Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċentri tal-Klabb 3-16 u fejn huma allokati? Kemm jattendu studenti għal dan is-servizz? X’inhija l-funzjoni tagħhom? Jista’ jgħid jekk dawn humiex bil-ħlas?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-bullying fl-iskejjel jiġi kkonsidrat bħala reat kriminali bħalma hemm fi Franza?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser nħarsu lejn il-possibilità li l-bullying fl-iskejjel jigi kkonsidrat bħala reat kriminali, wara li jsiru l-laqgħat mal-istakeholders involuti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5657, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm intefqu flus fil-gambling matul is-sena li għaddiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
It-Tielet Distrett Elettorali — tqassim ta’ tagħmir domestiku lill-familji fil-bżonn
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5656, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni/familji meqjusa bhala foqra li bbenefikaw mit-tqassim ta’ tagħmir domestiku fit-Tielet Distrett Elettorali? Lil min għandhom jikkuntattjaw dawn il-familji, biex ikunu jistgħu jingħataw dan is-servizz?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, mill-2017 sal-aħħar tal-2022, tqassmu mat-tlieta u sittin tagħmir domestiku fil-lokalitajiet tat-Tielet distrett. Tajjeb nippreciża li din l-iskema tapplika għal Malta u Għawdex kollu. Dan it-tagħmir għin lill-dawn il-familji biex jaqilbu għal-apparat iktar effiċjenti.
Din hija skema imħaddma mil-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, liema każijiet ikunu rakkomandata lilha minn Social Workers u l-uffiċjali ta' l-aġenzija.
Din tapplika għal persuni li huma meqjusa vulnerabbli rrespetivament mid-distrett.
Santa Venera – Trejqa Fleur-de-Lys – għeluq ta’ aċċess għall-vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Trejqa tal-Fleur-de-Lys f'Santa Venera, waqt il-ħinijiet li hemm indikat mat-tabella tat-triq li fiha jingħalaq l-aċċess għall-vetturi fl-istess triq minħabba l-ftuħ tal-iskola, ir-residenti tat-toroq Trejqa tal-Fleur-de-Lys, Triq l-Istampaturi, Triq il-Mastrudaxxi, Triq il-Ħajjata, u Triq il-Bir, għandhomx id-dritt li jgħaddu bil-vetturi tagħhom mill-istess triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Toroq – bankini aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq madwar Malta u Għawdex illi fihom hemm bankini aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport tapprova l-bankini biex ikollom wisgħa ta' 1.30 metri skont il-liġi ħlief fejn it-triq eżistenti ma tippermettix dan.
Toroq residenzjali – aċċess għall-persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena għandu l-għan illi t-toroq residenzjali ta' Malta u Għawdex kollha jkunu jistgħu jiġu meqjusa bħala aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-asfaltar fi Triq Charles Sciberras, f'San Ġiljan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ San Ġiljan, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.
Applikazzjoni mill-Gvernijiet Lokali mal-Ministeru għal skemi ta' parkeġġi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jistgħu l-Gvernijiet Lokali japplikaw mal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali biex jiskattaw l-iskema fejn ir-residenti jkunu jistgħu jagħmlu użu minn parkeġġi ta' binjiet tal-Gvern, meta dak l-istess parkeġġ ma jkunx qiegħed jintuża f'ħinijiet partikolari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ħamrun u Santa Venera — renders għall-proġett fi Triq il-Kbira San Ġużepp
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-renders għall-proġett li qed isir preżentement fi Triq il-Kbira San Ġużepp, kemm fil-Ħamrun kif ukoll Santa Venera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhuwiex prassi li jsiru renders għal proġetti ta' road rebuilding.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri barranin fuq bail u kemm hemm minnhom li qegħdin jistennew li jgħaddu ġuri fuq attentat ta' qtil, fuq qtil, serq aggravat u traffikar tad-droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2994 u 4424, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Feliċjan, Birżebbuġa, għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin joħolqu diversi inkonvenjenzi lir-residenti ta' din it-triq, anke fid-dawl li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 4424 il-Ministru qal li dan ix-xogħol kellu jitlesta sal-aħħar tas-sena 2022, u ċjoè xahar ilu, però sal-lum għadu ma tlestiex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul Jannar tlestew xogħlijiet ta’ servizzi addizzjonali. Infrastructure Malta se tkun qed tikkonkludi x-xogħlijiet, fosthom, tqaxxir, subbase u asphalt, fi Triq Feliċjan fil-ġranet li ġejjin, suġġett li t-temp jippermetti. It-triq tinsab f’żona li tara ħafna ilma tax-xita, u għaldaqstant mhux ideali li jsiru l-aħħar xogħlijiet fi ġranet bi previżjoni ta’ xita u maltemp, biex jiġu evitati ħsarat lil terzi, primarjament lir-residenti nfushom.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4453 u 4754, tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li residenti ta' Birżebbuġa li joqogħdu fl-area Tal-Papa għadhom ibatu minn qtugħ ta' dawl fuq bażi regolari? Tista’ tgħid meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji biex jinqata’ l-inkonvenjent li qed isofru r-residenti ta' dawn it-toroq darba għal dejjem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Peress li din il-mistoqsija mhix tispeċifika jekk hiex dwar id-dwal tat-toroq jew tar-residenzi, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta fi Triq il-Ġebel sabet diversi lampi maqtugħin li huma fir-responsabiltà tal-kunsill. Jekk il-mistoqsija qed tirreferi għal residenzi, ninfurmah li l-Enemalta għadha kif għaddiet sitt feeders ġodda fl-inħawi tal-Papa u tal-Housing Estate. Ix-xogħol fuqhom u fuq il-linji tal-elettriku minnhom ser ikun lest f’dawn il-ġranet. B’hekk għandha tissolva l-problema tal-provvista tad-dawl f’din iż-żona.
Dan huwa wieħed mill-bosta proġetti li qed isiru mill-Enemalta bħala parti mil-pjan ta’ 90 miljun ewro fuq sitt snin għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni.
Birżebbuġa – Triq iż-Żibra u ż-żona tal-Papa – Upgrading tas-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol ta' upgrading tas-sistema tad-drenaġġ fi Triq iż-Żibra u fiż-żona Tal-Papa, f'Birżebbuġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq iż-Żibra bdew. Ma hemmx skedat xogħol ta’ upgrading fiż-żona tal-Papa għalissa, għaliex se jkun upgraded in-network li jgħaqqad ma’ dik iz-zona.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' manutenzjoni ta' diversi bus shelters kif ukoll, fejn hemm bżonn, isiru bus shelters ġodda f’Birżebbuġa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-Kunsill bagħat komunikazzjonijiet lill-kumpanija responsabbli mill-Bus Shelters dwar l-istess bus shelters.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' manutenzjoni ta' diversi bus shelters kif ukoll, fejn hemm bżonn, isiru bus shelters ġodda f’Birżebbuġa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsijja lill-Ministru kkonċernat.
MCAST — Engineering Pre Warrant Qualification Course (PWQC)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti tal-MCAST iffinalizzaw l-Engineering Pre Warrant Qualification Course (PWQC)? Jista’ jispjega l-iskop ta' dan il-kors u jekk hux qed ikun offrut lil studenti oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 29 student temmew b’suċċess il-kors msemmi. L-iskop ta’ dan il-kors hu biex kull student isir akkademikament eliġibbli biex japplika għall-warrant ta’ Inġinier. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dan il-kors hu applikabli għal dawk l-istudenti li temmew b’suċċess il-Baċellerat tal-Inġinerija tal-MCAST.