Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, kemm kien hemm ħaddiema li kienu fuq kuntratt, kemm kien hemm ħaddiema li ġew impjegati mingħajr sejħa jew abbażi ta' position-of-trust, u kemm minn dawn ġew eventwalment ingaġġati mal-Aġenzija u x'inhu l-grad u l-iskala tagħhom illum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, kien hemm il-ħatra ta’ żewġ Kapijiet Eżekuttivi apparti l-persuna li qed tokkupa l-kariga preżentament, wieħed f’Diċembru tal-2019 u l-ieħor f’Jannar tal-2021 rispettivament. F’Lulju 2020, kien hemm ukoll il-ħatra ta’ Kap tas-Sezzjoni għall-Implimentazzjoni skont l-artikolu 7(2) tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.32. Kien hemm tliet (3) persuni li ġew ingaġġati fuq kuntratt indefinit fil-karigi ta’ Kap tal-Amministrazzjoni u Operazzjonijiet u Kap tas-Sigurtà, fuq Skala 4, f’Jannar tal-2020 u Kordinatur tal-Loġistika fuq Skala 7, fi Frar 2020.

Marsa – Triq it-Tiġrija — servizz shuttle għar-residenti

Question

Wara li fil-ħin tal-mistoqsijiet supplimentari tas-Seduta 83 tal-31 ta' Jannar 2023, il-Ministru wieġeb li ppropona lill-Kunsill Lokali tal-Marsa sabiex jipprovdi servizz shuttle b'vettura elettrika lir-residenti ta' Triq it-Tiġrija, jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz hux qed jiġi pprovdut u jekk iva, f'liema ħinijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għamilt it-tali proposta b'mod formali lill-Kunsill Lokali ġaladarba din il-vettura eletrika diġà topera. Huwa f’idejn il-Kunsill Lokali biex jiddeċiedi jekk jilqax din il-proposta.

Marsa – Triq it-Tiġrija – aċċess

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5589, peress li l-Ministru qed jgħid li ttieħdu dawn il-miżuri biex in-nies jaqsmu t-triq b'mod aktar sigur, jista' l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti fi Triq it-Tiġrija fiż-żmien meta t-traffic lights kienu aċċessibbli għall-pubbliku u kemm saru inċidenti fiż-żmien meta t-traffic lights kienu aċċessibbli biss għas-sidien tal-entitajiet kummerċjali, u għal kull każ jgħid kemm weġġgħu jew saħansitra mietu nies u jekk kenux fil-karozza jew pedestrians?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6045 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Permessi ta’ no parking

Question

Fid-dawl li l-kunsilli lokali qegħdin joħorġu permessi ta’ ‘no parking’ li fir-realtà la l-LESA u lanqas il-Pulizija ma huma qegħdin jinfurzaw, u diversi residenti qed jispiċċaw ikollhom diversi argumenti mal-kunsilli għaliex ghalkemm huma jkunu ħallsu għal dawn il-permessi, xorta ma jkollhomx parkeġġ liberu minħabba l-karozzi pparkjati, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru fuq dan? Għandhom jibqgħu joħorġu permessi li ma jiswew xejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-jiem li għaddew dan il-Ministeru, permezz ta’ ħidma kkordinata mal-entitajiet u l-aġenziji kollha kkonċernati, ra li jiddaħħlu fis-seħħ emendi fir-Regolamenti relattivi li ser jassiguraw li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jingħataw servizz taħt struttura legali aktar ċara u regolarizzata. Dan hu konferma ċara tal-impenn li għandu dan il-Gvern li jaġixxi fl-aħjar interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Intant, infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-infurzar mill-aġenzija u awtorità minnu msemmija ma jiffurmax parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru u għalhekk nitlobu sabiex jirreferi kwalsiasi domanda li jista’ jkollu fir-rigward lill-Ministeru kkonċernat.

Taħrik ta’ persuni minħabba l-użu tal-kannabis

Question

Fid-dawl li s’issa kull xiri u konsum tal-kannabis huwa illegali għaliex l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) għadha ma ħarġet l-ebda permess skont il-liġi l-ġdida, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi direttiva lill-pulizija biex ma jħarrku lil ħadd fid-dawl li f’diversi toroq, b’mod partikolari f’Paceville, San Ġiljan u l-Belt, mhux biss ikun hemm riħa qawwija ta’ kannabis (second hand cannabis lil non users) imma persuni li qegħdin jikkunsmaw din id-droga? Jekk le, jista’ jgħid kemm tħarrku persuni ġo Paceville, San Ġiljan u l-Belt Valletta b’mod rispettiv minn Ġunju 2022 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma għandha l-ebda direttiva kif indikata mill-Onor. Membru u għaldaqstant kull persuna li jinqabad jikser il-liġi dwar droga inkluż dwar cannabis, titressaq quddiem il-ġustizzja.

Family reunification

Question

To ask the Minister to answer Parliamentary Question 5028: Since Government policy does not allow for a parent who does not earn the median wage (plus 20% for each dependent) to apply for family reunification, how many decisions have there been in which a minor (under 18) was refused residence, on the basis of family reunification, in the last five years?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-1 ta’ Mejju tas-sena 2021 kien hemm 27 applikazzjoni li ġew rifjutati minħabba li ma kinux jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-imsemmija policy.

San Ġiljan u Tas-Sliema — Tneħħija ta’ E-Scooters ipparkjati ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tneħħew e-scooters ipparkjati ħażin fuq il-promenade ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema mil-LESA? Jista’ jispjega kif fuq il-promenade mhux permess l-użu tal-bicycles imma din ir-restrizzjoni ma tapplikax għal dawn l-e-scooters? Jista’ jgħid kif se titħares is-sigurtà tal-persuni li jkunu qed jimxu fuq il-promendade?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija LESA tinforza l-liġi skont il-proviżjonijiet tal-Ordinanza dwar it-Traffiku u Liġijiet Sussidjarji marbuta magħha. Mistoqsijiet ulterjuri għandhom isiru lill-Ministeru kkonċernat.

