Persuni li għandhom passaport Malti taħt l-Iskema tal-IIP
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna, minn kull nazzjonalità, għandha l-passaport Malti skont l-iskema tal-IIP? Jista' jelenka skont in-nazzjonalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm 1532 main applicants li gew naturalizzati bhala cittadini ta’ Malta taht l-iskema tal-IIP minn mindu dahlu r-regolamenti fis-sehh fis-sena 2014. L-origini taghhom huma dawn ir-regjuni geographici: l-Asja; l-Ewropa; l-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel; Lvant Nofsani; il-Golf, l-Afrika; l-Oċeana u l-Karibew.
Dawn l-applikazzjonijiet ġabu fondi li permezz tagħhom ġew investiti għal diversi skopijiet fosthom mediċi u soċjali.
Persuni li għandhom passaport Malti taħt l-Iskema tal-IIP li jeħel il-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha l-passaport Malti akkwistat mill-iskema tal-IIP u teħel il-ħabs, jiġix revokat u jekk fl-aħħar tas-sentenza tiġix estradita?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) partikolarment għall-paragrafu (c) tas-subartikoli 14(1) u s-subartikolu 14(2) li jittrataw dwar il-privazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija fiċ-ċirkostanzi li din tkun akkwistata b’naturalizzazzjoni bħal fil-każ tal-IIP kif ukoll meta din il-persuna tkun weħlet sentenza ta’ ħabs.
Infurmat ukoll li l-estradizzjoni ta’ persuni hija suġġetta għall-proċeduri stabbilita mil-liġi li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċessi relevanti wara li jkun hemm it-talba relattiva minn awtoritajiet barranin pertinenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tagħha għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar tas-sena li għaddiet, fil-Ministeru, kien hemm mija u sebgħin uffiċjal pubbliku li kien fadlilhom vacation leave mhux użat. F’kull każ ingħatat l-awtorizzazzjoni meħtieġa li l-leave li ma laħaqx ittieħed ikun trasferit għas-sena 2023 dejjem fil-kwadru tal-kriterji u regolamenti applikabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 98 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 13-il ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema taċ-ċivil - vacation leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 643 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5293, ninforma lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa li qed nirreferi għas-service agreement tal-Isptar Mount Carmel. Għaldaqstant jista' jgħid għaliex stenna li jagħlaq dan ‘is-service agreement’ f’Settembru 2022 biex beda proċess biex isir kuntratt ġdid? Fiex wasal il-proċess u sakemm jinbeda l-kuntratt ġdid, kif ser jitmexxa dak preżenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender għas-servizz tas-sigurtà għall-Ministeru għas-Saħħa ġie ppublikat f’Awwissu 2021. F’Mejju tas-sena 2022 infetaħ appell li għadu qed jinstema' fil-qorti ta’ l-appell, b’hekk kellha ssir rikjesta għal estensjoni oħra. Fil-preżent, qed nistennew id-deċiżjoni finali mill-qorti tal-Appell.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5294, ninforma lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa li qiegħed nirreferi għall-kuntratt tas-sigurtà tal-Isptar Mount Carmel. Għaldaqstant jista' jgħid għaliex hemm dan il-kuntratt skadut tas-servizzi tas-sigurtà, anke wara l-estensjonijiet li ngħataw sa Marzu 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5840.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5295, ninforma lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa li qiegħed nirreferi għall-Isptar Mount Carmel. Għaldaqstant jista' jgħid kemm twaħħlu sistemi tal-kameras tas-sigurtà (CCTVs) fl-Isptar Mount Carmel f’dawn l-aħħar erba’ snin? Jista’ jgħid f’liema swali twaħħlu u f’liema le?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar erba’ snin twaħħlu numru ta’ cameras tas-sigurtà fil-grounds tal-Isptar Mount Carmel u ġew upgraded xi wħud mill-cameras tal-Main Garden u siti oħra madwar l-isptar. Il-lista dettaljata ta’ dawn il cameras tinsab hawn taħt:
· Fis-Sala Tabiba Maria Sciberras ġew installati 30 kamera ( kemm ġewwa s-sala kif ukoll fiż-żona tal-madwar tal-istess sala.
· Dar Sebħ Ġdid ġew renovati kompletament.
· Fis-sala MW8B ġiet installat kamera fejn il-bieb tal-entratura ta’ din is-sala filwaqt li ġew mibdula 19-il kamera oħra f’diversi postijiet ta’ din l-istess sala.
· Is-sessjoni tal-Isolation tas-Sala San Gorg Preca
· Fil-kuritur biswit il-maintanace stores twaħħlu 3 kameras ġodda filwaqt li ġiet mibdula kamera waħda.
