Tista' l-Ministru tara li tissewwa l-ħsara li qed tikkawża biex Triq in-Nadur kollha (minn triq il-Gardiel sal-Pharmacy); Triq Vittorio Cassar kollha; Triq il-Granmastri; Triq is-Salini (minn Triq is-Sajjieda sal-eks Jerma Palace Hotel); Dawret it-Torri kollha u Triq Philipe De Vendome u oħrajn fil-madwar, f'Marsaskala, ma jibqgħux fid-dlam?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsarat fit-toroq imsemmija f’Marsaskala kienu kkawżati bħal ħafna ħsarat oħra mill-maltemp. Ninsab infurmata li l-Enemalta fit-18 ta’ Frar għamlet it-tiswijiet tal-ħsarat li wħud minnhom kienu intermittent li jfisser li l-ħsara tkun hemm għall-mument.
Fi Triq Vittorio Cassar instabet demarcation box tal-Kunsill Lokali li kienet maħruqa minħabba li daħal fiha l-ilma tax-xita. Din ġiet skonnettjata u s-circuit inxtegħel. Parti mill-ħsara fi Triq is-Salini għadha qed tiġi investigata biex isiru t-tiswijiet meħtieġa.
Pulizija – Persuni akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li ġew akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex mill-Pulizija tad-Distrett u dawk tat-Taqsima ta’ Kontra d-Drogi, sena b'sena, mill-2013 sas-16 ta’ Frar 2023 kien kif jidher hawn taħt. Infurmat li hemm każijiet fejn għalkemm il-persuni tressqu fil-Qorti fis-snin indikati, ir-reat seta' seħħ qabel.
Sena
Numru ta’ persuni li ġew akkużati bi traffikar ta’ droga f’Għawdex
2013
4
2014
4
2015
5
2016
6
2017
4
2018
4
2019
14
2020
6
2021
-
2022
3
Pulizija – rapporti dwar każi ta’ omiċidji f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji ġewwa Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ każijiet ta’ omiċidji li seħħew ġewwa Għawdex, mis-sena 2013 sa 2023 kien kif indikat fit-tabella hawn taħt:
Year
Cases
2013
1
2014
0
2015
1
2016
0
2017
0
2018
1
2019
0
2020
0
2021
0
2022
2
2023*
0
Total
5
*sa 16 ta Frar
Pulizija – persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika f’Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati relatati ma' vjolenza domestika f’Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sal-2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Persuni mressqa l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati relatati ma' vjolenza domestika f’Għawdex
Sena
Ammont
2013
44
2014
59
2015
46
2016
56
2017
48
2018
55
2019
23
2020
50
2021
53
2022
64
2023*
19
*sa 15 ta Frar
Pulizija – failed asylum seekers li għandhom Police Card
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn failed asylum seekers li għandhom Police Card? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fi klassifikazzjoni skont minn liema pajjiż dawn ġejjin u kemm ilhom Malta?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6374 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati Maltin li fl-2012 kienu jaqilgħu bejn:
€0-€10,000;
€10,000-€15,000;
€15,000-€20,000;
€20,000-€25,000;
€25,000-€30,000;
€30,000-€35,000;
€35,000-€45,000;
€45,000-€60,000;
€60,000-€90,000,
u aktar minn €90,000?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt:
Salary Brackets Maltese 2012
Numru ta’ impjegati
BETWEEN 0 and 10000
43114
BETWEEN 10001 and 15000
35401
BETWEEN 15001 and 20000
30251
BETWEEN 20001 and 25000
20740
BETWEEN 25001 and 30000
10440
BETWEEN 30001 and 35000
5513
BETWEEN 35001 and 45000
4946
BETWEEN 45001 and 60000
2448
BETWEEN 60001 and 90000
1520
Above 90001
538
TOTAL
154911
Impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f’Malta fl-2012
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6375 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fl-2012 kienu jaħdmu f'pajjiżna u jaqilgħu bejn:
€0-€10,000;
€10,000-€15,000;
€15,000-€20,000;
€20,000-€25,000;
€25,000-€30,000;
€30,000-€35,000;
€35,000-€45,000;
€45,000-€60,000;
€60,000-€90,000
u aktar minn €90,000?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt:
Salaries EU Nationals fl-2012
Salary Brackets TCN
Numru ta’ Impjegati
BETWEEN 0 and 10000
7313
BETWEEN 10001 and 15000
2149
BETWEEN 15001 and 20000
1430
BETWEEN 20001 and 25000
1070
BETWEEN 25001 and 30000
643
BETWEEN 30001 and 35000
424
BETWEEN 35001 and 45000
499
BETWEEN 45001 and 60000
294
BETWEEN 60001 and 90000
350
Above 90001
322
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6376 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fl-2021 kienu jaħdmu f'pajjiżna u jaqilgħu bejn:
€0-€10,000;
€10,000-€15,000;
€15,000-€20,000;
€20,000-€25,000;
€25,000-€30,000;
€30,000-€35,000;
€35,000-€45,000;
€45,000-€60,000;
€60,000-€90,000
u aktar minn €90,000?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6377 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati Third Country Nationals (TCN) li fl-2012 kienu jaqilgħu bejn:
€0-€10,000;
€10,000-€15,000;
€15,000-€20,000;
€20,000-€25,000;
€25,000-€30,000;
€30,000-€35,000;
€35,000-€45,000;
€45,000-€60,000;
€60,000-€90,000
u aktar minn €90,000?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt:
TCNs Salary Bracket 2012
Numru ta’ Impjegati
BETWEEN 0 and 10000
1958
BETWEEN 10001 and 15000
697
BETWEEN 15001 and 20000
384
BETWEEN 20001 and 25000
195
BETWEEN 25001 and 30000
117
BETWEEN 30001 and 35000
49
BETWEEN 35001 and 45000
50
BETWEEN 45001 and 60000
45
BETWEEN 60001 and 90000
42
Above 90001
23
ITS — studenti li ggradwaw mill-korsijiet MQF Level 6
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-korsijiet MQF Level 6 mill-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS) ikklassifikati skont ir-raħal ta' fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u l-2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu bdew jiġu offruti korsijiet fil-livell MQF 6, in-numru ta’ gradwati mill-Istitut tat-Turiżmu kien is-segwenti:
Sena
Numru ta’ gradwati
2017/8
23
2018/9
17
2019/20
39
2020/1
35
2021/2
52
Fl-aħħar sentejn iggradwaw ukoll 36 student fil-livell MQF 7.