San Ġiljan u Tas-Sliema — Tneħħija ta’ E-Scooters ipparkjati ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tneħħew e-scooters ipparkjati ħażin fuq il-promenade ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema minn Transport Malta? Jista’ jispjega kif fuq il-promenade mhux permess l-użu tal-bicycles imma din ir-restrizzjoni ma tapplikax għal dawn l-e-scooters? Jista’ jgħid kif se titħares is-sigurtà tal-persuni li jkunu qed jimxu fuq il-promendade?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Marsaxlokk – allokazzjoni ta’ rmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu allokati l-irmiġġi li jinsabu fil-Magħluq, f’Marsaxlokk, bl-ewwel preferenza tkun għas-sajjieda, kif titlob il-liġi u kif infurmat li kien hemm qbil mal-koperattivi? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm irmiġġi f'dawn l-inħawi u kif inhuma allokati fil-preżent bejn dgħajjes tas-sajjieda u dgħajjes oħra li jintużaw għal skop iehor? Qed isir sforz biex dgħajjes li mhumiex tas-sajjieda jkollhom huma wkoll post għall-irmiġġi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kwoti tal-ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-kwoti kollha tal-ħut ta’ min huma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwoti tal-ħut huma tal-istat Malti wara li jkunu assenjati b’mod annwali permezz ta’ regolamenti adottati mill-Unjoni Ewropea u anke minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Min-naħa tiegħu l-Gvern jiddeċiedi kif iqassamhom b’konsultazzjoni sħiħa mas-settur. Hemm uħud mill-kwoti, li huma hekk imsejħa borma waħda, u hemm uħud assenjati b’mod dirett lis-sajjieda a bażi ta’ diversi kriterji u indikaturi.

Bycatch tas-sena 2022

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3289, peress li vverifikajt il-ġurnata msemmija u jidher li dik il-ġurnata partikolari kien impossibbli li s-sajjieda joħorġu fuq il-baħar minħabba l-maltemp, jista’ l-Ministru, permezz tal-GPRS li huwa obbligatorju li jkun dejjem mixgħul, jgħid kif operaw il-bastimenti li qabdu l-bycatch fis-sena 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet indikati ir-rih kien forza 2 għal 3. Għaldaqstant it-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3289 tibqa’ fis-seħħ.

Fisheries Department – azzjoni dwar nylon mormi fil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar nylon li qed jintuża darba għas-sajd tal-lampuki u ma jiġix irkuprat (li jirriżulta li huma mijiet ta’ tunnellati), u li qed jiġu mormija fil-baħar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, minkejja li mhux responsabbli b’mod dirett, qed iniedi skema fis-sena sabiex iħajjar lis-sajjieda jinvestu f’irkapti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Dan bil-għan li s-settur jiġi edukat u iktar konxju tar-responsabbiltajiet ambjentali li għandu kulħadd.

ERA – azzjoni dwar nylon mormi fil-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) flimkien mad-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura dwar nylon li qed jintuża darba għas-sajd tal-lampuki u ma jiġix irkuprat (li jirriżulta li huma mijiet ta’ tunnellati), u li qed jiġu mormija fil-baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infakkkar lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2709, Fil-frattemp infurmata wkoll li bħala parti mill-immaniġġjar tas-siti marittimi protetti, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, b’diskussjonijiet mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, inkludiet miżura għal titjib fir-rappurtaġġ ta’ rkaptu tas-sajd mitluf, u sabiex jerġa’ jsir stħarriġ, flimkien mas-sajjieda, dwar il-possibilità ta’ rkaptu alternattiv għas-sajd tal-lampuki. Dawn il-miżuri ser jiġu implementati fiż-żmien li ġej.

Santa Venera – Triq il-Kbira San Ġużepp — siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra hi proġettata li tiżdied fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f'Santa Venera?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali rispettivi, kemm ta’ Santa Venera kif ukoll dak tal-Ħamrun, biex ikun hemm faċilitajiet imtejbin għar-residenti li jinkludu żoni ta’ tħaddir u żoni pedonali b’materjal alternattiv. Minbarra hekk, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li varji entitajiet oħrajn huma impenjati f’dan ir-rigward fuq livell nazzjonali. Għaldaqstant inħeġġu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeri konċernati wkoll.

