Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm l-iskwadra speċjali tal-Pulizija għal Paceville li kemm-il darba l-Ministru u l-Kummissarju tal-Pulizija tkellmu u wegħdu lill-komunità f’Paceville?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kontra għal dak li kien jiġri qabel l-2013, dan il-Gvern huwa kommess li jimplimenta l-wegħdiet tal-manifest elettorali tiegħu.
Air Malta — Directors li huma impjegati mal-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx directors li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-Kumpanija Aviation Services Handling Services Limited li tipprovdi ground handling lill-Air Malta li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi impjegat tal-Air Malta plc jokkupa l-kariga ta’ Chief Operations Officer u jservi, (mingħajr ħlas), bħala Direttur fuq Aviation Services Handling Services Ltd.
Id-Direttur imsemmi ma jibbenefika minn ebda sehem mill-profitti tal-kumpannija tal-Ground Handling.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5274, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi fis-seħħ dan il-pjan minħabba li qed ikun hemm konġestjoni ta' kuljum għal dawn l-aħħar snin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat mal-Kunsill Lokali tar-Rabat għadhom għaddejjin fil-waqt li Transport Malta qed torganizza wkoll laqgħat mal-Kunsilli Lokali tal-Imtarfa u tal-Imdina sabiex nassiguraw li kulħadd ikun ikkonsultat bl-għan li tinstab l-aħjar soluzzjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4980, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kollox li jaħdmu fis-settur tal-catering, inkluż ristoranti u lukandi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 hu ta’ 18,776 persuna. Dawn l-ammonti jinkludu l-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan is-settur - full-time u anke part-time, jew full-time with reduced hours, u jinkludu wkoll persuni li jaħdmu għal rashom.
Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4983, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, iforni l-ammonti sal-lum u s-sena li għaddiet u ta' qabel tal-ispejjeż operattivi tal-FTS u ammonti dovuti lill-banek?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kopja tal-Audited Financial Statements għas-sena 2021 diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, waqt li dawk tas-sena 2022 mistennija jiġu preżentati lill-Parlament sa l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4979, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet referuta lilu, u jgħid jekk hemmx master plan jekk tsunami jolqot lil Malta? Hemm master plan iddedikat għal kull parti tal-gżejjer Maltin inkluż Għawdex? Hemm pjan għal siti sensittivi bħal Powerstation, Port Ħieles, Tanking taż-Żejt, Reverse Osmosis u siti oħra COMAH? Jekk iva, meta ġew aġġornati l-aħħar? Hemm żmien speċifiku meta dawn jeħtieġ li jiġu riveduti skont id-Direttiva SEVESO?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm master plan li teknikament jissejjaħ bħala l-Pjan ta’ Kontinġenza Nazzjonali: Tsunami. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa direttament responsabbli għall-Pjan Nazzjonali f’każ ta’ inċident maġġur kkawżat minn Tsunami. F’Novembru tas-sena 2021, dan il-pjan ġie eżerċitat fuq skala Nazzjonali, abbażi ta’ xenarju xjentifiku li permezz tiegħu pparteċipaw stallazzjonijiet kritiċi kif ukoll il-komunità.
Infurmat li jeżisti master plan iddedikat għal kull parti tal-gżejjer Maltin inkluż Għawdex. Dan għaliex il-Pjan ta’ Kontinġenza Nazzjonali huwa bbażat madwar qafas analitiku fuq diversi livelli, u jikkomprendi informazzjoni miġbura minn diversi sorsi awtorevoli tal-iStat. L-iskop tal-Pjan ta’ Kontinġenza huwa wieħed Nazzjonali u jikkonsisti f’diversi xenarji b’elementi u arranġamenti dettaljati ħafna.
