Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma stmati t-talbiet tal-kredituri li qegħdin għand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex jitħallsu?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32127 u 32465 u jagħti lista sħiħa ta’ programmi li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom pereżempju dawk relatati mal-edukazzjoni, max-xogħol u l-kultura barra minn Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru totali ta’ persuni li bħalissa qed jgħixu bl-HIV f’Malta u f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-mument hawn 721 persuna tgħix f’Malta bl-HIV. Infurmat li dan in-numru jista’ jinbidel minħabba l-moviment ta’ pazjenti li jiġu Malta b’din il-kundizzjoni u oħrajn li jagħżlu li jħallu l-pajjiż.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31836 u 32157 u jagħti lista tal-konsulenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Ministeru tiegħu relatati mat-turiżmu matul l-2025 u r-rata li biha jitħallsu u kemm tħallsu dawn il-konsulenti matul l-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Operaturi ta’ Lukandi - Income tax/corporate tax miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31828 u 32162 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax minn operaturi ta’ lukandi fis-snin 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Operaturi ta’ ristoranti - Income tax/corporate tax miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31827 u 32163 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax fis-snin 2023 u 2024 minn operaturi ta’ ristoranti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Ħtiġijiet ta’ Ħiliet u previżjoni tas-suq tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema u ħiliet meħtieġa (skills needs) kif identifikati fil-valutazzjonijiet u fl-anticipation tal-Gvern għall-2026, 2027 u 2028, u f’liema setturi qed jiġi antiċipat dan il-bżonn skont l-analiżi tal-Gvern jew tal-aġenziji tal-Gvern li huma rilevanti biex tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li dawn il-skills forecasts huma aċċessibbli għall-pubbliku u jsiru fuq livell tal-Unjoni Ewropea minn CEDEFOP.
Skont l-aħħar aġġornament ta’ dan il-forecast, jidher li l-aktar okkupazzjoni li Malta se jkollha bżonn fuq għaxar snin li ġejjin hija dik tal-Personal Care Workers, segwita minn Sales Workers u Science and Engineering Professionals.
Fost is-setturi li skont il-previżjonijiet huma mistennija jesperjenzaw żieda fil-ħaddiema hemm is-settur tas-saħħa.
Huwa mbassar ukoll li kważi nofs l-opportunitajiet ta’ xogħol li huma mistennija jinħolqu f’Malta se jirrikjedu livell ta’ kwalifika medju, filwaqt li aktar minn nofs se jkollhom bżonn kwalifiki ogħla.
Dawn il-kunsiderazzjonijiet qed jgħinu biex ifasslu l-politika tal-Gvern. Fil-fatt, il-Malta Labour Migration Policy tagħti prijorità kbira lis-settur tas-saħħa, il-kura tal-anzjani, u l-persuni b’diżabilità, peress – kif ukoll juru dawn il-previżjonijiet – il-bżonn għal ħaddiema f’dawn is-setturi essenzjali huwa mistenni li jkompli jikber.
Parallela ma’ dan, ġiet ukoll maħluqa Skilled Occupation List, li tiffoka fuq okkupazzjonijiet li jirrikjedu ħiliet medji u għoljin, u li hija allinjata ma’ dawn il-previżjonijiet.
Fl-istess ħin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet bħalissa qed iwettaq xogħol intensiv fuq Strateġija Nazzjonali tal-Ħiliet.
SportMalta – Trasferiment ta’ artijiet – Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li SportMalta daħlet għalihom mal-klabbs sportivi dwar trasferiment ta’ artijiet għal skopijiet sportivi bejn l-2022 u l-2025?
SportMalta – Trasferiment ta’ artijiet – Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li SportMalta daħlet għalihom mal-klabbs sportivi dwar trasferiment ta’ artijiet għal skopijiet sportivi bejn l-2022 u l-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Furjana, Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi – Artijiet Devoluti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tas-siti, artijiet u/jew binjiet kollha li ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Furjana, Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi, u għal kull sit jindika l-indirizz tas-sit, id-deskrizzjoni tas-sit, l-ammont tal-ħlas mitlub mill-Kunsill Lokali, l-użu attwali tas-sit, id-data ta’ meta s-sit ġie devolut u t-terminu jew it-tul tad-devoluzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32352 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32112 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32351 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32350 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32110 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32338, jista’ l-Ministru jagħti iktar dettalji dwar liema rakkomandazzjonijiet ġew implimentati, kif u meta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid ma dak li diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 32338.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir karozza tal-linja ċirkolari madwar Marsaskala sabiex ikun iktar faċli għar-residenti li jiċċaqilqu minn post għal ieħor fl-istess lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif spjegajt fit-3 ta’ Ottubru li għadda meta ħabbart il-proġett ta’ riġenerazzjoni f’Marsaskala, l-Awtorità għat-Trasport ser tintroduċi servizz ta’ trasport pubbliku ġewwa Marsascala, b’rotta ċirkulari, maħsuba biex taqdi lill-komunità ta’ Marsascala u dawk li se jużaw is-servizz tal-Fast Ferry.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pubblikazzjonijiet ġodda minn Heritage Malta matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti u liema kienu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-total tal-pubblikazzjonijiet li ġew konklużi bejn il-bidu tas-sena 2025 u l-bidu ta’ Diċembru huwa ta’ 35. It-total ta’ bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet preċedent huwa ta 22,451. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista dettaljata.
Linja tat-telefon 153 - Kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali, matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fl-2024 kien hemm 377 filwaqt li fl-2025 kien hemm 165 telefonata fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali,