Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fix-shift tar-risk assessors stazzjonati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija hemm biss żewġ ħaddiema? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif diġa’ spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6433, in-numru ta’ Risk Assessors huwa ta’ 14.
Dawn jaħdmu b’ sistema ta’ Day / Night / Rest / Off, 24 siegha kuljum, il-ġranet kollha tas-sena.
Dan ifisser ukoll li hemm 4 xiftijiet u li hemm 3 Risk Assessors f’ kull shift mhux 2 kif qed ikun elenkat mill-Onor. Interpellant.
Fl-aħħar nett, tajjeb li nirrimarka li, sa issa, dawn ir-risk assessors jattendu ġewwa d-Depot meta mitluba mill-Pulizija tal-iskwadra kontra l-vjolenza domestika u abbażi tal-ġeneru. It-talba min-naħa tal-Pulizija biex dawn ir-risk assessors jkunu stazzjonati di sentu fid-Depot waqt ix-shift rispettiv tagħhom saret biss fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru li għadda, jiġifieri Diċembru 2022. L-FSWS aċċettat din it-talba u bħalissa l-Korp tal-Pulizija qed jaħdem biex ilesti post adegwat għal dan il-għan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ priġunieri barranin li ġew ripatrijati mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn l-2020 u l-aħħar ta' Jannar 2023 ġew ripatrijati minn pajjiżna 52 persuna lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropeja, li kienu nstabu ħatja ta' reat u skontaw sentenza ta' priġunerija f'pajjiżna. Huma ġew deportati fuq ordni tal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni skont il-provediment tal-liġijiet Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża għal kull ġurnata ta’ priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar snin sar investiment bla preċedent fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, kemm permezz ta' żieda fil-ħaddiema u professjonisti li jaħdmu fuq riabilitazzjoni, ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid u anke investiment importanti ġewwa l-bini. L-ispiża fuq kull priġunier tvarja minn kemm ikun hemm priġunieri f'sena ġewwa l-aġenzija u dan meta wieħed iqis spejjeż diretti u indiretti. Matul is-sena 2022 ġew minfuqa madwar €135 kuljum għal kull priġunier.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta’ dijetetiku u kif wieħed jista’ jagħmel użu minnu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-servizz dijetetiku huwa offrut fid-djar residenzjali tal-Gvern u f’dawk privati fejn hemm sodod mixtrija mill-Gvern. Dan is-servizz huwa offrut ukoll lil dawk l-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom għal dan is-servizz.
Kriterji ta' Riferiment għal servizzi dijetetiċi:
A. Malnutrizzjoni jew f'riskju ta’ malnutrizzjoni
· Pazjenti mibdula għal dieta likwidata;
· Feriti – stadju 4-5 jew feriti li ma jfiqux jew feriti b’evidenza ta’ malnutrizzjoni (konsum baxx, piż li jiddeterjora);
· Evidenza ta' malnutrizzjoni: Deterjorament fil-Konsum/Piż.
B. Nutrizzjoni Enterali
· Il-persuni kollha fuq Tmigħ Enterali (tmigħ permezz ta’ tubu NG, RIG jew PEG);
· Titrazzjoni għal dieta orali
C. Oħrajn
· F'każ ta' tħassib nutrittiv ieħor, dawn iridu jiġu diskussi mad-dijetista tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
Dan is-servizz huwa offrut lil:
• Anzjani ta’ 60 sena ’l fuq, u ma joħorġux minn darhom.
• Residenti f’Dar Residenzjali tal-Gvern jew li jifforma parti mill-iskema tal-Public Private Partnership (PPP).
• Lil min jgħix fid-dar personali tiegħu u li ma jistax ikollu aċċess fi klinika tal-gvern minħabba saħħa u fraġilità.
Wieħed jista’ japplika billi jniżżel applikazzjoni mis-sit tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Mehmuż mal-applikazzjoni, wieħed irid jinkludi:
• Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-familja;
• Lista ta’ kwalunkwe medikazzjoni li tittieħed;
· Għal min jgħix f’dar residenzjali tal-Gvern jew dar residenzjali li tifforma parti mill-iskema tal-PPP, għandu jiġi riferut għal dan is-servizz mit-tabib jew infermiera responsabbli tad-dar residenzjali.
Ċentri ta’ Matul il-Jum – taħriġ tal-IT lill-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn sar it-taħriġ tal-IT lill-anzjani li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u residenti fid-djar residenzjali tal-Gvern matul dawn l-aħħar sentejn u jekk hux se jsir aktar taħriġ matul din is-sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar sentejn sar it-taħriġ tal-IT lill-anzjani li jattendu fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva ta’ Birżebbuġa, il-Ħamrun, Ħad-Dingli, il-Mosta, in-Naxxar, Sta. Venera, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, l-Imġarr, Ħal-Luqa u s-Swieqi. Dan it-taħriġ sar ukoll ġewwa d-dar residenzjali tal-Mellieħa u bħalissa qiegħed jingħata fiċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva ta’ Ħaż-Żebbuġ.
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għadha kif iffirmat ukoll ftehim mal-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA) biex tkompli toffri aktar taħriġ lill-Anzjani, f’livelli differenti.
Ċentri ta’ Matul il-Jum – korsijiet ta’ tisjir lill-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn se jiġu organizzati l-korsijiet ta’ tisjir lill-anzjani li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum matul din is-sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma torganizzax korsijiet ta’ tisjir iżda jiġu organizzati sessjonijiet u taħditiet għall-anzjani dwar it-tisjir.
Minn żmien għal żmien jiġu organizzati sessjonijiet ta’ tisjir f’xi Ċentri tal-Anzjanità Attiva bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet. Dawn is-sessjonijiet isiru mill-impjegati taċ-Ċentri rispettivi kif ukoll minn membri li jattendu ċ-ċentru.
Tista' l-Ministru tara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa biex jerġa' jixgħel id-dawl tat-triq f'ħafna partijiet minn Raħal Ġdid, fiz-żona bejn il-Pjazza u Triq Lampuka, u minn Triq il-Knisja sa Wied Blandun? Tista' tara li tinstab il-kawża ewlenija tal-problema peress li mhux l-ewwel darba li kien hemm il-ħsara fl-istess żona, titranġa, u terġa' tinqala'?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li din il-ħsara ġiet rapportata lill-Enemalta mill-Kunsill Lokali fit-13 ta’ Frar 2023, din il-ħsara ġiet irranġata fl-14 ta’ Frar 2023.
Peress li l-wesgħa li tinsab bejn Triq is-Sagħtar, Triq il-Miġħba u Triq in-Narċis fil-Mellieħa, li hija fil-qalba ta’ żona residenzjali, fl-aħħar jiem inħarġet b’offerta mill-Awtorità tal-Artijiet b’intenzjoni ċara li tiġi żviluppata f’aktar bini, tista’ l-Ministru tara li tittieħed minn Project Green (b’konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa) sabiex isir proġett għat-tgawdija tal-komunità Melliħija?.
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li Project Green diġà għaddejja b’konsultazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati sabiex isir proġett fil-Mellieħa għat-tgawdija tal-komunità Melliħija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett li hemm ippjanat fi Ġnien Vjal de la Cruz, Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali illi għaddejjin il-proċessi u diskussjonijiet relattivi mal-entità kkonċernata sabiex l-ewwel jiġġedded il-kuntratt ta' devoluzzjoni tal-ġnien imsemmi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6128 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri barranin fuq bail u kemm hemm minnhom li qegħdin jistennew li jgħaddu ġuri fuq attentat ta' qtil, fuq qtil, serq aggravat u traffikar tad-droga?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-17 ta’ Frar 2023 fil-Qorti ta’ Malta hemm 28 persuna barranija fuq libertà proviżjorja jistennew li jgħaddu ġuri fuq attentat ta’ qtil, qtil, serq aggravat u traffikar ta’ droga.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6057, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari kollha u jagħti rendikont tal-job description ta' kull grad li hemm fit-Teatru Manoel? Jista’ wkoll jikkonferma li kull grad qed jaħdem skont il-job description li għandu?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
*Grade
Nomenclature
Job Description
2
CEO
2
COO
4
Assistant Director
Marketing & Audience Development
4
Senior Manager
Production & Events
4
Senior Manager
HR & Admin
5
Manager
Facilities
5
Manager
Education Programme
**Grade
Nomenclature
Job Description
A
Senior Executive
Secretary
A
Senior Executive
Booking Office
A
Senior Executive
Light Technician
A
Senior Executive
Stage Artist
B
Executive Officer
Wardrobe Mistress
B
Executive Officer
Procurement
B
Executive Officer
Stage Crew
B
Executive Officer
Accounts & HR
B
Executive Officer
Maintenance & Stage Crew
C
Officer
Stagehand
C
Officer
Booking Office and Cultural Service
C
Officer
Wardrobe
C
Officer
Stage Crew
C
Officer
Administration Assistant
C
Officer
Tradesman Wardrobe
C
Officer
Light Technician & Stage Crew
C
Officer
Stage Crew & Maintenance
D
Theatre Attendant
Theatre Attendant
*As per ACM and PCO Grading and Salary Structure
**As per Collective Agreement 2019 - 2023
Intant, infurmat mit-Teatru Manoel li kull grad qed jaħdem skont il-job description li għandu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6086 u jgħid kemm ser titħallas il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u kemm se jitħallsu kull kantant/a u l-koristi? Kemm ġejjin jiswew ix-xenarju, il-props l-oħra, id-dawl, is-sound, in-nies involuti fil-produzzjoni, l-ilbies/kostumi, l-orkestra, il-kirja ta' partituri, ir-reklamar u oħrajn miċ-ċifra msemmija ta' €400,000 għall-Opera Tosca?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Opera ta’ Puccini - Tosca ser tkun qed tiġi mtella' fit-Teatru Manoel bejn il-5 u t-12 ta’ Marzu, bil-parteċipazzjoni tat-tenur internazzjonali Jose Cura u ser tiġi finanzjata mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta VCA (€200,000) u t-Teatru Manoel (€206,114.80).
Intant, tajjeb jiġi rrimarkat li din l-opra hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha, partikolarment mill-aspett ta’ daqs. In oltre, għall-ewwel darba ser naraw il-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali sħiħa f’opri simili.
Din l-opra hija importanti ħafna għall-fatt li ser tkun qed tpoġġi lit-Teatru Manoel u l-Belt Valletta fuq il-mappa Operistika Internazzjonali, tant li diġà qed ikun hemm rappurtaġġ internazzjonali dwar l-istess opra.
Intant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tan-nefqa surreferita.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6056 u jgħid kemm żdiedu impjegati mat-Teatru Manoel fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2022 u 2023 s’issa? Jista’ jipprovdi lista tal-ħaddiema, f’liema grad daħlu kull sena u f’liema grad jinsabu llum il-ġurnata? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema seconded minn entitajiet oħrajn tal-Gvern u minn fejn ġew seconded? F'liema grad kienu meta daħlu u f'liema grad jinsabu fih illum? Jista’ jgħid kemm daħlu impjegati ġodda kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Emp. Type