Toroq — asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta l-lista tat-toroq, maqsuma skont il-lokalità, illi saru mill-ġdid taħt il-wegħda tal-Gvern li jsir l-asfaltar tat-toroq kollha f'seba’ snin u flimkien mal-isem tat-triq rispettiva jniżżel id-data ta' meta tlesta x-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. L-Agenzija għamlet xogħol infrastrutturali fi, Triq San Pawl, Triq Kananea, Triq Dun Alwig Galea, Triq il-Marg, Triq il-Gamar, Triq Hannibal, Triq l-Imdina,Triq Zaghfran, Triq Nutar Zarb, Triq Belt Valletta, Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius, Triq Hal-Warda, Triq Haz-Zebbug, Triq Vjal De Paul, Ring Road Mount Carmel Hospital, Triq Ta' Qali, Triq Ta' Qassati, Triq Sant' Anton & Triq Lord Strickland, Triq l-Isptar, Triq l-Inhasa, Triq il-Qamħ, Triq is-Sieqja, Sqaq Ta' Rajgu, Triq bla isem fi Triq Haz-Zebbug, Sqaq tal-Hofra, Triq ix-Xgħir and Triq iż-Żir, Model Aircraft Premises, Triq il-Mosta, Wied Hal Balzan, Triq Wied Hal Balzan Buontempo Estates, Triq it-Tabib J. Zammit, Triq Sir Antonio Micallef, Triq il-Qarcilla, Triq l-Gherusija, Vjal De Paule, Sqaq 1 fi Triq l-Imdina, Triq San Dwardu, Triq Ic-Centinarju tal-Parrocca, Triq Il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq La Vallette / Pjazetta San Filippu / Patri Indri Vella, Triq il-Kullegg, Triq Dun Karm, Triq il-Kan. Karm Pirotta, Triq Censu Costa p/o, Triq Il-Herba, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq Mike Pulis, Triq is-Santwarju, Triq Fluer-de-Lys, Triq p/o is-Sisla, p/o Triq Gorg Borg, Triq L-Imdina (direction to Valletta), Triq Anglu Mallia, Triq l-Isqof Labini, Triq Belle Isle p/o, Triq il-Gebel, Triq bla isem fi Triq ir-Rizza, Triq il-Gandoffla, Triq Tal-Papa, Triq bla isem fi Triq il-Brolli, Triq Benghajsa, Limiti ta' Wied il-Qoton, Sqaq fi Triq il-Kuncizzjoni, Triq bla isem fi Triq it-Torri, Triq Limiti tal-Marnizi (A), Triq Limiti tal-Marnizi (B), Triq Limiti tal-Marnizi (C), Triq bla isem fi Triq Hal Far, Triq il-Kan. Karm Bugelli, Triq il-Barrieri, Triq Mons. Spir Penza, Triq San Patrizzju - Parking Area, Triq San Patrizju, Triq Ferdinand Stuflesser II, Triq il-Musbieh, Triq il-Bzulija, Triq Il-Gebel u Triq Tal-Papa p/o, Triq Zaren Dalli, Triq il-Brolli, Sqaq Il-Qoton, Triq Tan-Nadur, Triq Brolli/ Has-Saptan, Triq Mons. Spir Penza, Triq ix-Xerriek, Triq it-Tankijiet, Sqaq il-Fortizza, Triq Hal Far, Triq il-Qalb Imqaddsa, Sqaq Unamed alley in Triq Hal Far, Sqaq fi Triq l-Immakulata Kuncizzjoni, Sqaq ta' Faqqanija, Trejqet Wied ta' Klima, Triq Ta' Giligejla, Triq il-Fortizza ta' Karagg, Sqaq fi Triq Limiti ta' Wied il-Qoton, Triq 22 ta' Frar, Triq bla isem fi triq l-immakulata, Triq l-Imnarja, Triq il-Fortizza, Triq Birzebbugia, Shooting Range, Triq fi Triq Ta' Wied il-Qoton, Benghajsa MATS Station, Sqaq ta' Salvun, Triq tat-Talb, Triq l-Oratorju, Triq il-Pellegrinagg, Triq Alessandra, Triq San Gorg, Triq San Frangisk, Triq Santa Margerita, Triq il-Polverista p/o, Triq p/o il-Gendus / p/o Triq ir-Regatta, Triq it-Tlett Ibliet, Triq bla isem fi Triq Hal Tartani, Triq Il-Kuncizzjoni, Triq bla isem fi Triq l-Imnarja, Triq il-Bufula, p/o Triq Panoramika, Triq San Pawl tal-Pitkali, Wilga, Misrah Suffara, Sqaq Tal-Qasam, Triq l-Apparell (Dingli), Triq San Pawl tal-Pitkali, Wilga, Misrah Suffara, Triq fi Triq ta' Sabbat, Triq San Rokku, Triq Gdida fi Triq il-Maddalena, Triq Guze Ellul Mercer, Triq Gdida fi Triq it-Turretta, Sqaq Manduka, Sqaq Nru.1 fi Triq ir-Rabat, Triq New street in Triq ir-Rabat, Triq Il-Parrocca, Triq Id-Dejqa, Sqaq Djar il-Bniet, Triq fi Triq San Gwann Bosco, part of Triq San Gwann Bosco, Dahla tas-Sienja and Sqaq il-Museum, Triq il-Buskett, Triq Frenc Abela, Triq il-Kuncizzjoni, Triq Misrah Frenc Abela / p/o Triq San Pawl, Triq id-Dahar Buskett Road, Triq l-Ghabex, Lemhet Filfla, Guze' Ebejer p/o, Triq bla isem fi Triq ir-Rabat no.2, Triq L-Ghajn, Triq fi Triq ta' Baldu, Triq l-Ghollieq, Triq Martin Luther King, Triq Mahatma Gandhi, Triq San Tumas, Triq is-Sur, Triq il-Merhba, Sqaq Rjallu, Triq Buqexrem, Triq Gdida fi Triq l-Gharnuq, Triq l-Gharnuq, Triq San Xmun, Triq San Pietru, Triq Haz-Zabbar, Triq Hompesch, Triq il-Falkunier & Triq ir-Rghajja, Triq il-Liedna, Triq id-Dejma, Triq Mater Boni Consilii, San Gorg Preca, Pace u Grasso, Pjazza Patri Redent Gauci, Emilio Camilleri, Mat r Tereza ta' Kalkutta, il-Kitba, Triq San Frangisk p/o, Triq il-Kappucini, Triq Vincenzo Dimech, Triq il-Miratur, Triq Triq It-Trunciera ta’ Tramuntana and Triq Joseph J Mangion, Triq Pietro Floriani, Telgha ta' Sa Maison, Sqaq Ic-Cawl, Sqaq Il-Qieghed, Triq bla isem fi Triq Santa Katarina, Triq Dun Karm Vella, Triq Caravaggio, Triq Santa Katerina, Sqaq Tal-Balal, Sqaq Tal-Ferha, Sqaq Hofra parti minn Sqaq l-Imnieqa, Sqaq Tal-Gebel, Triq bla isem fi Triq l-Avjazzjoni, Triq Andar, Triq bla isem fi Triq Ghar Dalam, Triq Kalamija, Sqaq il-Wilga, Triq L-Ewwel Ta Jannar 1626, Triq il-Barklor, Dawret Hal Ghaxaq Part 2, Dawret Hal Ghaxaq, Triq il-Belt Valletta, Triq Gammari Dalli, Triq iz-Zejtun, Triq il-Gudja, Triq Santa Marija p/o, Triq Brolli, Triq Il-Merill, Triq Dun V. Scicluna Hernandez, Sqaq il-Bajtar, Triq Tal-Qattus, Triq tal-Gewwinija u Triq Dun Mattew Sciriha, Triq Guzeppi D'Arena, Triq Tgezwira, Trejqet Carmelo Rosario Dimech, Sqaq il-pont fi Triq Has-Saptan, Trejqet Santu Kristu, Triq Victor Pasmore, Sqaq Fuq Wied Betti, Sqaq Xlejli, Triq Burglat, Sqaq San