ITS — studenti li kkwalifikaw mill-korsijiet MQF 3, 4 u 5
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkwalifikaw studenti mill-korsijiet MQF 3, 4 u 5 mill-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS) skont ir-raħal ta’ fejn jirrisjedu bejn l-2012 u 2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ gradwati f’korsijiet MQF Levels 3, 4 u 5 mill-Istitut tat-Turiżmu bejn 2012 u 2022 huma s-segwenti:
Sena
Numru ta’ gradwati
MQF 3
MQF 4
MQF 5
2011/2
/
36
25
2012/3
132
33
33
2013/4
130
93
40
2014/5
56
119
24
2015/6
73
14
26
2016/7
61
114
36
2017/8
104
67
32
2018/9
93
35
18
2019/20
89
45
10
2020/1
81
38
25
2021/2
99
104
27
Fl-aħħar sena akkademika ggradwaw ukoll 34 student fil-livell MQF 2.
Fid-dawl li fis-16 ta' Frar 2023 l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika "L-Ewwel Volum" mir-Rapport Finali taċ-Ċensiment tal-2021, jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il volum se jkun jikkonsisti r-Rapport Finali u meta se jiġu ppubblikati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rapport finali ser ikun maqsum fi tliet volumi li ser jiġu mnieda kollha matul din is-sena.
Wara l-ewwel volum li ġie ppubblikat fis-16 ta’ Frar li jkopri l-popolazzjoni finali, il-migrazzjoni u karatteristiċi soċjali oħra, iż-żewġ volumi l-oħra mistennija jiġu mnieda għall-ħabta ta’ Lulju u Ottubru 2023 rispettivament.
It-tieni volum ser ikun qed jiffoka fuq il-karatteristiċi tad-djar, kemm dawk abitati kif ukoll dawk vakanti, filwaqt li t-tielet volum se jkopri l-karatteristiċi personali kollha miġbura fiċ-Ċensiment, li ma kinux inklużi fl-ewwel volum. Għaldaqstant, it-tielet volum ser ikun qed jagħti ħarsa lejn aspetti soċjali u demografiċi bħas-saħħa, l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-istat ċivili tal-individwi.
Marsaxlokk – Floating Storage Unit – ċertifikazzjoni tal-jetty
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tal-jetty li jintrabat miegħu l-Floating Storage Unit (Armada LNG Mediterrana) f'Marsaxlokk meta jkun qed iforni l-gass għall-użu tal-power stations?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Belt Valletta – Triq Marsamxett – Proġett/i taħt l-Iskema Project Green
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u r-renders relattivi għall-proġett/i taħt l-Iskema 'Project Green' li hemm ippjanat li jsir/u għal Triq Marsamxett, il-Belt Valletta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green hija Aġenzija tas-Settur Pubbliku u mhux skema. Ninfurmah ukoll li, fil-preżent, l-aġenzija msemmija m’għandha l-ebda pjanijiet għaż-żona li qed jirreferi għaliha.
Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3871 u jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3303 u jgħid meta saru l-aħħar audits min-naħa tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) tal-entitajiet tal-Gvern li joffru edukazzjoni terzjarja jew għall-adulti, l-Università ta' Malta, l-MCAST, l-ITS, il-Jobsplus, l-Akkademja tal-Pulizija, l-Akkademja tal-Forzi Armati, id-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Adulti (li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni) u l-IFE? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audits għal kull entità u jgħid meta se jkunu qed isiru l-audits li jmiss għal kull entità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3872 u jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
MCAST, Università u ITS – studenti li ggradwaw minn korsijiet MQF Level 6
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti tal-MCAST, tal-Università u tal-ITS mill-korsijiet MQF Level 6, ikklassifikati skont ir-raħal ta' fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u l-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST gradwaw total ta’ 24,192 student minn korsijiet MQF Level 6. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda rigward l-ITS lill-Ministru kkonċernat.
MCAST u ITS – studenti li kkwalifikaw minn korsijiet MQF Level 3, 4 u 5
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkwalifikaw studenti tal-MCAST u tal-ITS mill-korsijiet MQF 3, 4 u 5, skont ir-raħal ta’ fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-MCAST gradwaw total ta’ 20,278 student minn korsijiet MQF Level 3, 4 u 5. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda rigward l-ITS lill-Ministru kkonċernat.