Emp. Nature
Designation
Employment Date
Full Time
Indefinite
Officer Maintenance
02/07/2020
Full Time
Indefinite
Stage Hand
11/12/2017 - 19/12/2019
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Officer Maintenance
20/12/2019
Full Time
Indefinite
Events Coordinator
14/10/2013 - 31/05/2016
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Procurement Eexecutive
01/06/2016 - 19/11/2021
Full Time
Indefinite
Theatre Attendent
17/06/2020
Full Time
Indefinite
CEO
01/10/2014 - 31/01/2017
Reduced Full Time
Indefinite
Cleaner
02/05/2017 - 30/09/2017
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Cleaner
01/10/2017
Full Time
Indefinite
Executive Stage Hand
20/02/2017 - 27/11/20
Full Time
Indefinite
Admin Assistant
09/06/2021
Full Time
Indefinite
Executive Stage Artist
17/10/2016
Full Time
Indefinite
Manager Facilities
13/03/2017
Full Time
Indefinite
Marketing and Audience Development Manager
16/09/2019 - 31/05/2021
Full Time
Indefinite
Stage Hand
26/03/2018
Full Time
Definite
Accounts Executve
09/12/2014 - 09/09/2016
Part Time
Definite
Stage Hand
02/09/2015 - 30/10/2015
Student
Student
Student
11/07/2022 - 05/08/2022
Full Time
Indefinite
Stage Hand
16/03/2015 - 28/10/2016
Reduced Full Time
Student
Clerk
16/08/2021 - 10/09/2021
Full Time
Indefinite
Accounts Executve
01/11/2017
Full Time
Indefinite
ICT Manager
25/05/2019 - 20/07/2021
Full Time
Indefinite
Finance Manager
06/07/2015 - 01/01/2019
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Finance Senior Manager
02/01/2019 - 24/09/2021
Full Time
Indefinite
Accounts Executve
10/07/2017 - 01/07/2022
Full Time
Indefinite
Wardrobe Mistress
01/03/2014 - 16/10/2016
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Executive Wardrobe Mistress
17/10/2016
Full Time
Definite
CEO
04/11/2016 - 20/11/2020
Full Time
Indefinite
Stage Hand
19/02/2017 - 30/04/2022
Full Time
Indefinite
Art Project Designer Manager
20/03/2017 - 20/05/2021
Full Time
Indefinite
Executive Education Programme
18/06/2018 - 08/03/2020
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Manager Education Programme
09/03/2020
Full Time
Indefinite
Artistic Director
05/03/2013 -03/04/2013
Full Time
Indefinite
Cleaner
02/05/2017 - 19/12/2019
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Officer Booking Office
20/12/2019
Part Time
Student
Clerk (Student)
23/07/2018 - 20/09/2018
Part Time
Definite
Stage Hand
01/05/2015 - 30/06/2015
Full Time
Definite
Tradesman
01/06/2021
Reduced Full Time
Indefinite
Executive Baroque Festival & Opera
18/06/2018 - 20/10/2022
Full Time
Indefinite
Events Coordinator
17/06/2013 - 21/08/2013
Part Time
Student
Clerk (Student)
23/07/2018 - 06/08/2018
Part Time
Student
Clerk (Student)
23/07/2018 - 10/08/2018
Full Time
Indefinite
Events Manager
01/11/2014 - 30/09/2016
Full Time
Indefinite
Events Manager
17/10/2016
Full Time
Indefinite
Booking Office Executive
21/03/2017
Full Time
Indefinite
Tradesman
19/09/2022
Part Time
Indefinite
Cultural Work
01/10/2014 - 31/01/2020
Student
Student
Student
11/07/2022 - 05/08/2022
Student
Student
Clerical
12/07/2021 - 06/08/2021
Full Time
Indefinite
Wardrobe Officer
27/03/2017
Full Time
Student
Wardrobe Asst
23/07/2013 - 27/09/2013
Student
Student
Student
13/07/2020 - 28/09/2020
*L-istess individwu
Student
Student
Student
12/07/2021 - 13/08/2021
Full Time
Indefinite
Officer Stage Crew
25/09/2017
Full Time
Indefinite
Stage Hand
01/01/2014 - 30/06/2014
Full Time
Indefinite
Cleaner
02/05/2017 - 19/12/2019
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Officer Stage Crew
20/12/2019 - 02/08/2022
Part Time
Definite
Student
11/07/2022 - 05/08/2022
Full Time
Indefinite
Executive Light ech
17/10/2016
Full Time
Indefinite
Driver Messanger
03/04/2017 - 19/12/2019
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Officer Stage Crew
