Sptar Mater Dei — kanċellazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ortopediċi skedati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm kanċellazzjonijiet ta' operazzjonijiet ortopediċi skedati, urġenti jew ta' nies li kienu diġà rikoverati fl-Isptar Mater Dei f'Diċembru 2022 jew Jannar 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li operazzjonijiet li huma urġenti isiru fit-trauma theatre mal-ewwel disponibbiltà.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — ħaddiema taċ-Ċivil - Vacation leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 203 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tagħha għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 21 ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Ministeru għal Għawdex — ħaddiema taċ-ċivil - vacation leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,245 ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hemm 2481 ħaddiem taċ-Ċivil li għandhom xi sigħat ta’ vacation leave mhux użati fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 54 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4785 kollha kemm hi u tgħid kemm hemm chargers għall-karozzi tal-elettriku f'Għawdex li huma b'xejn (fejn min jużahom ma jħallasx) u fejn jinsabu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 4785 li hija ċara u li tindika li dawn il-carports qegħdin f’Ta’ Xbiex, Marsa u Ċirkewwa u allura mhux f’Għawdex.
Ix-Xewkija – Triq Ħamet, Triq ir-Rabat u Triq Ta’ Xħajma – resurfacing ta’ trinek
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4767, tista' l-Ministru tgħid meta hu skedat (xahar u sena) li jsir ir-resurfacing tat-trinek kollha tal-Junction tat-Triq ta Ħamet fix-Xewkija, ta' Triq ir-Rabat u Triq Ta' Xħajma fin-Nadur, u dan wara li saru trinek f'din it-triq diversi xhur ilu u sal-lum għadhom bil-wiċċ tal-konkos? Ma taħsibx li triq arterjali li jkollha parti minnha bil-konkos hija ta' periklu serju għas-sewwieqa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija xogħlijiet se jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin dejjem jekk it-temp jippermetti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4367 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3721, jista’ jgħid fejn jinsabu dawn it-12-il binja ġodda (triq u raħal) mikrija mill-privat matul is-snin 2021 u 2022 u fiex jikkonsistu? Jista’ jgħid b’liema mod inkrew dawn it-12-il binja ġodda mikrija mill-privat? Meta u fejn ħarġet is-sejħa biex jinkrew dawn it-12-il binja u x'kera qed titħallas għal kull wieħed minn dawn it-12-il post? Jista’ jgħid ukoll għal liema skop inkriet binja mid-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3721 ma ngħatatx ir-raġuni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’valur għandhom il-konklużjonijiet mis-‘social impact assessments’ meta dawn jintalbu biex isiru fuq proġetti kbar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ “Social Impact assessment” fi proġetti partikolari, l-Awtorità tal-Ippjanar tkun qed tassigura illi fil-konklużjonijiet, dan ir-rapport ikun jinkludi l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun jista’ jiġi mitigat b’mod konkret kull impatt li jista’ jaffettwa b’mod negattiv lir-residenti tal-lokal. Dawn l-istess mitigazzjonijiet ikunu mressqa bħala parti mill-proposta biex jiffurmaw parti minn sett ta’ kundizzjonijiet li jiffurmaw l-eventwal permess jekk l-iżvilupp ikun għall-approvazzjoni.
Rabat, Għawdex – skola ġdida primarja u estensjoni tal-Middle School — pagamenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru pagamenti fuq l-iskola ġdida primarja u l-estensjoni tal-Middle School fir-Rabat, Għawdex, sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid lil min sar kull pagament u kemm kien u jgħid ukoll ta' liema xogħol/servizz/servizzi kien dak il-pagament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li pagamenti fuq xogħlijiet ta’ exkavazzjoni u kostruzzjoni saru b’€3,149,226,86.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru pagamenti fuq il-Gozo Museum fir-Rabat, Għawdex sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid lil min sar kull pagament u kemm kien, kif ukoll jgħid ta' liema xogħol/servizz/servizzi kien dak il-pagament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Gozo Museum se jkun wieħed mill-aqwa attrazzjonijiet kulturali fil-pajjiż. Intant, il-pagamenti li saru s’issa fuq dan il-proġett jammontaw għal €4,077,870.
Għawdex – Xagħra – Triq ta’ Karkar – xogħol ta’ bini u rikostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jindika bejn wieħed u ieħor meta se jibda x-xogħol ta' bini u rikostruzzjoni tat-Triq ta' Karkar fix-Xagħra, Għawdex, peress li f' dawn l-aħħar disa' snin sar ħafna bini fiha u din it-triq hi bla wiċċ u tinsab fi stat ħażin ħafna u taqa’ taħt ir-responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rikostruzzjoni ta’ din it-triq mistennija ssir fix-xhur li ġejjin. Infurmat ukoll li din it-triq qiegħda fi stat ħazin.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali kontra l-Użu tad-Droga f’pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-Politika Nazzjonali kontra l-Użu tad-Droga f’pajjiżna tista’ tkun aċċessata mis-sit uffiċjali tal-Ministeru, mill-ħolqa t’hawn taħt:
https://family.gov.mt/wp-content/uploads/2021/05/Malta-Drugs-Policy-2008-EN.pdf
Madanakollu, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali msemmija minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fl-Ewwel Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fl-Ewwel Distrett Elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-Tieni Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fit-Tieni Distrett Elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-Tielet Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-Tielet Distrett hemm installati speed camera u tabelli hekk kif jidher hawn taht
Lokalità
Fejn huma installati l-ispeed cameras
Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera
Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib
Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit
Żejtun
2 Tal-Barrani
60
4 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana
2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fir-Raba’ Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fir-Raba' Distrett Elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fil-Ħames Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit ghal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ħames Distrett hemm installati speed camera u tabelli hekk kif jidher hawn taħt:
Lokalità
Fejn huma installati l-ispeed cameras
Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera
Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib
Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit
Gudja/B’Buġia
1 Vjal l-Avjazzjoni( Ħal Far Road)*
60
2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana
3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana