Sptar Mount Carmel – Forensic Unit – persuni taħt sentenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti taħt sentenza jgħixu fil-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel u kemm ilhom? Jista’ l-Ministru jgħid meta saret is-sejħa għall-applikazzjonijiet, meta ltaqa’ l-bord u min għamel l-endorsement?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-preżent hemm sitt (6) residenti b’sentenza fil-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel. Kull persuna li tidħol fil-Forensic Unit tmur fuq ordni tal-psikjatra. Dan ma jfissirx li l-priġunier/a jiskonta s-sentenza kollha tiegħu fil-Forensic Unit.
Jista’ l-Ministri jgħid għala m'għamlux il-passing out parade dawk li qegħdin il-qorti li kienu fil-42nd BTC u daħlu wara?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li wara konsultazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni avvanzata u Ogħla u bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati, kien ġie deċiż li għandu jkun hemm it-tieni resit. (Ara tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 3326).
Għandu jingħad ukoll illi sakemm ġew konklużi dawn il-konsultazzjonijiet u sar it-tieni resit, il-passing out parade kienet saret u għalhekk dawk ir-rekluti ma kinux parti minnha.
Xufiera – ħlas għat-trasport li saru fiċ-ċentri tad-diżabilità u tat-tfal tal-iskejjel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi timeframe għal meta se jitħallsu x-xufiera tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għat-trasport li sar fiċ-ċentri tad-diżabilità u tat-tfal fl-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija dejjem titħallas bħas-service providers kollha skont il-proċeduri stabbiliti.
Emenda għall-Abbozz tal-Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li la l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u lanqas persuni mid-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll ma kienet/kienu involuta/i fil-kitba tal-emenda fl-Abbozz tal-Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Abbozz ta’ Liġi Nru 28) ?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – Karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha karozzi jaħdmu bl-elettriku fil-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 3944, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, inkluż id-dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, bħalissa qed jintużaw disgħa u tmenin vettura elettrika li wieħed u għoxrin minnhom huma mixtrija filwaqt li l-kumplament huma mikrija.
Sptar Mater Dei — Sezzoni Safra - Lift li mhux jiffunzjona
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5276, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jerġa' jibda jiffunzjona l-lift għax ilu 'il fuq minn sitt xhur wieqaf?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lift li semma hu huwa mudell antik u qdim u qed jinbidel kompletament. Bdew ix-xogħlijiet meħtieġa u dawn jistgħu jieħdu numru ta' xhur.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il lift fl-Isptar Mater Dei ma kinux qed joperaw bejn Ġunju 2022 u d-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 13-il lift f’Mater Dei li qed isir xogħol fuqhom, u hemm xi wħud b’maintainance programmat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kienx hemm siringi tal-10ml out of stock fl-Isptar Mater Dei, bejn il-15 ta’ Jannar 2023 u d-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi siringi tal-10ml ma kinux out of stock fl-Isptar Mater Dei.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm il-loppju lidocaine 2% out of stock fl-Isptar Mater Dei, bejn il-15 ta' Jannar 2023 u d-data li tigi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Lidocaine kien in-stock fiż-żmien imsemmi minnu fl-Isptar Mater Dei.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema antibiotiċi kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei u f'liema dati, bejn l-1 ta' Dicembru 2022 u d-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 6904 ħaddiem għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema taċ-Ċivil - vacation leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm 250 ħaddiem taċ-Ċivil fid-dekasteru tiegħi li għad għandhom vacation leave li ma kienx ġie użat sat-tmiem id-data tal-vacation leave.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Ħaddiema taċ-Ċivil - Vacation Leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 260 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema taċ-Ċivil - Vacation Leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 363 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 943 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar
Santa Luċija – toroq li qed jibqgħu mixgħulin lejl u nhar
Question
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn Triq l-Istefanotis, Triq il-Kaħwiela, Triq il-Ġibjun, Triq il-Fortizza, u oħrajn qrib tagħhom f’Santa Luċija ilhom jibqgħu mixgħulin lejl u nhar min-nhar il-Ħamis 19 ta' Jannar, sa tal-inqas it-30 ta' Jannar meta qed issir din il-mistoqsija? F'ċirkostanzi fejn l-effiċjenza u n-nuqqas ta' ħela ta' enerġija saru kwistjonijiet importanti, jista' jkun hemm mekkaniżmu fejn ċirkostanzi bħal dawn jiġu indirizzati b'mod spedit, anke għall-fatt li f'dan il-każ ilu tal-inqas ġimgħa li saru rapporti kemm lill-Enemalta kif ukoll lill-kunsill lokali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, l-Enemalta fl-24 ta’ Jannar irċeviet rapport mill-Kunsill Lokali dwar problema fid-dawl f’xi toroq f’Santa Luċija. It-tiswijiet saru fit-30 ta’ Jannar u l-Enemalta infurmat lil l-kunsill b’dan.