-rilokazzjoni tal-Kamra Mortwarja li tinsab ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex sabiex flokha tkun tista’ tinfetaħ it-triq li hemm il-ħsieb li tkompli tinfetaħ hekk kif tiġi rilokata l-Kamra Mortwarja? Jista’ jgħid ukoll x'sar s’issa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess tar-rilokazzjoni tal-Kamra Mortwarja huwa parti mill-Masterplan tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, li bħalissa qed jiġi rivedut.

Ix-Xewkija –Żona industrijali – Bozoz fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat, il-bozoz ta’ numru ta’ toroq fiż-żona industrijali tax-Xewkija, ma kinux qed jixgħelu? Jista’ jgħid ukoll għaliex dawn il-bozoz baqgħu ma tranġawx u meta ser jitranġaw?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif ġie infurmat, il-Ministeru ħa azzjoni immedjata biex il-bozoz jerġgħu jinxtegħlu.

In-Nadur - Triq l-Emigranti - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31030, 31407 u 31917 dwar ix-xogħlijiet fi Triq l-Emigranti, fin-Nadur, jista’ l-Ministru jgħid: i.   Kemm fiha tul Triq l-Emigranti, fin-Nadur? ii.  Meta nbeda x-xogħol fuqha? iii. Meta ser jitlesta minn kollox (xahar u sena) ix-xogħol f’din it-triq? iv. Min kien/u l-kuntrattur/i li ħadem fuq din it-triq s’issa? v.  Min se jkun il-kuntrattur li se jkompli x-xogħol f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Struttura awtonoma ta’ dixxiplina

Question

Fid-dawl li l-Kunsill Mediku ser jadotta sistema fejn ikun hemm kumitat tad-dixxiplina ġdid li jirrispetta l-awtonomija meħtieġa f’dawn il-każijiet,  jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex bordijiet oħra jkollhom struttura awtonoma tad-dixxiplina?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tkun aktar speċifika fil-mistoqsija tagħha, kif ukoll tikjarifika għal liema bord/ bordijiet qed tirreferi.

Sena 2027 - Appuntamenti għal interventi mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hekk hux qed jinħarġu appuntamenti għal interventi mediċi għal wara Jannar 2027, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex m'hemmx appuntamenti għall-interventi kirurġiċi bbukkjati għal wara Jannar 2027.

Electronic Health Records (EHR) – Aċċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti għandhomx aċċess dirett għall-Electronic Health Records (EHR) personali tagħhom, u jekk iva, permezz ta’ liema pjattaforma jew portal online?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aċċess għar-rekord elettroniku tal-pazjent huwa disponibbli permezz tal-portal myHealth aċċessibbli minn myhealth.gov.mt.

Studju għall-Implimentazzjoni tal-Electronic Health Records (EHR)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-implimentazzjoni tas-sistema nazzjonali ta’ Electronic Health Records (EHR) fis-servizz tas-saħħa pubbliku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-sistema Nazzjonali tar-Rekord Elettroniku tas-Saħħa bdiet tiġi implimentata fl-2019. It-teknoloġija ġiet implimentata u bħalissa qiegħda disponibbli għal-użu. Il-proġett jikkonsisti f'ħafna komponenti inkluż trasferiment ta' ammont kbir ta' diversi settijiet ta' dejta kif ukoll implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi ġodda sabiex dejta ġdida tiġi miġbura u tgħaddi fis-sistema Nazzjonali tar-Rekord Elettroniku tas-Saħħa b'mod elettroniku. Infakkar lill-Onor. Interpellant li ftit ġranet ilu il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva għadu kif nieda l-iStrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Diġitali u d-Dejta tas-Saħħa li se tkompli tfassal il-ħidma sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti.

Pjanijiet biex tiżdied il-kapaċità ta’ trattamenti lokali tal-iskart mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiżdied il-kapaċità ta’ trattament lokali tal-iskart mediku (eż. faċilitajiet ta’ inċineraturi jew sterilizzazzjoni) sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ rimi illegali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernata.

Skart Mediku – Taħriġ għall-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx training regolari għall-ħaddiema tas-saħħa u tal-kuntratturi li huma involuti fit-trattament u t-trasport tal-iskart mediku dwar ir-riskji u r-regolamenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 32393.

Child care centres ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il child care centre ġdid infetaħ matul is-snin 2024 u 2025 u jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll fejn infetħu dawn iċ-child care centres?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija nfetħu 25 ċentru.

CDEDU u MFHEA – Rappreżentanta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex preżentement rappreżentanta ta’ Malta fuq l-iSteering Committee for Education (CDEDU) fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll jekk hijiex rappreżentanta f’isem l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u jekk hemmx remunerazzjoni finanzjarja marbuta ma’ tali pożizzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) innotifikat lill-iSteering Committee for Education (CDEDU) fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li kien hemm bidla fit-tmexxija u għaldaqstant fir-rappreżentanza tal-Awtorità.