Infurmat ukoll li s-siti COMAH huma kollha responsabbli għall-ġenerazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Emerġenza rispettivi tagħhom, kif mitlub mill-istess regolamenti u kif indokrat mill-awtoritajiet kompetenti maħtura fil-liġi, u ċjoè l-Protezzjoni Ċivili, l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Dawn l-awtoritajiet kompetenti kif diġà ngħad huma responsabbli għall-immaniġġar tal-Pjanijiet ta' Emerġenza. L-istallazzjonijiet COMAH huma kollha responsabbli għat-taħriġ (training), prattikar fis-seħħ (drills) u eżerċitar (exercises) tal-aspetti kollha tal-Pjanijiet ta’ Emerġenza. Dan isir b’mod sistematiku u regolari, taħt il-ħarsien tal-awtoritajiet kompetenti kif ukoll, f’xi każijiet, parteċipazzjoni minn osservaturi internazzjonali.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4984, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet referuta lilha, u tgħid x’data dwar l-ambjent tal-baħar, Marine Environment, għandu l-Gvern? Minn fejn inġabret id-data? Tista' tipprovdi d-data relatata mal-ambjent marittimu lill-Parlament?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar snin saru diversi studji fuq l-ambjent tal-baħar. Ħafna minn dawn l-istudji saru permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja fejn inġabret dejta fuq il-qiegħ tal-baħar (LIFE12 NAT/MT/000845), fuq speċi tal-baħar bħal dniefel, fkieren u għasafar tal-baħar (LIFE11 NAT/MT/1070 & EMFF 8.3.1) kif ukoll fuq il-kwalità tal-baħar permezz tal-implementazzjoni ta’ proċessi ta’ monitoraġġ (EMFF 8.3.1). Kompilazzjoni ta’ din l-informazzjoni li ġiet irrapportata minn Malta reċentement tinsab fir-rapport fuq l-istat tal-baħar li ġie ppubblikat fl-2020 taħt id-Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ambjent marin (MSFD). Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport, li hu anke aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tal-ERA.
Ministeru għal Għawdex – Uffiċjali li qed jiġu rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li qegħdin jiġu rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw, kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew matul is-sena 2022 għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll min ta l-approvazzjoni għal tali rimborż f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rimborż li l-uffiċjali qegħdin jirċievu huwa skont il-kuntratt jew ftehim kolletiv.
Ministeru għat-Turiżmu – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Minisetru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5518 u jgħid illum kemm hawn nisa li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tar-raġel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ nisa li jircievu Pensjoni għar-Romol jammonta għal 17,435. Minnhom hemm 2,656 illi għażlu li jirċievu l-pensjoni tar-raġel minflok il-pensjoni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5519 u jgħid illum kemm hawn irġiel li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tal-mara?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ rġiel li jircievu Pensjoni tar-Romol jammonta għal 495. Minnhom hemm 127 li għażlu li jirċievu l-pensjoni tal-mara minflok il-pensjoni tagħhom.
Qorti ta’ Għawdex – Impjegati bil-grad ta’ Marixxall
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati fil-Qorti ta' Għawdex li għandhom il-grad ta' Marixxall?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati hija waħda, u għalhekk tieħu ħsieb kemm il-Qrati ta’ Malta kif ukoll dawk ta’ Għawdex. Kif diġà infurmajt lil din il-Kamra fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 1501 u 1671, l-Aġenzija għandha biżżejjed Marixxalli biex ikopru dawn id-dmirijiet u n-notifiki qed isiru b’mod iktar effiċjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-proġett f’Misraħ iż-Żebbuġ, f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li bħalissa qed issir formazzjoni tal-passaġġi tal-istess ġnien u dan wara li sar xogħol ta’ skavar u bini ta’ ġibjun li se jkun qed jintuża għat-tisqija u irrigazzjoni tal-veġetazzjoni tal-istess ġnien.
Infurmat ukoll illi l-Kunsill Lokali flimkien mal-Perit tal-Kunsill jinsabu f’kuntatt kontinwu mal-kuntrattur, sabiex isir xogħol sew u fl-iqsar żmien possibbli.