Mikiel, Triq Joseph Pace, Vjal it-Torri, Triq Raymond Caruana, Dawret Il-Gudja, Triq l-Awrekarja, Triq il-Lewz, Triq Filippu Castagna, Sqaq Habel Wati, Triq Xlejli, Triq Hal Resqun, Triq Ta' Loretu, Triq Ta' Lampat, Triq minn Triq Santu Kristu sa Dawret il-Gudja, Triq Bir Miftuh, p/o William Baker, Triq Vincenzo Dimech, p/o Triq Pietro Gagliardi, p/o Triq il-Maghsar and p/o Triq San Mark), Triq Il-Gzira, Triq Nazju Ellul, Triq San Gorg p/o, Triq Luqa Briffa, Triq Birbixkilla p/o / Sqaq Nru 1, Triq Marsa Hamrun Bypass, Triq Joseph Abela Scolaro, Triq Censu Bugeja, Triq Karmnu Abela, Triq Villambrosa Triq Mimosa, Joe Sciberras, Triq Maitland, Triq Atocia, Triq il-Vitorja, Triq bla isem fi Triq il-Hwawar no.1, Triq il-Prinjol, Triq il-Wied, Triq bla isem fi Triq il-Hwawar, Triq bla isem fi Triq Erin Serracino Inglott, Triq il-Bruka, Triq Is-Sur, Triq iz-Zewg Mini (Part of), Triq San Giljan, Triq il-Portu Salvu, Triq Leading to pumproom at Malta Film Studio, Triq Francesco Chircop, Triq il-Gir, Triq Rinella, Triq il-Kapuccini, Triq is-Sienja, Triq il-Genista, Triq n/s in Triq il-Kapuccini, Sqaq Ir-Ramlija, Triq p/o Triq San Benedittu, Sqaq San Nikola, Triq il-Lewziet, Triq iz-Zebbiegh / Triq il-Lewziet, Triq bla isem fi (Triq Il-Mosta, Triq Karlu Darmanin, Triq Fernand Grech, Triq in-Naxxar, Triq Sir Ugo Mifsud, Triq Annibale Preca, Triq Hal-Bordi p/o, tal-Mirakli, N.Cottoner, Sant' Andrija Sqaq Nru. 1, Triq Ramiro Barbaro, Kbira, Triq bla isem fi Triq il-Gudja, Triq bla isem fil-limiti Ta' Faqqani, Trejqa Dun Gulju Muscat, Triq San Tumas & Triq Hal Qormi, Triq Wied in-Noqor, Triq Valletta, Triq bla isem fi Vjal l-Avjazzjoni, Triq l-Ingiered, Vjal l-Avjazzjoni, Triq Gorg Zahra p/o Triq L-iskola p/o Triq l-Ahwa Vassallo, Triq Gorg Zahra p/o Indri Micallef p/o Triq Wigi Briffa, Triq p/o Triq Wigi Briffa, Triq l-Iskola, Triq Id-Disgha ta’ April, Triq Il-Gdida, Triq San Vincenz De Paul, Triq fi Triq Hal Farrug, Triq Dun Pawl, Triq l-Ewwel Titjira, Triq it-Tigrija, Triq Dicembru 13, Triq Aldo Moro, Triq il-Labour, Giuseppe Garibaldi, Santa Lucija, Triq Isouard, Triq il-Marsa, Triq il-Haddiem, Triq Aldo Moro, Gvern Lokali, Triq il-Labour, Triq Marsa/Hamrun Bypass, Triq il-Gerrejja p/o, Triq Hal Qormi, Triq Garibaldi Behind Factories, Triq Il-Moll tal-Braken / Il-Moll tal-Pont / Il-Moll tal-Hatab, Triq is-Serkin, Triq Skarpell, Triq Ta' Rumi, Triq Limiti tat-Torri ta' Triq il-Wieghsa, Triq Torri Mamo, Triq il-Btieti, Triq il-Vjola, Triq Thomas Ashby, Triq il-Buttar, Triq Gdida fi Triq il-Buttar, Triq iz-Zinzell, Triq Il-Qaliet, Triq La Sengle, Triq San Gwakkin, Triq tal-Gardiel, Triq ir-Ridott p/o, Triq San Nikola, Diviza Kostali, Xatt il-Batterija ta' Rihama, Triq 8 ta' Mejju, Triq It-Torri, Road off Triq Dellimara to Peter, Triq bla isem fi Triq Delimara, Triq il-Kavallerizza, Triq il-Patrijiet Terezjani, Triq Tas-Silg T/G fi Part B, Triq Duncan, Triq Tas-Silg T/G fi part A, Triq il-Kajjik/ Triq ic-Cippi, Triq Forti Delimara & il-Fanal Delimara, Sqaq Urbella, Triq bla isem fi area iz-Zebbug, Triq Xrobb l-Ghagin, Triq Alternate rural route for Delimara, Triq l-Gholjiet ta' Guno, Triq Santa Katerina, il-Wilga, Triq Delimara, Triq bla isem fi Triq l-Infetti, Triq ta' Wara is-Sur, Triq Unknown, Triq Ghajn Tuffieha, Triq San Pawl il-Bahar, Triq Ghajn Tuffieha, Triq Il-Palma, Triq Il-Wilga, Triq L-Armier Iz-Zghir, Triq Louis Wettinger, Triq il-Marfa, Triq bla isem fi Triq il-Mellieha, Triq il-Mellieha, Triq tad-Dahar (Torri l-Ahmar), Triq ir-Ramla tat-Torri l-Abjad, Triq ir-Ramla tal-Bir, Dawret it-Tunnara, Triq Ghar u Casa, Triq it-Tgham, Triq Madre Tereza, Triq Ras il-Gebel, Triq Gnien Ghajn Dwieli, Triq San Pietru n/s, Triq ir-Rih tal-Barriera, Land at Sqaq nru.1 in Triq il-Palma, Triq San Filippu, Triq Dun Guzeppi Micallef, Triq Tat-Taqsisa, Trejqa tal-Qala, Triq tal-Haddedin, Sqaq Trejqet it-Tafal ta' San Gwann, Triq Profs David H Trump, Triq bla isem fi Triq is-Santi, Triq fi Triq Limit tal-Lippija, Triq is-Sebbieh, Triq l-Imgarr, p/o Triq Sir Temi Zammit, p/o Triq iz-Zebbiegh (Mgarr), Triq is-Santi, Triq iz-Zebbiegh, Triq P/o Bingemma, Triq Fomm ir-Rih, Limiti ta' Santi, Triq Ghajn Tuffieha, Triq bla isem fi Triq Ghajn Tuffieha, Triq Lazzru Pisani, Triq il-Lellux, Triq Fisher - Il-Kbira, Triq bla isem fil-limiti ta' Halqun, Triq San Isidoru, Triq il-Fuhhar l-Ahmar, Triq l-Ghansar p/o, Ras il-Wied, Triq id-Dahar, Triq il-Hawlija, Triq bla isem fi Triq Temi Zammit, Triq bla isem Limiti ta' Fomm ir-Rih, Triq ix-Xaghra tal-Knisja, Triq San Filippu, is-Centinarju, Triq p/o Triq Barbara, Triq ir-Rumani, Triq is-Snajja, Triq Tal-Milord, Triq bla isem fl-inhawi Tal-Qolla, Triq il-Bdiewa, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq Ta' Vnezja, Triq bla isem fil-Bidnija, Triq il-Parjan, Triq it-Tahhan, Triq Tal-Wej, Triq Dun Karm Schembri, Triq Wied Is-Sir, Triq Kumbu, Triq il-Ballata, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt , Triq il-Qares, Triq Dawret il-Wied , Triq Il-Bdiewa Sqaq Nru. 4, Triq bla isem fi Triq San Pawl Tal-Qliegha, Triq Il-Bidnija, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Baqqunier, Triq San Pawl Tal-Qliegha, Triq tas-Sriedek, Triq Ruzar Briffa, Triq Durumblat, Sqaq Madre Maria Teresa Spinelli, Triq bla isem qrib Triq il-Bdiewa, Triq il-Bergamott, Triq il-Fuhhar, Triq il-Farinal, Triq Burmarrad, Triq il-Bidnija u Vjal Millbrae, Triq bla isem bejn Triq L-Imgarr u Triq