Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prim Ministru – karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għamla tal-karozza uffiċjali hija Mercedes Benz E220 D u din hija leased. Din il-lease ġiet mirbuħa b’tender pubbliku. Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx second car.

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru għandu karozza tat-tip Mercedes Benz (E220d AMG Line Saloon). Infurmat li din il-vettura hija mikrija bi ftehim ma’ Burmarrad Commercials Ltd datat nhar it-12 ta’ Frar 2019, liema ftehim huwa validu għal 60 xahar. Infurmat ukoll li r-rata tal-kera hija Eur 28 (VAT eskluż) kuljum. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx second car kif suġġerit minnha.

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali li nuża hija leased. Wara li nġabru l-kwotazzjonijiet, l-aħjar offerta kienet tal-kumpanija GAUCI AUTOMOBILES, fejn magħhom sar il-kuntratt (Vehicle lease agreement) fit-28 ta’ April 2022. Il-karozza hija VOLVO XC60 PHEV. Ma teżisti ebda karozza oħra li hija second car.

Ħal Qormi – Triq Marco Montebello – tindif regolari

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Marco Montebello, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li minħabba l-fatt li dawn it-toroq jakkomodaw diversi garaxxijiet tax-xogħol, il-knis ta’ dawn it-toroq isir regolarment kull nhar ta’ Sibt.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2022? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2021? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2020? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2019? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2018? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Boroż tal-iskart — stickers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sticker twaħħlet mal-boroż tal-iskart minħabba li dawn instabu barra fil-ġurnata li fiha ma jinġabarx dan it-tip ta' skart? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni lokalità lokalità? Jista' jgħid x'verifiki qed isiru li l-iskart verament ikun inħareġ fil-ġurnata l-ħażina u mhux li l-kuntrattur ma jkunx ġabar dan l-iskart meta suppost ġabru qabel ma jitwaħħlu dawn l-istickers?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ġbir ta’ skart mill-kuntrattur responsabbli — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet biex jiġi żgurat li l-iskart qiegħed jinġabar mill-kuntrattur responsabbli skont l-iskeda fid-diversi lokalitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-Waste Regional Officer f’kull Kunsill Reġjonali qiegħed f’kuntatt kontinwu kemm mal-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-reġjun kif ukoll mal-kuntrattur tal-istess reġjun. Minħabba li qegħdin fil-fażi inizjali tal-kuntratt tal-immaniġġar tal-iskart fuq bażi reġjonali u anke sakemm ir-residenti kollha jidraw l-iskeda tal-ġranet għall-ġbir tal-iskart, f’din il-fażi bdiet il-kampanja edukattiva u informattiva, fejn f’diversi lokalitajiet qed jitwaħħlu stickers, b’sens ta’ twiddiba, li jindikaw li l-borża nħarġet fil-ġurnata l-ħażina. Aktar minn hekk, infurmat li hemm kuntatt kontinwu wkoll bejn id-diversi entitajiet li b’xi mod huma involuti fl-immaniġġar tal-iskart u dan sabiex ikun hemm sinerġija sħiħa fl-ahjar interess tac-cittadini Maltin u Ghawdxin kollha.

Transport Malta – persuni li għandhom liċenzja tas-sewqan Maltija valida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom liċenzja tas-sewqan Maltija valida, skont il-kategoriji differenti? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta' persuni Maltin? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta' persuni li ġejjin minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta' persuni li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Bagħal taż-żunżan – kontroll fit-tnaqqis tal-popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi mistennija li tiġi kkontrollata u mnaqqsa l-popolazzjoni tal-bagħal taż-żunżan fl-inħawi residenzjali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli qiegħed jaħdem man-naħħala sabiex niffukaw ir-riżorsi tagħna fuq l-irġejjen tal-bagħal taż-żunżan. Dan għaliex, minn studji li għamilna, juri biċ-ċar li kull reġina li tinqabad issarraf f’nuqqas ta’ massimu ta’ 1,000 bagħal taż-żunżan fis-sajf. Għal dan il-għan, il-Ministeru vara skema ta’ għajnuna għan-naħħala sabiex jinkoraġġixxi dan l-investiment qabel tibda r-rebbiegħa li matulu l-irġejjen jibdew jagħmlu l-bejtiet sabiex jifformaw il-kolonja tagħhom. Għalhekk f'dan iż-żmien in-naħħala permezz ta' din l-iskema ser jinvestu fit-tagħmir meħtieġ sabiex jinqabdu kemm jista' jkun irġejjen u b'hekk il-popolazzjoni tal-bagħal taż-żunżan tibda tonqos. B’dan l-approċċ nistgħu nistennew tnaqqis konsiderevoli fil-preżenza ta’ dan l-insett fil-Gżejjer Maltin.

MTA — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga li jokkupa fil-preżent l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u x'inhu l-pakkett finanzjarju li jgawdi, inkluż perkaċċi u benefiċċji oħrajn?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-persuna msemmija tokkupa l-kariga ta’ Artistic Director b’salarju bażiku ta’ €43,404 fis-sena.

MTA – dikjarazzjoni dwar abbuż minn fondi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mid-dikjarazzjoni li kienet għamlet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-16 ta' Jannar 2022, fejn kienet qalet li wara l-abbuż sfaċċat li kien sar minn fondi pubbliċi, l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kien se jiġi degradat għal pożizzjoni fejn ma jkollux poteri deċiżjonali? Jista' jgħid ukoll jekk dawk il-fondi li ntefqu għal użu personali ġewx rifużi lura lill-Awtorità?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’deċiżjoni tal-Bord tal-MTA, il-persuna msemmija bħalissa qed tokkupa l-kariga ta’ Artistic Director u ma baqgħalha l-ebda poter deċiżjonali. Ġejt infurmat ukoll li l-fondi minfuqa f’Diċembru 2021 għall-użu personali, ġew rifużi lill-Awtorità fl-intier tagħhom.

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ droga fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-qorti fuq każijiet ta’ traffikar ta’ drogi mit-taqsima ta’ kontra Drogi, mis-sena 2018 sas-sena 2022 kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Drug Squad 2018 2019 2020 2021 2022 Numru ta' persuni mressqa l-Qorti fuq każijiet ta’ traffikar 109 164 97 115 88

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ feriti ta’ natura gravi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ feriti ta’ natura gravi rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ feriti gravi rrappurtati lill-Pulizija kienu kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Sena Ammont 2008 180 2009 160 2010 165 2011 161 2012 147 2013 176 2014 136 2015 161 2016 164 2017 150 2018 148 2019 167 2020 152 2021 132 2022 168

Pulizija – rapporti dwar każijiet ta’ feriti ta’ natura ħafifa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ feriti ta’ natura ħafifa rrapportati fis-snin 2018, 2019, 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ feriti ta’ natura ħafifa rrappurtati lill-Pulizija kienu kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Sena Ammont 2008 826 2009 795 2010 878 2011 947 2012 885 2013 783 2014 854 2015 765 2016 737 2017 729 2018 744 2019 759 2020 625 2021 611 2022 678