Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti – risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti għandhom risk assessment validu, qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qegħdin taħt investigazzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għal xi raġuni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-OHSA m’għandux l-irwol li jżomm tali records u li fil-preżent hemm żewġ skejjel, waħda tal-Istat u l-oħra privata, li qegħdin taħt investigazzjoni mill-OHSA. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 1397, li tpoġġa fuq il-Mejda fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 92 tat-Tnejn, 27 ta' Frar 2023)

Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti – risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti għandhom risk assessment validu, qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qegħdin taħt investigazzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għal xi raġuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 112-il binja li jaqgħu taħt l-iskejjel tal-Istat, 77 għandhom Risk Assessment validu, filwaqt li l-35 binja l-oħra qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda binja li tinsab taħt investigazzjoni mill-OHSA. L-informazzjoni mitluba rigward skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Work Time Regulations – leave annwali għall-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tabulata ta' dritt għal leave annwali għall-impjegati, skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u l-Liġi Maltija, imqassma mill-Ordni dwar il-"Work Time Regulations”?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Rabat – Triq il-Belt Valletta – dawl mitfi

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex għal ġimgħat sħaħ id-dawl fi Triq il-Belt Valletta, ir-Rabat, ma kienx qed jixgħel u għaliex dan id-dewmien?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5896 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Sptar Mount Carmel – ħlas ta’ pagi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ma tħallsux il-pagi sħaħ f'Jannar lill-istaff tal-Isptar Mount Carmel u meta ser jitħallsu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li l-pagi tal-ħaddiema kollha tħallsu fil-ħin, il-meal allowance ta' numru ta’ impjegati ser jitħallsu mal-paga li jmiss.

Sptar Mount Carmel – staff on call

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm staff li jaħdem on call fl-Isptar Mount Carmel, x'inhi l-pożizzjoni tagħhom (l-impjieg) u f'liema sala jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 47 staff li jaħdem on call fl-Isptar Mount Carmel. It-tabella mehmuża tindika il- pożizzjoni tagħhom. 18 Consultants SSN 5 Allied Health Practitioners – OT Lead Entity Management 5 SNM Manager Security Services 8 Charge nurses Prin. Inspector Health & Safety Senior Practice Nurse Principal Senior Pharmacist Senior Foreman Advanced Pharmacy Practitioner Officer in scale 11 Chief engineer

Sptar Mount Carmel – staff bit-telework

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm staff li jaħdem bit-teleworking fl-Isptar Mount Carmel, x'inhi l-pożizzjoni tagħhom (l-impjieg) u f'liema sala jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mount Carmel hemm 37 impjegat li jaħdem bit-teleworking. It-tabella mehmuża tindika l-pożizzjoni tagħhom u d-dipartiment fejn jaħdmu. No. of Employees GRADE SECTION 1 SEC OFFICE ADMINISTRATOR CUSTOMER CARE DEPARTMENT 1 PRINCIPAL PSYCHOLOGIST CYPS-DEPARTMENT 2 PRINCIPAL LEAVE SECTION 1 EXECUTIVE ALLIED HEALTH PRACT O.T. OT DEPARTMENT 1 MANAGING ALLIED HEALTH OT DEPARTMENT 1 Senior Allied Health O.T OT DEPARTMENT 1 AHPROF-OT OT DEPARTMENT 1 ALLIED HEALTH PRACT-O.T. OT DEPARTMENT-COMMUNITY 2 PRINCIPAL PSYCHOLOGIST PSYCHOLOGY DEPARTMENT 3 PSYCHOLOGY ASSISTANTs PSYCHOLOGY DEPARTMENT 1 CLINICAL PSYCHOLOGIST PRACT PSYCHOLOGY DEPARTMENT 5 PSYCHOLOGISTs PSYCHOLOGY DEPARTMENT 7 PSYCHOLOGY PRACTITIONERS PSYCHOLOGY DEPARTMENT 2 MANAGING PSYCHOLOGISTs PSYCHOLOGY DEPARTMENT 1 PRINCIPAL PA TO OFFICE OF CEO 1 ASSISTANT PRINCIPAL SEC TO CONSULTANTS 1 PRINCIPAL SEC TO CONSULTANTS 2 SENIOR SOCIAL WORKER SOCIAL WORKER DEPARTMENT 1 SOCIAL WORKER SOCIAL WORKER DEPARTMENT - COMMUNITY 2 PRINCIPAL SOCIAL WORKER SOCIAL WORKERS DEPARTMENT

Sptar Mount Carmel – nuqqas ta’ overtime

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex staff mhux qed jingħata ċ-ċans li jaħdem overtime fil-payroll unit tal-Isptar Mount Carmel meta m'hemmx biżżejjed staff biex ilaħħaq mal-ħidma u ħruġ tal-pagi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt preżenti li hemm fis-seħħ tal-iskrivani ġewwa l-isptar Mount Carmel ma jippermettix li impjegati ingaġġati mal-kuntrattur jagħmlu overtime. Ninfurmah ukoll illi ġew ingaġġati skrivani ġodda fis-sezzjoni tas-salarji.

