Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 31682.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 24481.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32758 u jgħid jekk il-Ministeru, permezz tal-Awtorità tal-Artijiet (Lands Authority), għaddiex il-Palazz ta’ Selmun lil xi entità (privata jew pubblika) oħra u jekk iva, lil min?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħala art għadha taħt il-Lands Authority u ma gietx trasferita lil ebda entita’, pero’ nirreferi wkoll għal dak li tħabbar fil-Budget għas-sena 2026 referibbli għall-Proġett ta' Selmun Palace.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32757 u jgħid kemm intefqu flus fuq sigurtà tas-Selmun Palace Hotel? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallset il-kumpanija Air Malta, meta din ma baqgħetx responsabbli mil-lukanda msemmija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32756 u jgħid kemm-il studju sar mill-Awtorità tal-Ippjanar jew minn xi awtorità tal-Ippjanar oħra qabilha, għal dak li jikkonċerna l-ispazju li fih hemm il-Fortizza Campbell, f’Selmun, il-Mellieħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli li l-valur storiku, kulturali u ambjentali tal-Forti u l-pajsaġġ tal-madwar ġie rikonoxxut mill-Awtorita’ kif jixdhu d-diversi deċiżjonijiet ta’ skedar li ħadet matul iż-żmien abbażi ta’ evalwazzjoni tal-valuri (heritage significance evaluations) – skedar tal-Forti Campbell fl-1997 (GN8/97), skedar tal-irdumijiet bħala Area of High Landscape Value fl-1996 (GN400/96, GN903/15, GN168/20) u bħala Area of Ecological Importance ukoll fl-1996 (GN400/96). Il-pajsaġġ madwar il-Forti ġie wkoll protett bħala parti miż-żoni ta’ Natura 2000 (GN1379/16) u din iż-żona hi suġġetta għal Management Plan li sar bejn Ottubru 2012 u Marzu 2014.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32710 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu San Ġwann li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
San Ġwann
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
69
Pensjonijiet Kontributorji
Total
2,200
Pensjoni tar-Romol
Total
465
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
67
Total
2,801
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32709 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu l-Pietà li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Il-Pieta
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
32
Pensjonijiet tal-Irtirar
Total
662
Pensjoni tar-Romol
Total
151
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
15
Total
860
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32708 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu s-Swatar li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-benefiċċjarji li joqghodu s-Swatar huma mniżżlin fl-istatistika li ngħatat għal Imsida. Dan peress li s-Swatar mhux lokalita’ per se imma jagħmel parti mill-Imsida jew Birkirkara.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32707 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu l-Imsida li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
L-Imsida
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
55
Pensjonijiet tal-Irtirar
Total
1,249
Pensjoni tar-Romol
Total
280
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
30
Total
1,614
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32706 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu l-Għargħur li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Il-Għargħur
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
8
Pensjonijiet tal-Irtirar
Total
389
Pensjoni tar-Romol
Total
84
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
9
Total
490
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32705 u jgħid kemm hemm persuni jgħixu Baħar iċ-Ċagħaq li qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Baħar iċ-Ċagħaq
Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja
Total
-
Pensjonijiet tal-irtirar
Total
50
Pensjoni tar-Romol
Total
11
Pensjoni tal-Invaliditá
Total
1
Total
62
Jista’ l-Ministru jgħid liema mit-torrijiet ta’ Żmien il-Kavallieri għadhom taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern Ċentrali u f’kull każ, jgħid x’użu qed isir minn dawn it-torrijiet? Fil-każ fejn il-kontroll m’għadux f’idejn il-Gvern, jista’ jgħid min qed jagħmel użu minn dawn it-torrijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Tista’ l-Onorevoli Interpellanta tkun iktar speċifika u tirreferi għal liema torrijiet qed tirreferi, x’tip ta’ torrijiet, u fejn partikolarment.
Tempji tal-Isqorba, Ta’ Ħaġrat u l-Banjijiet Rumani - Investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar investiment fuq it-tempji ta’ Skorba, Ta’ Ħaġrat u fuq il-Banjijiet Rumani li hemm fl-inħawi tal-Imġarr? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll x’kienu l-interventi u kemm ġew jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 25570. Ix-xogħol fi Skorba u Ta’ Ħaġrat baqa’ għaddej kif deskritt f’dik it-tweġiba. Għal dak li jirrigwarda l-Banjijiet Rumani, f’dawn l-aħħar snin tgħattew il-fdalijiet tas-sit b’materjal apposta sabiex jiġu protetti, bħala miżura ta’ konservazzjoni. Sar ukoll studju u applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex jinbidel il-ħajt li jdawwar is-sit. Ix-xogħol kollu jwettaq internament mill-impjegati tal-aġenzija u, għaldaqstant, ma jistax jiġi kkwantifikat, peress li l-ispiża tiegħu tiġi assorbita mill-pagi tal-ħaddiema.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li jiddeċiedu li jaċċettaw l-offerti ta’ sidien li wrew l-interess tagħhom li l-proprjetajiet tagħhom jidħlu fl-iskema ‘Nikru biex Nassistu’? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji tal-għażla?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema Nikru Biex Nassistu hija miftuħa għal kull individwu li jixtieq jikri l-proprjetà vakanti tiegħu lill-Awtorità tad-Djar sabiex tintuża għall-akkomodazzjoni soċjali għal perjodu ta’ għaxar snin. Il-kundizzjonijiet sabiex proprjetà tiġi aċċettata huma viżibbli għal kulħadd fuq il-websajt tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li jiddeċiedu min jieħu appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-identitajiet tal-membri tal-bord tal-allokazzjoni jinżammu kunfidenzjali sabiex jiġi żgurat li l-proċess kollu jibqa’ imparzjali u ħieles minn kwalunkwe pressjoni esterna.
Proprjetajiet - Spezzjonijiet għal under declaration
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq proprjetajiet li nxtraw biex jaraw li ma kienx hemm under declaration mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm persuni li nstabu li kellhom under declaration u li ma jirriflettix il-piż attwali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid ukoll kemm inġabru taxxi b’dan il-mod matul l-istess perjodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandhiex debituri? Jekk fil-pożittiv, jista’ jagħti d-dettalji tal-ammonti li għandhom f’debitu?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandhiex debituri? Jekk fil-pożittiv, jista’ jagħti d-dettalji tal-ammonti li għandhom f’debitu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.