Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi (Sentencing Policy Advisory Board)? Jista' l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba u meta kkonsulta mal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex jestendi l-kompetenza tal-Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi (Sentencing Policy Advisory Board)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm-il persuna tinsab akkużata bir-reat ta' offiża gravi fuq il-persuna quddiem il-qrati ta' pajjiżna?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-9 ta’ Frar 2023 quddiem il-Qrati ta’ pajjiżna kien hemm 339 persuna akkużata bir-reat ta' offiża gravi fuq il-persuna.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm-il persuna tinsab akkużata bir-reat ta' offiża ħafifa fuq il-persuna quddiem il-qrati ta' pajjiżna?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-9 ta’ Frar 2023 quddiem il-Qrati ta’ pajjiżna kien hemm 48 akkużati b’offiża ħafifa fuq il-persuna.
Dawn in-numri jirrigwardaw l-akkużi fil-kumpilazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, peress illi r-reat ta’ offiza ħafifa huwa ta’ kompetenza ordinarja, il-kawżi li huma tad-distrett mhumiex inklużi f’din l-istatistika stante li l-Aġenzija ma żżomx statistika tal-imputazzjonijiet fil-kawżi ta’ kompetenza ordinarja tal-Qorti tal-Maġistrati.
Jista’ l-Ministru jgħid x'azzjonijiet ħa dwar kompetizzjoni li seħħet nhar is-Sibt, 4 ta' Frar 2023, fejn għadd ta' summien li ġew imfaqqsa u trabbew fil-magħluq, ġew mitluqin u numru ta' kaċċaturi flimkien mal-klieb tagħhom setgħu joqtluhom? Jista' jispjega kif din l-attività setgħet issir ladarba l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta, speċifikament jipprojbixxi dan u jsostni dan li ġej:
"8.(2) L-ebda annimal m'għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn jew jiġi soġġett għal attivitajiet li ma jkunux fin-natura tiegħu. L-ebda annimal ma jista’ jiġi abbandunat.".
Jista' jgħid din il-kompetizzjoni kif setgħet tiġi aċċettata li ssir jekk dawk is-summien ġew mitluqa u abbandunati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li din l-attività mhijiex regolata bid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, iżda hi regolata taħt ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi u għalhekk għandha tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli.
Statistika dwar ħlas ta’ kontijiet tad-dawl u tal-ilma
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4629 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4315, nispeċifika li bil-kelma “kontijiet” kont qed nifhem Accounts (meters) differenti u mhux kull invoice li tinħareġ kull xahrejn. Fi kliem sempliċi, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni li turi kemm hemm numru ta' Residenzi, Meters Domestiċi, u Meters Industrijali, li l-konsum tagħhom annwali jaqa' f'kull waħda mill-brackets, u l-brackets ikunu skalati għal kull €500 sakemm jibqa' jagħmel sens?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5044 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3341, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika l-istess statistika għas-sena 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jinħadmu s-snin 2021 u 2022 u l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Ir-Rabat – Provvista tal-Elettriku fin-naħa tal-Wied tal-Isqof
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5046 u tara li tiġi riżolta l-problema tal-provvista tal-elettriku fin-naħa tal-Wied tal-Isqof, limiti Tal-Virtù, Rabat, minħabba li r-residenti qed ibatu b'vultaġġ jitla' u jinżel sal-punt li jikkawżalhom ħsarat fl-appliances? Tista' tagħti indikazzjoni meta hu ppjanat li din il-problema tissolva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li lill-Enemalta ma jirriżultalhiex li fl-inħawi msemmija hemm problemi ta’ vultaġġ. Jekk ningħatha dettalji iżjed preċiżi ta’ liema residenza qed ikollha problemi nkun nista’ ngħaddi l-każ lill-Enemalta sabiex tinvestiga fid-dettall.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5490 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-procurement KOLLU li għamel il-Ministeru għas-Saħħa mis-7 ta’ Marzu 2020 (il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19) sal-lum, u jinkludi l-isem ta’ kull item, il-valur tal-procurement u mingħand liema kumpanija/entità nxtara?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fi Triq in-Naxxar, Birkirkara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol finali tal-asfalt u line markings fi Triq in-Naxxar, B’Kara hu previst li jkun lest sal-aħħar ta’ Frar 2023, dejjem jekk it-temp jippermetti. Ix-xogħol kien jikkonsisti fi bdil ta’ footpaths, installazjoni ta’ linji ġodda ta’ telekomunikazzjoni taħt l-art, trinek ġodda għall-provista tal-elettriku, installar ta’ main lines ġodda tal-ilma potable u esegwiet tiswija neċessarja fis-soqfa tas-sistema tad-drenaġġ eżistenti kif ġie mitlub mill-entitajiet ikkonċernati.