· Il-kuritur biswit il-Main stores ġew installati 2 kameras ġodda
· Fuq in-naħa ta’ barra tal-istores ġew installati 13-il kamera ġdida filwaqt li ġew mibdula 3.
· Fis-sezzjoni tas-sigurtà ġiet mibdula kompletament is-sistema tad-DVR filwaqt li ġew mibdula 2 kameras.
· Fiż-żona tal-madwar fejn hemm il-Main gate tal-Isptar Mount Carmel, ġew installati 6 kameras.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5296, ninforma lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa li qiegħed nirreferi għall-Isptar Mount Carmel. Għaldaqstant jista' jgħid għaliex is-sistema tal-cameras (CCTV) tal-Isptar Mount Carmel mhix waħda ċentrali iżda waħda individwali? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan u meta se jsir biex ikun hemm sistema ċentralizzata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-present mhux maħsub li s-sistema ta CCTV fl-isptar imsemmi minnu tkun ċentralizzata.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tat-triq li waqgħet f'Wied il-Qlejgħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol biex terġa' tinbena t-triq li waqgħet f’Wied il-Qlejgħa hu wieħed speċjalizzat u li jirrikjedi pjanar estensiv. Bħalissa qed isiru studji biex jiġi determinat l-aħjar intervent sabiex tissewwa s-selħa li tinsab f’din it-triq. Ix-xogħol huwa mistenni li jsir fix-xhur tas-sajf meta ż-żona tkun mingħajr ilma u għaldaqstant iktar faċli u sigur biex isiru x-xogħlijiet neċessarji.
Rabat — Triq il-Maltin Internati u Eżiljati – rijabilitazzjoni tal-wied
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'se jsir biex jiġi rijabilitat il-wied fil-ġenb ta' Triq il-Maltin Internati u Eżiljati bejn ir-Rabat, l-Imtarfa u l-Imdina, fejn sar abbuż minn xi nies u ntrema terrapien? Tista’ tgħid min se jkun qed iħallas għal dan l-isfreġju li sar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fir-rigward tar-riabilitazzjoni tal-wied imsemmi fil-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 5709 fejn kont spjegajt li wara x-xhur tax-xitwa, minn dan il-wied hu ppjanat li jitneħħew speċi aljeni u invażivi filwaqt li jsir tħawwil ta’ siġar u arbuxelli indiġeni.
Min-naħa l-oħra nifhem li l-abbuż u t-terrapien li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma dawk li dwarhom ittieħdet azzjoni minn awtorità oħra li ma taqax taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża; għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Xagħra, Għawdex — Triq Għajn Ħosna – manutenzjoni, restawr u bini ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'fadal isir u x’inhu l-andament tax-xogħol ta’ manutenzjoni, restawr u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ fi Triq Għajn Ħosna, fix-Xagħra, Għawdex li twassal sal-wied tal-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, li jinkludu wkoll Triq ir-Ramla, Triq ta' Xurdin, Triq l-Inżul tal-Franċiżi, Triq ir-Ramla l-Ħamra sad-Daħla ta' Għajn Damma u r-restawr u tindif ta' 250 metru ta' taraġ Ruman fil-wied tar-Ramla li hu ffinanzjat minn fondi Ewropej?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ fi Triq Għajn Ħosna huma kważi lesti. Ix-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ Triq ir-Ramla, Triq ta’ Xurdin, Triq l-inżul tal-Franċiżi u Triq ir-Ramla l-Ħamra sad-Daħla ta' Għajn Damma ser ikunu qed isiru fix-xhur li ġejjin. Ir-restawr u t-tindif tat-taraġ Ruman qiegħed jiġi diskuss internament.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fis-Sitt Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli, qabel kull camera, li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-Sitt Distrett Elettorali hemm installati speed camera u tabelli hekk kif jidher hawn taħt:
Lokalità
Fejn huma installati l-ispeed cameras
Kemm hu l-ispeed limit għal kull camera
Kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib
Kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit
Qormi
2 Triq l-Imdina
60
2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
3 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.
2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.
Qormi
2 Vjal ir-Royal Malta Artillery (Mriehel By-Pass)
80
1 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
0 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.
0 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
** Direzzjoni lejn it-Tramuntana hemm tabella tal-ispeed limit li ma tirrieflettix l-ispeed limit ufficjali minħabba xogħlijiet li għaddejjin fit-triq.
Żebbuġ
2 Triq l-Imdina*
70
2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
1 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.
2 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.
Siġġiewi
1 Triq Mons. Mikiel Anton Azzopardi (Siggiewi By-Pass)
60
4 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
2 fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar
3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.
3 fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana.
*Dawn il-cameras jista jkun illi jaqghu fil-konfini tas-Seba Distrett Elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fis-Seba’ Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda speed camera installata fis-Seba' Distrett Elettorali.