Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali li tintuża mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli hi tal-għamla ta’ Alfa Romeo Giulia u hi mikrija bir-rata ta’ €10,621.50 fis-sena. M’hemm l-ebda second car kif qed jiġi ssuġġerit.
Ministru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru m'għandux second car. Il-karozza li juża hi l-karozza li kienet tintuża mill-Ministru preċedenti u hija tal-għamla Mercedes E Class u tinkera minn Freeways Auto Rentals b’rata ta’ €34.26 (eskluż VAT) kuljum.
Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozza uffiċjali u s-second car tagħha
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tagħha? Tista' tgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li tuża hi u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, tista' tgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tagħha; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għamla tal-karozza uffiċjali hija Mercedes E Class. Dan il-kuntratt li kien inbeda fl-2017 ġie estiż b’sena f’Settembru li għadda sakemm isiru l-arranġamenti neċessarji biex tkun tista’ tinkera vettura elettrika.
Il-vettura hija leased mingħand Burmarrad Commercials għall-prezz ta’ €28 kuljum. Il-kumpanija kienet intgħażlet abbażi tal-orħos offerta wara li kienu nġiebu numru ta’ kwotazzjonijiet.
Il-Ministru ma tagħmilx użu mis-second car u għaldaqstant m’hemm l-ebda informazzjoni x’tingħata f’dan ir-rigward.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali li tintuża mill-Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali hi tal-għamla Tesla, li tinkera għal €50.00 kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet kull sena fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Jista' jgħid kemm minnhom kienu f'Malta u kemm minnhom f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll minn dawn l-adozzjonjiiet kemm minnhom kienu ta' tfal minn Malta stess u kemm minnhom ta' tfal minn pajjiżi barranin? Jista' jagħti break down tal-adozzjonijiet li saru minn pajjiżi barranin, pajjiż pajjiż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabelli annessi.
Adoption completed in the State of Origin
Malta
Gozo
Grand
State of Origin
2018
2019
2020
2021
2022
2018
2019
2020
2021
2022
Total
India
32
23
15
14
30
1
1
2
1
-
119
Slovakia
-
-
-
-
2
-
-
-
-
-
2
Vietnam
-
-
-
1
-
-
-
-
-
-
1
Grand Total
32
23
15
15
32
1
1
2
1
-
122
An adoption from India was dissolved after being concluded in the State of Origin in 2020
Dissolution of adoption
Malta
Grand Total
State of Origin
2020
India
1
1
Grand Total
1
1
Request for adoption completed in the United Kingdom to be recognized in Malta for citizenship of adopted children
2019
Grand Total
State of Origin
Unknown
United Kingdom
2
2
Grand Total
2
2
Adoptions completed in Malta
Malta
Grand Total
2018
2019
2020
2021
2022
Bulgaria
-
-
-
3
-
3
India
6
3
1
19
29
Malta
-
3
2
2
2
9
Portugal
9
1
2
1
11
24
Slovakia
4
4
-
-
-
8
Thailand
-
1
-
-
-
1
Grand Total
19
12
5
6
32
74
The couple was not living in Malta or Gozo at the time
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jgħid kemm minn dawn huma għall-akkomodazzjoni f’Malta u kemm f’Għawdex? Jista' jgħid mis-sena 2018 sal-lum, sena b’sena, kemm ġew allokati units ġodda lill-applikanti li kienu fuq il-waiting list, f’liema lokalitajiet kienu dawn il-units u jekk f’kull każ dawn il-units humiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà tal-privat li ġew mikrija mill-Gvern għal dan l-iskop?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma fostered fil-preżent u kemm minnhom huma fostered f’familja f’Malta u kemm minnhom f’familji f’Għawdex? Jista' jgħid kull sena mis-sena 2018 sal-lum kemm kien in-numru totali ta' tfal li ġew fostered? Jista' jgħid kemm hemm tfal li bħalissa qed jistennew li jiġu fostered?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent il-fostering placements huma kif qed ikun elenkat hawn taħt:
Malta (0 sa 17-ilsena)
212 -il minuri
Malta (18+)
34 -il maġġorenni
Għawdex (0 sa 17-il sena)
17 -il minuri
Għawdex (18+)
3 maġġorenni
Total
266
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jistennew li jitpoġġew f’foster placement jammonta għal 57 minuri.
Inkompli billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ fostering placements ġodda kull sena, mill-2018 sal-lum, huwa kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Total ta’ Fostering Placements Ġodda fis-Sena
2018
28
2019
22
2020
28
2021
44placementsġodda u 1 li biddel il-placementminħabbaplacement breakdown.
