Legislature:
Category:
Reset
Active:

It-Tmien Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-Tmien Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-Tmien Distrett Elettorali hemm installati speed cameras u tabelli hekk kif jidher hawn taħt: Lokalità Fejn huma installati l-ispeed cameras Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit Birkirkara 2 Triq Dun Karm 60 3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 4 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana. 3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.

Id-Disa’ Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fid-Disa’ Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fid-Disa' Distrett Elettorali.

L-Għaxar Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fl-Għaxar Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Għaxar Distrett Elettorali hemm installati speed cameras u tabelli hekk kif jidher hawn taħt: Lokalità Fejn huma installati l-ispeed cameras Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit Bahar ic-Caghaq 4 Triq is-Salini (Coast Road) Camera 1 (Direzzjoni lejn in-Nofsinhar) - 70 Direzzjoni ejnin-Nofsinhar: Direzzjoni lejn in-Nofsinhar: Camera 2((Direzzjoni lejn it-Tramuntana) - 60 - Camera 1: 3 - Camera 1: 2 Camera 3(Direzzjoni lejn it-Tramuntana) - 60 - Camera 2: 3 - Camera 2: 2 Camera 4 (Direzzjoni lejn it-Tramuntana) - 70 Direzzjoni lejn it-Tramuntana Direzzjoni lejn it-Tramuntana - Camera 3: 1 - Camera 3: 1 - Camera 4: 4 - Camera 4: 3 Naxxar 1 Tul il-Kosta (St.Andr ew's Road) 70 3 2 San Giljan 2 Triq Regjonali 60 Direzzjoni lejn in-Nofsinhar:6 Direzzjoni lejn in-Nofsinhar:1 Direzzjoni lejn it-Tramuntana 6 Direzzjoni lejn it-Tramuntana 2

It-12-il Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-12-il Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-12-il Distrett Elettorali hemm installati speed cameras u tabelli hekk kif jidher hawn taħt: Lokalità Fejn huma installati l-ispeed cameras Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit San Pawil il-Bahar 2 Dawret San Pawil il-Bahar 80 2 fid direzzjoni lejn in-Nofsinhar 3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana 3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana

Transport Malta – Responsabbiltà fuq promenades

Question

Jista’ l-Ministru jindika eżattament il-parti tal-liġi li minnha joħorġu r-responsabbiltajiet ta’ Transport Malta fuq it-tmexxija/użu/permessi fuq promenades fejn ma jgħaddu l-ebda vetturi? Jista’ l-Ministru jelenka fejn Transport Malta għandha din ir-responsabbiltà?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li vetturi bħal eKickScooters jistgħu jintużaw fi promenades, dan skont S.L. 499.67.

Skeda ġdida tal-ġbir tal-iskart

Question

B’referenza għall-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tiegħu biex tissolva s-sitwazzjoni fejn diversi boroż suwed jibqgħu jinħarġu barra l-ħin tal-iskeda, b’mod partikolari fejn ikun hemm short let outlets f’lokalitajiet turistiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din il-fażi inizjali kull min joħroġ il-borża tal-iskart bi ksur tal-iskeda nazzjonali qed jingħata warning u dan sabiex l-individwu kkonċernat jiġi mgħarraf b’tali ksur. Infurmat li wara li jingħata żmien biżżejjed sabiex kulħadd jitgħallem u jorjenta ruħu sew mal-iskeda l-ġdida, jibda l-perjodu ta’ infurzar. Fil-frattemp qed jittieħdu miżuri sabiex fejn dawn il-boroż qed jinħarġu kif indikat mill-Onor. Interpellant, dawn jinġabru f’ġabra li ma tkunx tal-kuntrattur reġjonali.

