Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – telefonati u rapporti biex jiġu megħjuna annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' telefonati u rapporti li saru biex jiġu megħjuna annimali diversi mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fix-xahar ta' Jannar fis-sena 2023?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xahar ta' Jannar fis-sena 2023, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali rċieva tliet mija u sitta u sittin (366) telefonata u wieħed u sittin (61) rapport biex jiġu megħjuna annimali diversi.

Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fiċ-Ċentru San Franġisk, f’Ta’ Qali, xahar b’xahar, fis-sena 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Tħassir ta’ appuntamenti għall-PET Scans minħabba t-terremot li seħħ fit-Turkija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li minħabba t-terremot fit-Turkija ta’ nhar it-Tnejn, 6 ta’ Frar 2023, kellhom jitħassru numru ta’ PET scans għaliex ir-radioactive isotope ma setgħax jiġi trasportat? Jista’ jgħid kemm-il PET scan ġew ikkanċellati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda każ ta’ PET scan ma ġie kkanċellat, waqt illi xi wħud ġew posposti għal gimgħa oħra.

Apparat tas-Cyclotron li jintuża għall-kura tal-kanċer

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li s-Cyclotron li kien fil-kaxxi fil-Life Sciences Park u li ġie jiswa miljuni ta’ ewro u li fil-fatt jista’ jintuża fid-djanjożi u l-kura tal-kanċer, għadu ma bediex jintuża? Jekk dan huwa minnu, jista’ jispjega għalfejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Life Sciences Park – apparat tas-Cyclotron li jintuża għall-kura tal-kanċer

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li s-Cyclotron li kien fil-kaxxi fil-Life Sciences Park u li ġie jiswa miljuni ta’ ewro u li fil-fatt jista’ jintuża fid-djanjożi u l-kura tal-kanċer, għadu ma bediex jintuża? Jekk dan huwa minnu, tista’ tispjega għalfejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal- Mistoqsija Parlamentari 1920.

Operazzjonijiet tal-ksur

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ħin li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm hemm pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni marbuta ma’ ksur tar-riġel (jew parti minnha) u/jew tad-dirgħajn (jew parti minnhom)? Jista’ jgħid kemm hemm minn dawn il-każijiet li ilhom jistennew: (a) bejn jum u tlett ijiem; (b) bejn tlett ijiem u ħamest ijiem; (ċ) bejn ħamest ijiem u ġimgħa; u (d) aktar minn ġimgħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjonijiet marbuta ma' ksur kif imsemmi minnha u li ilhom jistennew kif mistoqsi minnha huma 7. Tnejn minnhom minħabba raġunijiet ta' saħħa ma tistax issirilhom l-operazzjoni għalissa, każ ieħor li mhux urġenti ma tistax issir għalissa minħabba raġunijiet kliniċi u erba' każi li ilhom 24 u 36 siegħa li l-operazzjoni pprogrammata għal din il-ġimgħa.

Sptar San Luqa – Kamra mortwarja

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-binja li kienet tintuża bħala l-kamra mortwarja fl-Isptar San Luqa hijiex qed tintuża minn Steward Health Care jew mid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kamra mortwarja fl-Isptar San Luqa qed tintuża mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Pubblikazzjoni tal-Patient’s Charter

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta ġie ppubblikat il-Patient's Charter f'pajjiżna fl-2016, kemm kien hemm ilmenti marbuta mad-drittijiet u dmirijiet elenkati f'dan iċ-Charter, sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2016 sas-sena 2023 kien hemm 85 ilment marbuta mad-drittijiet u dmirijiet elenkati fil-Patient Charter.

Sannat, Għawdex – binjiet tal-Iskola Primarja u Resource Centre

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-iskola Ta’ Sannat Għawdex, fejn seħħ l-inċident li fih student kiser id Assistent Kap ta' Skola, hemm Resource Centre fl-istess binja flimkien mal-Iskola Primarja bl-istess amministrazzjoni? Jekk iva, għaliex huwa dan u jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex dawn ikunu separati u b'amministrazzjoni differenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħjar interess tal-komunità edukattiva f’Għawdex, l-amministrazzjoni tibqa’ taħt tmexxija waħda u mingħajr tibdil. Huwa ta’ ġid għall-istudenti kollha li jkun hemm integrazzjoni bejniethom.

Imrieħel – Skola sekondarja – lift bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun qed jissewwa l-lift bil-ħsara li hemm fil-parti l-antika tal-binja tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel (Kulleġġ Santa Tereża)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej ix-xogħol neċessarju biex il-lift jissewwa f’qasir żmien.

Ministeru għall-Edukazzjoni – politika tal-inklużjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-politika tal-inklużjoni mħabbra nhar it-Tnejn, 6 ta' Frar 2023, u jpoġġi wkoll kull politika li tikkonċerna l-inklużjoni mnedija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar 20 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ħareġ dokument fis-sena 2000 fuq Politika dwar Edukazzjoni Inklussiva immirat għal studenti b’diżabilità qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar il-Ministeru organizza konferenza bis-sehem ta’ dawk kollha involuti dwar l-implimentazzjoni tal-Politika dwar Edukazzjoni Inklussiva fl-Iskejjel bil-viżjoni ġenerali li jiġi żgurat li l-istudenti kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità u appoġġ biex ikollhom suċċess fit-tagħlim fi ħdan Sistema ta’ Edukazzjoni Inklussiva ta’ kwalità għolja. Id-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.