Il-Bidnija, Triq il-Kbira, Triq il-Garrier, Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq l-Assambea Nazzjonali, Triq in-Naqqax, Triq il-Bennej, Triq il-Leggenda, Triq Sagra Familja, Triq Patri Guze Delia, Triq ir-Rebbiegha, Triq il-Lunzjata, Triq Rafel Caruana Dingli c/w Triq Darmanin, Triq l-Inkurunazzjoni p/o, Triq Xatba l-Hamra, Sqaq Tas-Sejba, Triq Hal Farrug, Sqaq Tas-Serer, Triq Gdida fi Triq Innocenzju, Sqaq Buhar, Triq It-Torri Vincenti, Triq tal-Isqof, Triq il-Familja Brancati, Sqaq Nru.5 fi Triq il-Parrocca, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq George Martin, Sqaq Nru.1 fi Triq is-Sejba, Sqaq bla isem fi Triq is-Sejba, Triq biswit ic-Cimiterju, Triq iz-Zurrieq, Triq ir-Robba , Sqaq Nru 2, Triq Valletta, Triq Regjonali, Trejqa Ta' Boxbox, Triq Gwann Mamo, Triq is-Snajja, Triq Giorgio Mitrovich, Triq is-Sarg, Triq it-Torri, Triq tal-Qroqq, Triq Nazju Falzon, Triq ta' Bieb it-Torri, Triq Santa Venera, Triq il-Kunzar p/o, Triq it-Torri p/o, Triq bla isem fi Triq Conti S. Manduca, Triq San Onswald, Triq il-Maqdes Ruman, Triq Proserpina, Triq In-Narcis, Il-Pepprin, Il-Qronfol, Il-Gilju, Il-Gizi, Sqaq San Alessi, Triq Il-Konti Salvatore Manduca, Triq Joseph S. Calleja, Triq Frans Galea, Triq ir-Razzett l-Ahmar, Triq il-Kavallier Vincenzo Bonello, Triq Mikiel Fsadni, Triq Gdida fi Triq L-Imtarfa, Various Parking proposals , Triq San David, Triq San Alessi, Triq Gdida fi Triq il-Gharghur, Triq il-Fortizza tal-Mosta, Triq John Ayde, Triq Il-Kostinjus, Triq Burmarrad (B), Triq John Ayde, Triq Il-Prinjol, ta' Qadi, Sqaq Brimbu, Sqaq Il-Maghtab, Triq bla isem fi Triq l-Imdawra No.2, Triq Habel Gendus, Vjal Gdida fi Triq il-Labour, Triq il-Parrocca, Vjal Il-Labour, Triq ix-Xbiek N/S in, Triq bla isem fi Sqaq Habel Zwejra, Triq bla isem fi Triq tal-Imdawra, Triq Francis Attard, Triq Margaret A. Murray & Triq Andrea Debono, Triq il-Forga p/o, Trejqet L-irziezet, Triq il-Mazza, Triq Spanja, Triq il-Mithna, Triq il-Brazil, Triq ic-Cili, Triq Cipru, Triq Gibilta, Triq il-Libja, Triq il-Marokk, Triq Korfu, Triq l-Argentina , Triq il-Germanja, Triq it-Tuffieh, Triq San Frangisk t' Assisi, Triq l-Oqbra ta' Hawwat, Triq il-Kappella ta' Santa Marija, Triq it-Telgha ta' Alla u Ommu, Triq limiti tal-Qadi, Triq il-Gellewz, Triq Jean Houel, Andrea Debono, Maragaret A. Murray, Triq il-Milizzja, Triq il-Berquq, Triq ic-Cirasa, Triq is-Sghajtar, Triq l-Ingilterra, Triq Il-Kappella ta' San Mikiel, Triq Hannewija , Triq Hal Luqa, Triq Kordin, Triq il-Principessa Marija, Triq Guzeppi Agius, Vjal Santa Lucija, Triq Sammat, Triq ic-Cimiterju , Triq ix-Xewk, Triq Maggie Moran & Guzeppi Agius, Triq Unamed road off triq Hal-Luqa, Triq il-Qalb ta' Gesu, Triq bla isem limiti ta' Kordin/Ras Hanzir, Triq Bormla, Triq Patri Serafin Zarb, Trejqet Patri Odorik Grima, Trejqet Giuseppe M. Letard, Trejqet Patri Pelagju Mifsud, Triq Burma, Triq Gabriele Henin , Triq Sir Adrian Dingli, Triq A.N.Z.A.C., Triq Falaise, Triq Juno, Triq Luigi Preziosi, Triq Mandalay, Triq Jum Pembroke, Triq Bice Mizzi Vassallo, Triq il-President Anton Buttigieg, Triq Santa Monika , Triq id-Duluri, Triq ix-Xatt, Triq l-Indipindenza, Sqaq Il-Qasba, Triq Tal-Hlas, Triq bla isem fi triq Wied is-Sewda, Triq l-Iljun, Triq Gorg Zammit, Triq Dun Gwann Cilia, Triq service road in Triq Il-Mithna, Triq L-Gharghar 1979, Triq il-Handaq p/o, Triq bla isem fi Triq Ghar Ram, Triq Il-Vitorja/ Bellic, Triq Wied il-Kbir, Triq l-Industrija, Triq bla isem fi Limiti tal-Handaq, Triq Angelo Borg, Triq it-Tapizzara, Triq l-Imdina (Southbound) , Triq Gharram, Triq p/o il-Poezija, Triq is-Sebh, Triq bla isem fi Triq tal-Handaq, Triq in-Nahal, Triq il-25 ta' Mejju, Triq bla isem fi Triq tal-Hlas, Triq Unamed Road off Triq tal-Handaq, Triq il-Harruba, Triq l-Isqof Despasquale, Triq bla isem fi Triq il-Belt Valletta, Triq Ta' San Niklaw (A), Triq bla isem fi Triq Hagar Qim, Sqaq Tal-Lhudija, Triq L-Gharix (B), Sqaq il-Mejda, Triq it-Tempesta, Triq Works fi Triq bla isem fic/w Triq Hagar Qim, Triq Hal-Lew, Triq Sant' Anna, Triq Ta' Muddejn, Sqaq bla isem fi triq c/w Triq ta' Muddejn, Triq is, Siggiewi, Triq bla isem fi Triq Buqana, Triq Gebel Ghomor p/o, Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, Triq Buqana, Triq Triq Vitikulturisti, Triq Gorg Borg Olivier, Triq bla isem fi tas-Salib Area no.1, Triq Limiti tal-Gebel l-Abjad, Triq bla isem fi Mithna Ta' Laroka limits of Buskett, Triq Tal-Merhliet (Part B), Sqaq Alleys in Triq Wied l-Isqof, Triq Tal-Virtu' (A), Triq Tal-Virtu' (B), Triq bla isem fi Triq tal-Virtu', Triq Wied Rini, Triq bla isem fi Kuncizzjoni area (A), Triq Gebel Ghomor (Limits of Ghemmieri), Triq bla isem fi ix-Xaghra tax-Xini area (A), Triq Tal-Lunzjata - Phase 2, Triq bla isem fi Triq il-Gargir, Triq Gebel Ghomor (Limits of Ghemmieri) Phase 2, Triq bla isem fi tas-Salib area no.2, Triq bla isem fi ix-Xaghra ta' Xini area (B), Triq Limiti tad-Dwejra, Triq Tat-Targa, Trejqet Il-Profs. V. Griffiths, Triq Limits of St.Paul's fireworks factory, Triq bla isem fi Kuncizzjoni area, Triq bla isem fi Triq ix-Xaghra tas-Sentini, Triq Limiti tar-Raba Nemel, Triq in Lunzjata Area, Triq Tal-Marga, Triq Wied iz-Zebbug, Triq Lunzjata (Phase 1), Triq il-Gargir and Triq Ghajn Kajjet, Triq Patri Tumas Xerri, Triq bla isem fi Triq il-Gargir, Triq Santa Katerina, Sqaq tal-Qlejha z-Zghira, Triq Nadur limiti tar-Rabat, Triq bla isem limiti tad-Dwejra, Triq Inguanez, Triq