Għasri, Għawdex – għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-raħal tal-Għasri hemmx għassa tal-pulizija u jekk iva, f’liema indirizz tinsab din l-għassa? Jista' l-Ministru jgħid din l-għassa, bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienet miftuħa għall-pubbliku u b'uffiċjali tal-pulizija ġo fiha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

REWS – direttiva mill-Ministru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-proċess f’każ fejn hi tagħti direttiva bil-miktub ta’ xorta ġenerali skont l-artikolu 7(1) tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap. 545, u din id-direttiva ma tiġix segwita mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) peress li r-REWS ikun iqis li din timpinġi fuq l-indipendenza tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-provvedimenti tal-artikolu 7(1) tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (Kap. 545) huma ċari ħafna: ċjoè li l-Ministru tista’ tagħti direttivi “bil-miktub”, “ta’ xorta ġenerali”, “li jkunu jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku”, “li ma jkunux relatati mas-setgħat regolatorji tar-Regolatur” u “li ma jkunux inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet” tal-Att, u min-naħa tiegħu ir-Regolatur għandu jġib fis-seħħ id-direttivi tal-Ministru b’tali mod li jirrispetta l-funzjonijiet tiegħu skont il-liġi biex “is-setgħat regolatorji indipendenti tar-Regolatur ma jkunu bl-ebda mod preġudikati.” Kull relazzjoni mar-Regolatur hi regolata mill-Kap. 545.

Għawdex – speed limits fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ispeed limit ta' triq arterjali li saret mill-ġdid bejn in-Nadur u Għajnsielem huwa ta' 30 kilometru fis-siegħa matul it-triq kollha? Jista' jgħid minn irrakkomanda dan? Jista' jispjega kif imbagħad fi Triq Sant'Antnin li fiha r-residenzi fiha u parti minnha hija dejqa ħafna, l-ispeed limit huwa ta' 50 kilometru fis-siegħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audit tax-xogħol li sar f'dawn it-toroq (Triq l-Imġarr Nadur u Triq Sant’Antnin Għajnsielem)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn l-ispeed limit huwa ta’ 30 kilometru fis-siegħa dan sar minħabba perikli li veloċità żejda tista’ toħloq b’liwjiet li jeżistu. Is-sinjali kollha tat-traffiku kemm ta’ Triq l-Mġarr u Triq Sant’ Antnin saru b’konsultazzjoni ma’ Transport Malta.

Għawdex – programm ta’ titjib ta’ toroq arterjali u residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-programm ta’ titjib ta’ toroq arterjali u residenzjali f’Għawdex għal din is-sena? Liema toroq huma mdaħħlin fil-programm u kemm hi stmata li tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru bħalissa qed jistenna l-eżitu tal-proċess tas-sejħa għall-offerti biex imbagħad ikun jista' jqassam ix-xogħlijiet skont l-urġenza u l-prijoritajiet. Madankollu għalqet is-sejħa tal-offerti għal Periti sabiex jinbeda d-disinn tat-triq arterjali li tagħti min-Nadur għall-Qala li ser tkun tinkludi Triq it-Tiġrija n-Nadur, Triq il-Qala kemm fin-Nadur u fil-Qala, triq il-Mitħna l-Qala u Triq San Ġużepp il-Qala li twassal sal-pjazza. Din it-triq l-aħħar li saret kien fis-sebgħinijiet u mistenniha tkun waħda mit-toroq arterjali li ser issir f’din leġiżlatura. Apparti dan, qed nistenna l-appell jinqata' sabiex tkun tista’ tibda triq arterjali oħra mir-Rabat sa Marsalforn.

Ministeru għal-Għawdex — entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li applikaw għal fondi tal-Unjoni Ewropeja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea matul is-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid għal liema fondi applikaw u x’kien l-eżtu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Skema għal riduzzjoni fil-perċentwal tal-bolla mħallsa fuq kuntratti ta’ xiri u bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jestendi ż-żmien tal-iskema għal riduzzjoni fil-perċentwal tal-bolla mħallsa fuq kuntratti ta' xiri u bejgħ ta' proprjetà għall-konvenji li saru f’perjodi partikolari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħala miżura ta’ riġenerazzjoni relatata mal-pandemija, dawk il-konvenji li ġew irreġistrati mal-Kummissarju tat-Taxxi sal-31 ta’ Diċembru 2021, jibbenefikaw minn skema mnaqqsa ta’ taxxi kemm-il darba l-kuntratt jiġi ppubblikat sat-30 ta’ Ġunju 2023 u jiġi rreġistrat mal-Kummissarju tat-Taxxi sal-31 ta’ Lulju 2023. Ma hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm estensjonijiet addizzjonali wara d-data msemmija hawn fuq.