Siġġiewi – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fis-Siġġiewi mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità tas-Siġġiewi sar xogħol infrastrutturali fi Triq Bur il-Kbir, Bur ix-Xewk, limiti Ta' Xaqqa, triq ġdida fi Triq it-Tiġrija (next to Tal Girgenti), triq ġdida fi Mogħdija Ta' Fuq Djar il-Bniet, parti Triq Nicolo Baldacchino, parti min Triq Nikola Azzopardi, wiċċ ġdid fi Triq Il-Fawwara, wiċċ ġdid fi Triq San Dawdar, wiċċ ġdid fi Triq taz-Ziri, Sqaq in-Nadur, Sqaq it-Twil c/w Triq ta' Karlozzu, Sqaq iż-Żebbiegħ, Sqaq tal-Farrad, Sqaq tal-Ħandaq, Sqaq tan-Nadur, Ta' Kandja (Police Premises), Ta' Lawrenti, Buskett, Trejqet Sant' Andrija, Triq Għar Lapsi (Tal-Providenza), Triq is-Siġġiewi, Triq it-Tiġrija, Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Triq Patri Ġuzepp Delia, Triq San Lawrenz tal-Għolja, Triq San Nikola, Triq il-Parroċċa, Triq Ta' Bur it-Tokk, Triq Ta' Bur Gabrun, Triq Ta' Għar Lapsi (Ta' Srug), Triq ta' Zmetta, Triq ta’ Lawrenti, Triq Wied tal-Lewza, Triq limit tal-Buskett, triq bla isem fi Triq San Lawrenz ta l-Għolja No.3, triq bla isem fi Triq ta' Bellu, triq bla isem qrib il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza, Wied Hesri, Wied Musa area (Triq ta' Karlozzu), triq ġdida fi Triq Lawrenti, Sqaq Ta' Ngħajsa c/w Triq il-Fawwara u Triq Manduka.

Ħal Luqa – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħal Luqa mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità ta’ Ħal Luqa sar xogħol fi Triq Ġorġ Zahra, parti minn Triq Indri Micallef, parti minn Triq Wiġi Briffa, Triq Dun Gulio Muscat, Triq Dun Pawl, Triq id-Disgħa t'April, Triq il-Ġdida, Triq in-Noqor, Triq Valletta, triq bla isem fi Triq Garibaldi; triq bla isem fi Triq Hal-Luqa; Triq l-Iskola, triq bla isem fi Triq Hal Farrug, parti minn Triq Hal- Qormi kif ukoll San Tumas (area).

Ħal Qormi – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħal Qormi mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalita’ ta’ Hal Qormi, sar xogħol infrastrutturali fi Triq Hal Qormi, Triq it-Tiġrija, parti minn Triq il-Poeżija, wiċċ ġdid ta’ Mrieħel ByPass , slip road to Santa Venera Tunnels, triq li tagħti aċċess għal St Sebastian Fireworks Factory, triq fi limiti ta’Handaq, triq fi limiti ta’ Tal-Hammieri, Triq il-Mitħna, Triq Angelo Borg, Triq Dun G Cilia, Triq Għarram, Triq Gorg Zammit, Triq in-Naħal, Triq it-Tapizzara, Triq l-Għargħar 1979, Triq l-Imdina, Triq l-Isqof Depasquale, Triq Gorg Borg, triq bla isem f’tarf tal-Handaq, triq bla isem f’tal-Ħlas, triq bla isem fi Triq il-Belt Valletta u triq ġdida fl-akwati ta’ Victoria Shooting Range.

Ħaż-Żebbuġ – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħaż-Żebbuġ mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbug, l-Aġenzija wettqed xogħol infrastrutturali fi Sqaq No. 4 fi Triq Ħal Dwieli, Triq Mro Frank Galea, Hajt Laringu, Il-Wied, Baqqiegha fi Triq il-Gandlora, Mdina Road (from Hunters RA to Attrans), Triq Dun Mikelang Sapiano, Triq gdida fi Wied Gandlora, p/o Road to Handaq, Zebbug / Qormi, p/o Triq Luigi Fontana, p/o Triq Luret Cutajar, p/o Triq Angelo Melilli, p/o Triq Mons Anton Cilia, p/o Triq Sciortino, Triq il-Buskett, p/o Triq Adeodato Gatt, p/o Triq Frans Sammut, p/o Triq Luigi Fontana, Sqaq Busketto Road, Road works atTriq Ambroġ Buttiġieġ, p/o Triq Għasfura, p/o Triq Gu¿e Abela, Triq Emmanuel Cilia, Triq il-Professur Anthony ¯ammit, Mdina Road, Sqaq fi Triq 12 ta' Mejju, Triq Andrea Bogdan, Triq Batu, p/o Triq Santa Marija, Triq Gianni Cilia, Triq Hal-Sajd, Triq il-Fraxxnu, Triq il-Hali, Triq il-Hlewwa, Triq il-Madonna, Triq il-Princep Baziliku, Triq il-Qamh, Triq is-Siggiewi (up to roundabout at Mdina Road, Qormi), Triq it-Twila, Triq Profs Wallace Gulia, Triq ix-Xghir, Triq John Zammit, Triq JP Vassallo, Triq Karlu Gimach, Triq il-Grazzji, Triq l-Ghasir, Triq l-Imdina (Zebbug ByPass), Triq L-Insig and Triq Skalora, Triq Lord Gort, Triq Mamo, Triq Michael Debono, Triq Mula, Triq Pawlu Debono, Triq Wied Qirda, p/o Triq l-Indipendenza, Triq bla isem c/w Triq Haz-Zebbug, Triq bla isem kantuniera ma’ Triq ta' Qenc, Triq bla isem fi Triq it-12 ta' Mejju, Triq bla isem fi Triq San Martin, Triq San Martin, Wied Baqqiegha, Wied ta’ Sant Antnin, Triq Had Attard, Trejqa tas-Saqwi, Triq Wied is-Sewda.