l-Gheriexem, Triq Santu Rokku, Triq Santa Rosa, Triq San Mikiel, Triq Various roads in the limit of the Church of the Nativity of the Virgin Mary, Triq limiti tal-Hofriet ir-Rizz, Triq Limiti tas-Salib, Triq bla isem minn Triq il-Kavallier Vincenzo Bonello to Triq Buqana, Triq Ghar id-Dwieb, Triq tal-Kuncizzjoni, Triq bla isem fi Triq tas-Santi, Triq Raddet ir-Roti, Triq tal-Qlajja, Trejqa fi Triq Wied il-Qlejja, Sqaq Fra Diegu, Triq Hal Tartani p/o, Triq Tal-Merhliet (Part A), Triq l-Iskultura, Triq Road Next to Dwejra lines, Triq bla isem fi Triq Ghar id-Dwieb, Sqaq tal-Blajjet, Triq bla isem hdejn il-kappella tan-Nattivita, Triq Limiti tal-Qolla, Triq tal-Merhla - Migra Ferha, Triq Ferris, Triq Pawlu Iguanez, Triq fi Triq it-Tigrija, Sqaq il-Lewz, Triq San Pawl Kuntent, Triq hdejn tal-Mithna, Misrah Suffara limits of Rabat, Triq bla isem fi Cens l-Iswed & Wied Buzbiez Areas, Triq Ghar Barka, Triq Kola Xara, Triq Gnien Fieres, Triq San Gwann l-Ghammied, Triq bla isem fi Triq Ghar id-Dwieb, Vjal il-Haddiem to valley, Triq bla isem fi Xaghra ta' Girad, Mtahleb, Triq limit ta' Chadwick Lakes, Triq Ta' Serena, Triq Limiti ta' Lawrenti, Triq Fi Triq Hofra ta' Ritz, Triq Fi Triq Ta' Santi, Triq l-Irziezet tal-Imtahleb, Trejqet Xorbett, Triq Is-Salvja, Triq fil-Limiti tal-Wilga, Triq bla isem to Migra l-Ferha, Triq is-Sajf ta' San Martin, Triq ta' Qasgha, Triq Opposite Triq San Pawl Kuntent, Triq off Xaghra tal-Isqof (Phase A and Phase B) and Opp Verdala Palace, Buskett, Sqaq fi Triq tas-Salib, Triq it-Telgha tas-Saqqajja, Trejqet l-Ghemieri, Triq new street in Telgha tas-Saqqajja (Gigu), Triq fi Triq tal-Merhliet, Triq bla isem, Triq Bla isem fi Triq il-Blajjet, Triq San Aristarku , Triq Trofimu , Triq San Piju V, Triq San Mikiel , Trejqet Il-Gewz, Triq Hobbejza , Triq Dahlet id-Dejr , Triq bla isem qrib Airport, Triq bla isem fil-limiti ta Hlantun (Phase 1), Sqaq Next to Gnien Alexander Ball, Triq Il-Kuccard, Triq Il-Punici, Triq it-Tellerit, Triq San Gwann, Sqaq ta' Bieb il-Garra, Triq Salvu Cauchi, Triq bla isem fi Triq Michelangelo Borg, Triq Lapsi, Triq Gdida fi Triq Albert Mayr, Triq Wied Il-Ghomor, Sqaq Fabri, Triq Hans Stumme, Triq ix-Xatt ta' Spinola, Triq Ta' Giorni, Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Bertha K. IL.G., Triq Sir Joseph Carbone, Triq William Prescott, Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq G. Despott, Triq Tal-Balal, Triq ic-Cawsli, Triq il-Gojjin, Triq Wied Ghollieqa p/o, Triq il-Mensija, Triq Prepostu, Triq Ta' Zwejt, Triq Pawlu Galea, Triq Tal-Balal, Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq is-Seqer, Triq road between Triq Taz-Zwejt and Triq Sir Anthony Mamo (San Gwann Industrial Estate), Triq Burmarrad (A), Triq bla isem fi Triq Busewdien, Triq il-Kahli, Triq l-Iskuna parti minn, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio, Triq Giuseppe Despott, Triq Port Ruman & parti minn Triq Annetto Caruana, Triq It-Turisti, Triq Ghawdex, Triq Il-Luzzu , Triq Il-Knisja, Triq n/s in Triq J Quintinus, Triq l-Indipendenza, Triq Ghajn Rihana, Triq tal-Hzejjen, Triq San Pawl il-Bahar, Triq bla isem fi Triq Burmarrad, Triq is-Simar, Triq Burmarrad , Triq bla isem fi Triq L-Imdawra No.3, Triq at Wied ta' Ghajn Mula, Triq il-Qawra, Triq il-ballut, Triq fi Triq il-Wardija, Triq Triq il-Port Ruman p/o, Triq Wied Qannotta, Triq il-Lampuki, Triq Tal-Katidral, Dawret San Pawl , Triq il-Gardenja, Triq iz-Znuber, Triq il-Gizimin, Triq Katerina Vitale, Triq p/o Triq Klematis , Triq il-Prinjoli, Triq Dun M Mifsud , Triq l-Istefanotis, Triq Dawret it-Torri , Triq Brighella, Triq il-Blata l-Kahla, Triq il-Brunzar, Triq il-Kardinal Sciberras, Triq Abela, Vjal ir-Royal Malta Artillary, slip road to Santa Venera Tunnels, Triq il-Kanonku Bonnici, Triq Adelaide Cini, Triq Batterija, Triq Erbgha ta' Settembru 1918, Triq fi Triq it-Tigrija, Triq ix-Xaghra tal-Gzira u ta' Ghar Lapsi, Triq bla isem the ex runaway in San Niklaw area, Triq bla isem fi Triq San Niklaw, Sqaq bla isem fi Road Limiti tal-Buskett, Triq Manduka, Triq Tal-Ghaqba, near Sqaq it Twil, Triq bla isem off Triq San Lawrenz tal-Gholja , Triq bla isem fi Trejqa tal-Providenza, Triq New street off Triq inzul ix-Xemx, Triq Il-Fawwara, Triq Wied Hesri, Triq Wied Xkora, Triq bla isem fi Triq is-Siggiewi, Triq bla isem fi Triq Hal Farrug, Triq bla isem fi Triq Bur ix-Xewk, Triq fi Triq Lawrenti, Triq tal-Ghajn il-Kbira, Triq bla isem fi triq San Niklaw Area (A), Triq Bur Ix-Xewk, Triq Wied tal-Lewza, Triq Taz-Ziri, Sqaq Il-Fawwara, Sqaq Tal-Handaq, Triq tal-Providenza, Triq Nikol Azzopardi, Triq bla isem fil-limiti ta Buskett, Triq bla isem fil-Hofra, tal-Lenza area, Sqaq Tan-Nadur, Triq il-Lewza p/o, Triq bla isem fil-Kappella tal-Madonna tal-Providenza, Triq bla isem fi Triq Limiti tal-Buskett, Triq bla isem fil-limiti ta San Niklaw no.2, Triq San Lawrenz tal-Gholja, Sqaq bla isem fi Triq San Lawrenz tal-Gholja No.3, Sqaq iz-Zebbieh, Triq Ghar Lapsi (Tal-providenza) , Triq Nicolo Baldacchino p/o, Triq bla isem fi Ta' Niklaw Area (B), Triq Ta' Bur ix-Xewk, Triq Ta' Srug, Triq Ta' Bellu, Triq Road limits of ta' San Niklaw, Triq ta' Djar Il-Baqar, Triq Triq Limiti ta' Bur Bagar, Triq Ta' Karlozzu, Triq ta' Lawrenti, Sqaq Ta' Nghajsa c/w Triq il-Fawwara , Triq Ta' Bur il-Kbir, Triq limiti ta' Wied Musa and ta, Triq bla isem limiti ta' Xaqqa, Triq ta' Zmetta, Triq San Nikola, il-Parrocca, Triq gdida fi Moghdija