20/12/2019
Full Time
Indefinite
Theatre Attendant
03/06/2020
Full Time
Indefinite
COO
16/08/2021
Student
Student
Student
12/07/2021 - 06/08/2021
Full Time
Definite
Asst Director Marketing & Audience Development
03/09/2021 - 03/09/2025
Full Time
Definite
Senior Manager (HR & Admin)
29/04/2022 - 29/04/2026
Student
Student
Student
12/08/2013 - 30/09/2013
Student
Student
Student
16/08/2022 - 09/09/2022
Full Time
Indefinite
Executive Officer Stage Crew
21/06/2021
Full Time
Definite
CEO (Currently Suspended)
21/12/2020 - 21/12/2024
Full Time
Indefinite
Artistic Consalutant
01/01/2014 - 11/04/2017
*L-istess individwu
Full Time
Indefinite
Artistic Director
12/04/2017 - 31/12/2021
Full Time
Indefinite
Procurement Eexecutive
01/01/2022
Full Time
Indefinite
HR & Accounts Executive
08/11/2021
Non-Profit Organisations – Applikazzjoni għal-liċenzja lill-membri biex ifornu l-Kannabis
Question
Fid-dawl tar-riforma li permezz tagħha l-Gvern se jkun qed jipproteġi lil dawk li jużaw il-kannabis mis-suq kriminali, fejn tħabbar li mit-28 ta’ Frar Non-Profit Organisations se jkunu jistgħu japplikaw għal-liċenzja meħtieġa biex ifornu l-kannabis lill-membri tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diġà diskussjonijiet mal-banek lokali biex jiġi żgurat li tali Non-Profit Organisations ma jispiċċawx ristretti mis-servizzi tal-banek minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, li huwa wkoll ġdid għas-servizz offrut mill-banek?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm diskussjonijiet għaddejjin ma' bank ewlieni. Fil-ġimgħat li ġejjin se jissoktaw id-diskussjonijiet anke ma' banek oħra lokali.
Raħal Ġdid – Triq it-Telgħa ta’ Raħal Ġdid — Żamma tal-Vertical Garden
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għaż-żamma tal-vertical garden ġewwa Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid? X'qed isir biex wieħed jara li dan qed jinżamm fi standard mixtieq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6465 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex illegalità li l-ħitan tas-sejjieħ jiġu ssiġillati bil-konkos? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kif qed jara li jiġi regolarizzat dan u jekk għadx hemm uffiċjali li jiċċekkjaw li dan qed isir u għaldaqstant tiġi infurzata din il-liġi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6466 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inqalgħu s-siġar kollha matul Triq it-Telgħa ġewwa Paola? X'ser isir minflokhom u għaliex kien hemm dan il-bżonn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li Triq it-Telgħa ġewwa Raħal Ġdid ma teżistix fuq is-Survey ta’ Planning Authority, nitloba tispeċifika jekk hux qed tirreferi għal triq il-Belt Valletta f'Paola.
Santa Venera – Trejqa Fleur-de-Lys – għeluq ta’ aċċess għall-vetturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6103 u jgħid jekk fi Trejqa tal-Fleur-de-Lys f'Santa Venera, waqt il-ħinijiet li hemm indikat mat-tabella tat-triq li fiha jingħalaq l-aċċess għall-vetturi fl-istess triq minħabba l-ftuħ tal-iskola, ir-residenti tat-toroq Trejqa tal-Fleur-de-Lys, Triq l-Istampaturi, Triq il-Mastrudaxxi, Triq il-Ħajjata, u Triq il-Bir, għandhomx id-dritt li jgħaddu bil-vetturi tagħhom mill-istess triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-policy tal-Awtorità tat-Trasport minħabba raġunijiet ta’ sigurtà għat-tfal tal-iskola, l-ebda triq li tkun magħluqa fil-ħnijiet tad-dħul u l-ħruġ tal-iskola ma jista’ jkollha aċċess b’vetturi, lanqas għar-residenti. Fil-każ tat-toroq imsemmija l-aċċess li ngħata lir-residenti m’għandux l-approvazzjoni tal-Awtorità u għaldaqstant l-Awtorità ħadet l-azzjoni neċessarja biex tneħħi din l-irregolarità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija fetħet ġewwa l-Gozo Innovation Hub u kemm iħaddmu nies?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames kumpaniji ingaġġati fl-informazzjoni u t-Teknoloġija li fetħu ġewwa l-Gozo Innovation Hub u dawn jimpjegaw erbgħa u tletin ħaddiem bejniethom.