Total 45
2022
24placementsġodda u 1 li biddel il-placementminħabbaplacement breakdown.
Total 25
2023 – sat-13 ta’ Frar
2
Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2017
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2017? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 6005 u tgħid kemm-il dikjarazzjoni ta' serq u tbagħbis ta' meters daħlu għand l-Enemalta minn meta l-Gvern ħabbar maħfra lil min seraq l-elettriku? Tista' tagħti break down skont il-lokalità ta' fejn kienu jinsabu dawn il-meters? Tista' tgħid kemm-il dikjarazzjoni ġiet mingħand negozji u kemm minn djar residenzjali? Min kienu l-membri tal-kumitat li aċċettaw dawn id-dikjarazzjonijiet? Kemm kien l-ammont li l-Gvern irċieva minn dawn id-dikjarazzjonijiet? Min huma l-avukati li qed jirrappreżentaw lill-Enemalta f'dawn il-każijiet u kemm qed jitħallsu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema skema qiegħed jirreferi peress li taħt amministrazzjonijiet differenti kien hemm diversi skemi li saru biex ikun kontrollat is-serq tal-elettriku.
Infakkar lill-Onor. Membru li fl-2006 kienu ġew emendati r-regolamenti dwar il-provvista tal-elettriku sabiex ma jitteħdux passi kriminali jew ċivili kontra persuni li jinstab li bagħbsu l-arloġġi tal-elettriku u minflok seta’ jsir ftehim biex l-Enemalta tiġbor dak dovut lilha fuq stima tal-konsum flimkien ma’ multa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6009 u jgħid x'inhuma l-pakketti finanzjarji li għandhom il-membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pakkett finanzjarju li għandhom il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji jvarja bejn €91.2K u €109.2K.
MFSA – Executive Commitee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6010 u jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Executive Committee?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 18226 tal-Leġiżlatura XIII.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2016? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2015
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2015? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2014
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2014? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li l-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Għaxaq tinfetaħ iktar spiss u jindika x’xogħol ta’ manutenzjoni sar is-sena li għaddiet u x’beħsiebu jsir din is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Għaxaq ser jibda s-servizz ta’ pulizija tal-komunità fiż-żmien li ġej. Ninsab infurmat ukoll illi l-għassa f’Ħal Għaxaq tinfetaħ meta jkun hemm in-neċessità, u l-lokalità hija koperta mir-ronda regulari tal-uffiċjali tat-taqsima tal-RIU, kif ukoll dawk tad-distrett.
Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol – Laqgħat barra minn Malta fuq xogħol ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat matul is-sena li għaddiet barra minn Malta in konessjoni max-xogħol ministerjali u jistax jindika wkoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — laqgħat barra minn Malta fuq xogħol ministerjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba attenda laqgħat matul is-sena li għaddiet barra minn Malta in konessjoni max-xogħol ministerjali u jistax jindika wkoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni fuq is-safar kif mitluba minnu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6061 dwar in-New Water fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kollha u tgħid meta hu mistenni li x-xogħol kollu jiġi konkluż? Tista’ tieħu l-passi neċessarji biex tassigura li fejn diġà tqiegħdu l-pajpijiet, isir ix-xogħol u l-asfalt li baqa' qabel ma sseħħ xi traġedja fl-istess triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet marbutin man-New Water fi Triq Għajn Tuffieħa jinsabu għaddejjin u mistennija jitlestew sal-aħħar ta’ Marzu, fejn imbagħad Infrastructure Malta tkompli l-proġett bl-għoti tal-asfaltar. Il-korporazzjoni tkompli x-xogħol tan-New Water fl-inħawi tal-Imbordin bil-pjan li l-proġett komplut ikun magħluq sa Ġunju.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn skejjel speċjalizzati għal persuni b'diżabilità (Resource Centres)? Liema huma dawn l-iskejjel? Kemm jattendu tfal u żgħażagħ f'kull skola u x'inhi l-età tagħhom għal kull skola separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· San Miguel f’Pembroke fejn hemm 38 student ta’ bejn it-3 snin u l-10 snin,
· Guardian Angel il-Ħamrun fejn hemm 79 student ta’ bejn il-11 u l-15-il sena,
· Helen Keller il-Qrendi fejn hemm 30 student ta’ bejn il-11 u t-22 sena,
· Dun Manwel Attard il-Wardija fejn hemm 108 student ta' bejn is-16 u t-22 sena
· Sannat Special Unit fejn hemm 26 student ta' bejn it-3 snin u t-22 sena