Ir-Rabat – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fir-Rabat mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalita’ tar- Rabat, l-Aġenzija wettqet xogħol infratrutturali fi triq ġdida fi Triq il-Profs V Griffiths, Limiti tal-Qolla, Misrah Suffara limits of Rabat, Mtarfa By Pass to Buqana, n/s in Telgha tas-Saqqajja (Gigu), p/o road in limits of Ta Santi, p/o Triq Hal Tartani, p/o Triq l-Iskultura, Triq Inguanez, Pont f’ Chadwick Lakes, Triq biswit Dwejra lines, Dahlet Id-Dejr, Sqaq il-Lewz, Sqaq Xlejli, Tal-Merhla - Migra Ferha, Tas-Salib, Trejqet Ghemieri, Triq Ferris, Triq Gnien Fieres, Triq Gorg Borg Olivier, Triq Hobbejza, Triq is-Sajf ta' San Martin, Bahrija, Triq it-Tigrija, Triq Kola Xara, Triq l-Irziezet ta l-Imtahleb, Triq Nadur (Tat Torri), Triq Pawlu Inguanez, Triq San Aristarku, Triq San Ġwann l-Għammied, Triq San Mikiel, Pjazza Forok, Triq San Patrizju, Triq San Pawl Kuntent, Triq San Piju V, Triq San Trofimu, Triq San Tumas, Triq Santa Katarina, Triq Santa Rosa, Triq Santu Rokku, Triq ta' Qasgha, Triq bla isem minn YOURS sa Migra l-Ferha, Mtahleb, Triq bla isem fi Mtahleb, Triq bla isem fi Sqaq tal-Blajjet, Chadwick Lakes, Triq bla isem fi Triq Is-Santi, Triq bla isem fil-limiti ta’ Dwejra , Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, Mtahleb biswit Mithna, Triq bla isem fi Triq Ghar id-Dwieb, Mtahleb , Triq bla isem fi Triq Ghar id-Dwieb, Mtahleb , Tela' tas-Saqajja. Trejqet il-Gewz, Triq is-Sajf ta' San Martin, Sqaq Fra Diegu.

Ħad-Dingli – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid f’Ħad-Dingli mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli, l-Aġenzija wettqet xogħol ta’ pavimentar f’ Misrah Frenc Abela, pavimentar p/o Triq San Pawl, Alley No 1 in Rabat Road, Misrah Frenc Abela, p/o Triq San Pawl, p/o Triq Parrocca, n/s in Triq il-Maddalena, n/s in Triq it-Turretta, Dahla tas-Sienja, Sqaq il-Museum, Triq San Gwann Bosco, part of Triq San Gwann Bosco, p/o Triq Guze Ebejer, pavimentar fi Triq il-Parrocca, pavimentar fi Misrah Frenc Abela, pavimentar fi Triq id-Dejqa (and culvert works), pavimentar fi Triq il-Kuncizzjoni, pavimentar fi Triq il-Kbira, Triq Il-Ghajn, Triq biswit Triq Ta' Baldu, Sqaq Djar il-Bniet, Sqaq Manduka, Triq Guze Ellul Mercer, Triq id-Dahar Buskett Road, Triq il-Bufula and p/o Triq il-Panoramika, Triq il-Buskett, Triq Lemhet Filfla, Triq l-Ghabex, Triq Santu Rokku, l-Għajn ta' Ħofriet ir-Rizz.

Defiċit tal-pajjiż

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5720, jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul is-sena 2022 u jqiegħed l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali li diġà ngħatatlu.

Ħal Qormi – Triq in-Nassab – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq in-Nassab, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li skond l-iskeda tal-knis, din iż-żona semi-industrijali titnaddaf nhar ta’ Sibt.

Ħal Qormi – Triq il-Kaċċatur – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Kaċċatur, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li skont l-iskeda tal-knis, din iż-żona semi-industrijali titnaddaf nhar ta’ Sibt.