Konsorzju Electrogas — ħlas ta’ excise tax lill-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju Electrogas huwiex iħallas Excise Tax lill-entità tal-Gvern Enemalta u jekk iva, jagħti l-ammonti mħallsin? Fl-istess waqt, jista' jgħid jekk tali flejjes humiex qegħdin jitħallsu wkoll lit-Teżor mill-Enemalta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Electrogas tħallas direttament d-Dazju tas-Sisa fuq l-elettriku ġenerat minnha lid-Dipartiment tad-Dwana. Id-Dipartiment tad-Dwana jgħaddi dawn il-flejjes lit-Tezor. Minn Frar tal-2017 sa Diċembru tal-2022, Electrogas ħallset lid-Dipartiment tad-Dwana €11,366,162 f’Dazju tas-Sisa, u €582,806 f’Taxxa fuq il-Valur Miżjud.

Belt Valletta – tender ta’ infurzar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3590, jista' l-Ministru jippreżenta l-invoices maħruġin għar-rati maqbula u stabbiliti li għamel referenza għalihom fl-istess tweġiba?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol kollu li sar kien jaqa' taħt il-Framework Agreement li kien inħareġ għall-pubbliku bit-titlu ‘CT002/2020’’ u li jista' jiġi aċċessat permezz ta’ din il-link: https://contracts.gov.mt/en/Tenders/Pages/Tenders.aspx, li qed jiġi wkoll impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-rati kollha huma stabbiliti wkoll fl-istess dokument.

Skejjel – Studenti li għandhom bżonn l-assistenza ta’ LSE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u jekk hemmx, tfal fl-iskejjel tagħna li l-ġenituri tagħhom jixtiequ l-assitenza ta' LSE iżda m'għandhomx? Jekk iva, jista' jagħti l-etajiet ta' dawn it-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-edukazzjoni obbligatorja hemm żewġ (2) studenti ta' ħames (5) snin li qed jistennew LSE. Fl-edukazzjoni mhux obbligatorja hemm sbatax (17)-il student jistennew LSE.

Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għall-Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem il-Kummissjoni, inkluż minn min, għal xiex u jgħid fiex wasal il-proċess għal kull applikazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6071, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni msemmija bdiet tiffunzjona minn Lulju tas-sena 2022. Il-bord hu magħmul minn ħames membri tal-bord u Chairperson, li d-dettalji dwarhom jinsabu pubbliċi fuq il-website tal-Ministeru.

Persuni akkużati b’omiċidju involontarju -

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm-il persuna tinsab akkużata bir-reat ta' omiċidju involontarju quddiem il-qrati ta' pajjiżna?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-9 ta’ Frar 2023 quddiem il-Qrati ta’ pajjiżna kien hemm 68 persuna akkużata bir-reat ta' omiċidju involontarju.

Mosta – Triq id-Difiża Ċivili — asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-aħħar saff ta' tarmak u meta se jispiċċaw ix-xogħlijiet kollha fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll meta bdew dawn ix-xogħlijiet, x’tip ta’ xogħol sar u x’ħoloq id-dewmien fix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq inbeda f’Marzu tas-sena l-oħra u kkonsista f’sistema tad-dawl ġdida, cycle lane, bankina fuq iż-żewġ naħat kif ukoll ġew mgħoddija diversi servizzi bħal cables, pajpijiet tal-ilma u servizzi oħra tat-telekomunikazzjoni. Il-pedamenti tat-toroq inbnew mill-ġdid fl-ewwel fażi u x-xogħlijiet fuq it-tieni fażi jinsabu għaddejjin wara li ċertu xogħol kellu jieqaf kawża tal-maltemp li laqat Malta matul l-aħħar ġimgħat. Jekk it-temp jippermetti, se jingħataw l-ewwel saffi t’asfalt fit-tieni fażi tal-proġett. Ix-xogħol tal-pedamenti u asfalt fit-tielet fażi mistennija jkomplu wara t-tieni fażi u hekk jiġi konkluż il-proġett fil-ġimgħat li ġejjin.

Servizz pubbliku u settur pubbliku – ħaddiema bir-remote working/teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5491 u permezz tas-Segretarju Permanenti Prinċipali jgħid kemm hemm ħaddiema, nisa u r-rġiel, jaħdmu fis-Servizz Pubbliku kif ukoll fis-Settur Pubbliku li qed jaħdmu permezz tar-remote working/teleworking?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5910.