ta' Fuq Djar il-Baqar, Triq Bur it-Tokk, Triq f' Wied Hesri, Triq fi Triq ta' Bellu, Trejqet Sant' Andrija, Triq Manwel Dimech, Triq Sir Arturo Mercieca, Triq Sant Elena, Triq Viani, Triq il-Kurunell Savona, Triq Sant' Andrija, Triq bla Isem bejn Triq is-Slielem u Triq Zejni, Triq ir-Ratal, Triq it-Tomna, Triq il-Kejla p/o, Triq il-Giebja, Triq it-Tiben, Triq l-Ortensja, St. Andrews Police Compound, Triq Josef Kalleya, Triq Tal-Franciz, Triq il-Markiz J. Scicluna, Triq is-Sidra, Triq il-Gizimin p/o, Triq l-Iskwerra, Vjal Sir Temi Zammit, Triq L-Imradd, Triq Abate Rigord, Triq Santa Marija (Part 2), Triq Santa Marija (Part 1), Triq Service road in Triq tal-Barrani, Triq L-Isqajjaq, Sqaq ix-Xintill, Triq it-Tabib Jimmy Farrugia, Triq Marjanu Gerada, Triq Paola, Triq is-Sorijiet, Triq p/o Guzeppi Montebello, Triq Francesco Crispi and p/o Triq San Anard (service road), Triq Moyra Mintoff, Vjal Simmons, p/o Triq Birzebbuga, p/o Triq il-Knisja, Triq Santu Wistin, Triq il-Lampuka, Triq it-Tarzna, Triq Manuel Buhagiar, Triq ix-Xintill , Triq l-Ifran, Triq San Duminku, Triq po Triq San Pawl & po Triq L-Arcisqof, Triq il-Lvant, Triq is-Sur ta Santa Barbara, Triq San Kristofru, Triq il-Merkanti & p/o Triq it-Tramuntana, Sqaq L-Arkati, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq l-Iskola, Dwardu Ellul, Triq l-Isponott, Triq it-Tumbrell, Triq Lapsi, Triq il-Mulett, Triq Orlando Zabbar, it-Torri ta' Alof De Wignacourt, Triq il-Fikus, Triq il-Gizimina, Triq Salvu Darmanin, Triq bla isem fi Triq San Guzepp, Trejqet San Frangisk, Triq bla isem fi Triq San Guzepp No.2, Triq is-Serer, Triq in-Nahla, Triq Francis X. Attard, Triq ir-Rand, Triq in-Newl p/o, Triq Hadd in-Nies p/o, Triq p/o Triq ic-Cimiterju , Triq il-Luq, Triq San Leonardu, Triq Renato Agius Muscat, Triq Corrado , Triq il-Figel , Triq il-Qaqocc, Triq il-Bajada, Triq L-iskola, Triq Bieb is-Sultan, n/s in Triq is-Sahhara, Triq Alessio Erardi , Sqaq San Frangisk, Triq ix-Xghajra, Sqaq fi Triq Villabate, Triq fi Triq San Leonardu, Triq A. Caligari, Triq Strickland, San Gorg Preca, Triq Spadaro, Triq il-Madaffa , Triq Zabrella , Triq iz-Zarzarell , Triq id-Dliela , Triq il-Bahrija , Triq il-Werzieq , Triq in-Nissieg , Triq l-Ghasir, Triq Ir-Remel, Triq bla isem fi Triq Gianpula, Triq Wied is-Sewda (A), Triq Wied is-Sewda (B), Triq L-Ghaqba, Triq Hal-Mula, Triq Hal-Mula, Triq tal-Ghaqba, Triq Mro. Frank Galea, Triq Hali, Triq J. P. Vassallo, Triq Luigi Fontana, Triq il-Princep Baziliku, Triq Pawlu Debono, Triq Andrea Bogdan, Triq il-Qamh, Triq next to Victoria Shooting Range, Triq Wied is-Sewda, Triq Ir-Remel, Triq It-Troll, Triq ix-Xghir, Triq Batu, p/o Triq Santa Marija, Triq Hal Sajd, Triq il-Madonna & p/o Triq Sidtna tal-Angli, Triq Il-Wied Boqqiegha fi Triq il-Gandlora, Triq L-Iskalora, Triq Karlu Gimach, p/o Triq il-Grazzji, Triq il-Kacca, Triq Mons. Anton Cilia, Triq il-Hlewwa, Trejqa tas-Saqwi, Triq il-Professur Anthony ¯ammit, Triq L-Imdina Zebbug (bypass), Triq Wied Gandlora, Triq Insig, Triq Emmanuel Cilia, Triq Ambroġ Buttiġieġ, Triq Wied Qirda p/o Triq l-Indipendenza, Hajt Laringu, Triq bla isem fi Triq Dun Mikiel Xerri, Triq bla isem fi Triq Ta' Trapna, Triq Lord Gort, Triq Mula, Triq Angelo Melilli, Triq San Martin u Sqaq Nru. 2 fi Triq San Martin, Triq Sciortino p/o, Triq Wied ta' Sant, Triq fi Triq H' Attard, Triq fi Triq it-Tnax ta' Mejju, Sqaq fi triq 12 ta' Mejju, Trejqet l-Ghollieq, , Triq Mamo, Triq Dun Mikelang Sapiano, Triq Ganni Cilia, Sqaq Nru. 4 fi Triq Hal Dwieli, Triq Mdina, Triq il-Fraxxnu, Sqaq fi Triq il-Buskett, Triq Michael Debono, Triq l-Imdina - Service Road, Triq Luret Cutajar, Wied Baqqiegha, Triq Adeodato Gatt p/o u p/o Triq Frans Sammut, Triq bla isem fi kantuniera ma’ Triq ta' Qenc , Triq it-Twila, Profs Wallace Gulia, Triq l-Imdina (Zebbug Bypass) , Triq Il-Kotob, Santu Kristu, Triq Xrobb l-Ghagin (A), Sqaq Nru. 3 fi Triq Strenju, Sqaq tal-Usif Nru. 2, Sqaq numru 5 in Triq Xrobb l-Ghagin, Triq bla isem fi Triq tal-Barrani, Sqaq Tal-Barrani no.2, Sqaq Nru 2 fi Triq Haz-Zabbar, Triq E Attard Bezzina , Triq Bugharbiel, Triq il-Faqqus, Triq Toni Zahra, Triq Dwiemes p/o, Triq Taltas, Triq il-President Anton Buttigieg, Sqaq Nru. 2 fi Triq il-President Anton Buttigieg, Triq id-Dahla ta' San Tumas, Vjal il-Hamsa u Ghoxrin ta' Novembru, Triq p/o Triq il-Kamumilla, Ta' Ganza Area , Triq Santa Fawstina, Triq Giebja Rumana, Tursin il-Bir, Misrah is-Suq , Triq San Guzepp, Triq San Porfirju, Triq San Piju X, Triq Beland, Triq Santa Monika, Santa Fawstina, Triq Connaught , Triq il-Kantur, Triq wied ganu phase B, Triq bla isem fi Triq il-Wardija, Triq bla isem fi Triq Hal Far No. 2, Triq Benghisa, Hal Far, Triq Santa Katerina tal-Baqqari, Triq Wied Fulija (Phase 1), Triq Benghisa, Hal Far, Sqaq Ballott, Triq Triq Hlantun to Hal Far, Triq bla isem fi Triq Hal Far in Zurrieq No.1, Sqaq Barcellona, Triq l-Gherien, Triq San Martin, Triq Sant Agata Triq Gdida fi, Triq Sant Agata, Sqaq San Tumas, Triq Hlantun (Phase 2), Limiti Sqaq, Triq E. Grech, Triq Il-Wardija, Triq bla isem fir Triq il-Belt Valletta, Triq Wied Fulija, Sqaq Sejduna, Triq Tal-Buqan, Sqaq Limiti ta Lanza, Sqaq il-Wahx, Triq bla isem fi Triq il-Wardija, Triq il-Qroll p/o, Antonia Farrugia, Triq Wied Ganu, Triq il-Qortin, Triq Limiti ta' Wied Ganu (Phase A), Triq Zaccaria Roncali, Triq San Gorg Preca, Triq Hal Millieri, Triq Gdida fi Triq Wied Fulija, Sqaq ir-Rikka.

