Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-inkjesta relatata mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-inkjesta relatata mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor.Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
L-Isptar Mater Dei – OECI accreditation – Quality standards
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34131, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdiliet dwar il-quality standards relatati mal-akkreditazzjoni mal-Organisation of European Cancer Institutes (OECI) fis-settur tal-onkoloġija? Jista’ jgħid ukoll jekk l-istaff ingħatax training relatat mal-OECI?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’Jannar 2026 beda proġett pilota fejn hemm core group li qiegħed imexxi study groups għas-sebgħa kapitli tal-assesjar imfassla għal dan il-proċess ta’ ċertifikazzjoni li huma Governanza, Kura, Riċerka, Integrazzjoni tar-Riċerka mal-Kura, Innovazzjoni, Prevenzjoni u Edukazzjoni u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) li ġew ingaġġati bħala Allied Assistants mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-snin li ġejjin ġew inganġati dawn it-TCNs bħala Allied Assistants kien kif ġej: 2024 – 3; 2025 – 5; u 2026 (sakemm qed titwieġeb din il-mistoqsija – 2.
Physiotherapists u Occupational Therapists – Uniformijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34125 dwar l-uniformijiet il-ġodda li ngħataw lill-Physiotherapists u lill-Occupational Therapists (OTs) is-sena l-oħra, fejn ġie mwieġeb li l-uniformijiet “għalihom ikunu mibdula u skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi time frame ppjanat għal dan?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat ikkonċernat jinsab f'kuntatt mal-fornitur biex jiżgura li l-uniformijiet jiġu mibdula skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba, u t-target huwa li dawn jitqassmu sa tmiem it-tieni kwart ta’ din is-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ntużatx il-konferenza tal-Primary Health mtella’ fit-3 ta’ Ottubru biex jinkisbu l-ħiliet imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenza kienet iffokata fuq il-professjonijiet miġbura f’dan id-Direttorat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema tas-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2025 kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
B’referenza għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-ministri?
Response (ABELA, ROBERT)
Id-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’kull membru parlamentari jiġu sottomessi kull sena u l-pubbliku u l-media jistgħu jaċċessaw dawn id-dikjarazzjonijiet wara li jagħmlu talba lill-Uffiċċju tal-Ispeaker. Il-Gvern preżenta riforma sabiex (i) jikkonsolida u jsaħħaħ l-obbligu ta’ kull deputat parlamentari li jiddikjara l-assi tiegħu, u (ii) jingħata aċċess aħjar għal dawn id-dikjarazzjonijiet lill-pubbliku, fost oħrajn. Din hija parti minn riforma usà li tintroduċi wkoll reġistru tal-interessi ġdid u Kodiċi tal-Etika tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati aġġornat li wkoll għandhom l-għan li jsaħħu t-trasparenza, il-kontabbiltà u l-integrità tal-membri parlamentari kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn segretarji permanenti bħalissa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor. Interpellanta għas-sit elettroniku:
https://publicservice.gov.mt/en/personnel-page
fejn kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar (Housing Authority) tużax kwalunkwe fornitur Taljan għal spare parts, manutenzjoni jew servizz tekniku tal-lifts fil-housing estates?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-Awtorità tad-Djar taħdem direttament ma’ kuntratturi tal-lifts u mhux ma’ fornituri għall-ispare parts, manutenzjoni jew servizz tekniku tal-lifts.
Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Offerti minn kumpaniji barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-għadd ta’ kumpaniji barranin li bagħtu offerta għall-forniment ta’ lifts għall-housing estates, u jgħid għal liema kuntratti eżatt?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li kien hemm inċidenza waħda ta’ Joint Venture, jisimha ‘Lift Joint Venture’ li membru tagħha jidher li hu ta’ nazzjonalita Taljana. Is-sejħa pubblika kienet referenza CT2243/2020. Minn din is-sejħa ntrebbħu s-segwenti Call-Offs:
SPD4/2021/083
SPD4/2021/082
SPD4/2022/022
SPD4/2022/035
SPD4/2023/086
SPD4/2023/108
SPD4/2023/109
SPD4/2023/002
SPD4/2023/067
SPD4/2023/069
SPD4/2023/079
SPD4/2023/079
SPD4/2023/003
SPD4/2023/004
SPD4/2023/005
SPD4/2022/018
SPD4/2022/038
SPD4/2024/030
Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Parteċipazzjoni ta’ kumpaniji barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumpaniji barranin, inkluż kumpaniji Taljani, li pparteċipaw jew rebħu kuntratti relatati mal-lifts fil-housing estates?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li kumpaniji barranin, inkluż kumpaniji Taljani, li pparteċipaw jew rebħu kuntratti relatati mal-lifts fil-housing huma dawk rebbieħa in segwitu għas-sejħa pubblika bir-referenza CT2243/2020. Minn din is-sejħa intrebbħu s-segwenti Call-Offs:
SPD4/2021/083
SPD4/2021/082
SPD4/2022/022
SPD4/2022/035
SPD4/2023/086
SPD4/2023/108
SPD4/2023/109
SPD4/2023/002
SPD4/2023/067
SPD4/2023/069
SPD4/2023/079
SPD4/2023/079
SPD4/2023/003
SPD4/2023/004
SPD4/2023/005
SPD4/2022/018
SPD4/2022/038
SPD4/2024/030
L-Awtorità tad-Djar tfakkar li peress li Malta hi membru tal-Unjoni Ewropeja, japplika s-suq miftuħ u allura operaturi minn kwalunkwe Stat Membru huma liberi li jissottomettu offerti fis-sejħa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratti tal-lifts fil-housing estates ngħatawx permezz ta’ sejħiet pubbliċi għall-offerti, negotiated procedure jew direct orders?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-kuntratti tal-liftijiet fil-housing estates ingħataw permezz ta’ sejħiet pubbliċi, bl-eċċezzjoni ta’ każ partikolari, u dan wara taħditiet mal-uffiċċju tal-Ombudsman biex l- Awtorità tad-Djar issib soluzzjoni immedjata.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista bil-kuntratti kollha relatati mal-lifts fil-housing estates, flimkien mad-data tal-għoti, il-valur tal-kuntratt u t-tul tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-kumpaniji li ngħataw il-kuntratti għall-installazzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tal-liftijiet fil-housing estates tal-Awtorità tad-Djar fl-aħħar għaxar snin huma dawk rebbieħa in segwitu għas-sejħiet pubbliċi li r-referenzi tagħhom qed jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpaniji ngħataw il-kuntratti għall-installazzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tal-lifts fil-housing estates tal-Awtorità tad-Djar (Housing Authority) fl-aħħar għaxar snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-kumpaniji li ngħataw il-kuntratti għall-installazzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tal-lifts fil-housing estates tal-Awtorità tad-Djar fl-aħħar għaxar snin huma dawk rebbieħa in segwitu għas-sejħiet pubbliċi li r-referenzi tagħhom qed jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations
Ministeru għall-Finanzi - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 24481.