Wara taħdidiet li saru bejn l-Aġenzija u s-sidien tal-ħwienet, intlaħaq ftehim sabiex ix-xogħol matul din il-medda jieqaf fix-xahar ta’ Diċembru u jerġa' jibda f’Jannar biex b’hekk ikun hemm aċċess komdu għall-ħwienet fil-perjodu ta’ festi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-aħħar saff ta' tarmak u meta se jispiċċaw ix-xogħlijiet kollha fi Triq in-Naxxar, Birkirkara? Jista’ jgħid ukoll meta bdew dawn ix-xogħlijiet, x’tip ta’ xogħol sar u x’ħoloq id-dewmien fix-xogħol?
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għaliha ma hemmx dawl fil-bozoz tal-inħawi ta’ Triq Ħal Qormi f’Birkirkara? Tista’ tgħid meta dan is-servizz se jkun qed jerġa’ lura għan-normal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-post inkwistjoni nstabet linja maqtugħa u din diġà ġiet irranġata mill-ħaddiema tal-Enemalta.
Ministeru għall-Edukazzjoni – sistema tal-Blockcerts
Question
Fir-rigward tal-kumpanija li qed tħaddem u topera s-sistema tal-Blockcerts li juża l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (is-sistema li permezz tagħha l-istudenti jkunu ċċertifikati b'format diġitali), jista’ l-Ministru jgħid:
a. jekk din kinitx magħżula b'direct order jew b'sejħa pubblika għal kull sena mis-sitt snin li ilha topera;
b. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt;
ċ. kemm-il persuna timpjega f'Malta;
d. jekk il-Ministeru għandux rendikont ta' kemm-il student ippreżenta dan iċ-ċertifikat b'format diġitali biex applikaw għall-MCAST, għall-Junior College, għall-ITS u għall-Higħer Secondary għal kull istituzzjoni u għal kull sena u jekk iva, jagħti dan ir-rendikont u jekk le, jista' jgħid għala l-Ministeru m’għandux tali data?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ġiet magħżula permezz ta’ Negotiated Procedure fl-2018. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-2020 l-assi tal-kumpanija nxtraw kollha minn kumpanija oħra. Kemm il-kuntratt oriġinali kif ukoll l-addendum tal-kumpanija l-ġdida qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward iċ-ċertifikati jiġux preżentati jew le, il-Ministeru ma jidħolx fil-mertu ta’ fejn u meta jintużaw.
Attachments:PQ6236_Paper Laid - Hyland Addendum.pdfPQ6236_Paper Laid - Blockchain contract.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fl-Imġarr mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità tal-Imġarr, l-Aġenzija wettqet xogħol fi Triq San Filippu & Triq Sentinarju, triq ġdida fi Triq San Pietru, triq ġdida fi Triq l-Alwiza c/w Triq l-Ispika, p/o Misrah is-Sebbieh, p/o Triq Barbara, p/o Triq l-Ghansar, p/o Triq tat-Taqsisa, Triq tal-Haddedin, Trejqa tal-Qala, Part of Triq Bingemma, Sqaq Sant' Isidorju, Ta’ Halqun area fi Ta’ Santi, Trejqet it-Tafal ta' San Gwann, Triq Fisher, Triq il-Kbira, Triq Fomm ir-Rih, Triq Ghajn Tuffieha, Sqaq in-Nahal, Triq Gnien id-Dwieli, Triq id-Dahar, Triq il-Fuhhar l-Ahmar, Triq il-Hawlija, Triq iz-Zebbiegh , Triq Lazzru Pisani, Triq l-Imgarr , p/o Triq iz-Zebbigh (Mgarr Zebbiegh By-pass), p/o Triq Sir Temi Zammit, Triq Profs David H Trump, Triq Ras il-Gebel, Triq bla isem fil-limiti tal-Lippija, Triq bla isem fi Triq Fomm ir-Rih, Triq bla isem hdejn il-barriera fi Triq Temi Zammit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fl-Imtarfa mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità tal-Imtarfa l-Aġenzija wettqet xogħol fi Triq Prosperpina, Triq San Oswald, Triq Alessi, Triq Il-Maqdes Ruman, Triq San David u Triq ta’ Paroli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il triq ingħatat wiċċ ġdid fil-Baħrija mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità tal-Baħrija l-Aġenzija wettqet xogħol fi Trejqet il-Gewz u Triq is-Sajf ta' San Martin.