Green walls – rendikont tal-infiq

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tan-nefqa fuq il-green walls li saru u tgħid kemm-il darba kien hemm il-bżonn illi jinbidlu xi qsari b'mod rispettiv għal kull green wall illi sar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Ambjent Malta iffinanzjat il-green walls, inkluż ħames snin manutenzjoni, fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: · Mosta Technopark €128,686.59 · Marsa Industrial Estate €305,556.59 · Kordin Industrial Estate €162,773.79 · Marsa/Hamrun Bypass €478,858.10 · Floriana €13,200.00 · Ħamrun €15,150.00 · Żebbuġ €28,250.00 · St.Thomas Moore School €12,414.00 Infurmata wkoll li dwar il-greenwall li hemm f’Raħal Ġdid, dan sar b’investiment ta’ €30,0000. Ambjent Malta għamlet il-moniteraġġ ta’ dan il-greenwall għall-ewwel 6 xhur mit-tħawwil tal-pjanti u l-proġett issa huwa f’idejn il-kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li huwa responsabbli miż-żamma tiegħu. Il-pjanti li bihom huma mgħammra dawn il-green walls mhumiex pjanti staġjonali u jinbidlu bis skond in-neċessitajiet fosthom mard jew mewt tal-pjanta rispettiva.

Skips u bins on wheels

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex il-ħsieb illi l-iskips u l-bins on wheels ma jibqgħux permissibbli fit-toroq tagħna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-Regolamenti dwar l-Iskart (L.S. 549.63), kull Kunsill Lokali huwa obbligat li għal kull elfejn abitant tal-lokalità, jalloka spazju għal Recycling Point, u dan sabiex ikun hemm aktar separazzjoni tal-iskart fil-komunità. Barra minn hekk, taħt ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi (L.S. 549.40) jistgħu jiġu awtorizzati laned taż-żibel jew reċipjenti konvenjenti għad-depożitu tal-iskart ħdejn stabbilimenti kummerċjali. Dawn ir-regolamenti m’hemmx ħsieb li jinbidlu.

Skema tal-BCRS — konsum ta’ fliexken – ħlas ta’ għaxar ċenteżmi

Question

Dwar l-iskema tal-BCRS, tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex permessibbli li jekk flixkun li jaqa' fl-iskema tal-BCRS jiġi kkonsmat fil-post fejn inxtara, hemmx lok li jkun hemm xorta t-talba għall-ħlas tal-għaxar ċenteżmi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Beverage Container Recycling tagħmilha ċara li m’għandu jkun hemm l-ebda ħlas tad-depożitu jekk ix-xorb ikun ikkonsmat fl-istabbiliment tal-catering. L-ammont jitħallas biss jekk il-konsumatur ikun xtara x-xorb għall-konsum barra mill-istabbiliment (take away) u għalhekk ikun ħa l-kontenitur miegħu.

Kunsilli Lokali – Impjegati – ħlas ta’ sahra jew time in lieu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kull Gvern Lokali, b'mod rispettiv, kemm-il persuna ngħatat ħlas għal overtime jew time in lieu għal kull sena mis-sena 2013 sal-lum, filwaqt li jiġi indikat l-ammont addizzjonali mħallas għall-overtime?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex tinġabar l-informazzjoni, kif mitlub, taqbeż l-Advisory Cost Limit.

Sentencing Policy Advisory Board – membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-persuni li ġew maħtura bħala membri tal-Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi (Sentencing Policy Advisory Board)? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-membri meta ġie maħtur u minn min ġie maħtur?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li dan il-Bord kien ġie maħtur skont l-artikolu 9 tal-Att Dwar Dipendenza fuq id-Droga (Trattament Mhux Priġinerija), Kap. 537. Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar l-membri ta’ dan il-bord minn meta ġie maħtur sal-lum.