X-ray machines

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn jinsabu l-x-ray machines fis-settur tas-saħħa minbarra l-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi X-ray machines fis-servizz tas-Saħħa tal-Gvern minbarra l-Isptar Mater Dei jinsabu kif indikat hawn taħt: fiċ-Ċentru tal-Mosta fiċ-Ċentru ta’ Raħal Ġdid fiċ-Ċentru tal-Furjana fiċ-Ċentru tal-Gżira fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Qormi. Gozo General Hospital St. Vincent De Paul

It-13-il Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fit-13-il Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda speed camera installata fit-13-il Distrett Elettorali.

Uffiċjali tal-Pulizija f’Għawdex li jagħmlu xogħol marbut mal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija f’Għawdex li huma assenjati full-time fuq ix-xogħol tal-Qorti? Jista' jgħid kemm-il-dispatch driver hemm f’Għawdex fil-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid fl-aħħar sentejn (2021 u 2022) kemm-il riferta ġiet imqassma? Jista' jgħid ukoll l-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti kemm-il entità differenti jkopri? Jista' jgħid jekk kienx hemm talba biex jiżdiedu n-nies f' dan l-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hemm żewġ uffiċjali tal-Pulizija li huma assenjati full-time fuq ix-xogħol tal-Qorti f’Ghawdex, kif ukoll dispatch rider wieħed. Fis-snin 2021 u 2022 tqassmu total ta’ disa t’elef, mija u ħdax il riferta. L-uffiċċju li jieħu ħsieb ix-xogħol tal-Qorti jkopri is-seduti tal-Pulzija li huma dawk tad-Distrett, tat-traffiku, tal-kolliżżjonijiet, tal-familja (aċċess u manteniment), tal-vjolenza domestika, tal-kaċċa u nsib (ALE), appelli u anke l-perizji. Ikopru wkoll is-seduti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Jobs Plus, is-Sanita, Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi, dipartiment tal-VAT, dipartiment tat-taxxa, Awtorita tad-Djar, TM (każijiet tal-baħar) u dawk tat-Trattament Xieraq tal-Annimali. It-tqassim tal-membri fil-Korp isir skond n-neċċessitajiet u eżiġenzi li jkun hemm bżonn.

Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi — proġetti

Question

B'referenza għall-Kummissjoni dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi, jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet tiffunzjona din il-Kummissjoni, min huma l-membri u kemm ġew approvati applikazzjonijiet s'issa? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proġetti approvati mill-Kummissjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6120.

Kuntratturi assenjati ma’ kuntratt mill-Gvern – ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ta' kuntratturi assenjati ma' kuntratt maħruġ mill-Gvern li jaħdmu fuq bażi ta' work from home?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jixtri s-servizz u mhux minn jaħdem dan is-servizz u allura ma hemmx il-ħtieġa li jinżamm it-tagħrif kif mitlub.

Pulizija – persuni li kisru l-paċi pubbliku jew wettqu reati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti minħabba ksur tal-paċi pubblika jew reati simili fil-Belt Valletta matul is-sena 2022? Jista’ jgħid nhar ta’ Sibt filgħaxija xi preżenza qed ikun hemm, jekk qed ikun hemm, fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta tal-forzi tal-bon ordni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2022 fil-Belt Valletta kien hemm sitt persuni li tressqu l-Qorti minħabba ksur tal-paċi pubblika jew reati simili. Dwar il-preżenza ta’ Pulizja li jkun hemm il-Belt u li jkopru wkoll it-toroq prinċipali fil-weekend, ikun hemm numru ta’ uffiċjali mill-għassa tal-istess Distrett, uffiċjali mit-Taqsima tal-Pulizija tal-Komunità u minn taqsimiet oħra. Dan barra mir-ronda regulari li ssir minn uffiċjali tat-taqsima tal-RIU.

Direttiva (EU) 2020/1828

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet il-ħidma dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva (EU) 2020/1828 li suppost kellha tiġi trasposta fil-Liġi Maltija sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Abbozz ta’ Liġi rigward it-traspożizzjoni tad-Direttiva (EU) 2020/1828 għandha titressaq quddiem il-Parlament fiż-żmien qarib.

Transport Malta – rapporti permezz ta’ SMS dwar emissjonijiet ta’ duħħan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6000 u jgħid kemm-il rapport b’SMS daħal għand Transport Malta dwar emissjonijiet ta’ duħħan minn karozzi fl-2022 u jgħid kemm ittieħdu azzjonijiet f’dan ir-rigward? Kemm-il karozza m'għaddietx mit-test? Kemm jiswa SMS?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 Transport Malta irċeviet 326 rapport ta’ vetturi b’emissjonijiet ta’ duħħan eċċessiv. Ittieħdu azzjonijiet fuq l-ammont kollu ta’ vetturi kif wieħed jista’ jara fit-tabella ta’ hawn taħt, ukoll ġiet imposta restrizzjoni fuq il-liċenzja ta’ 90 vettura li naqsu li jidhru għall-ispezzjoni. PQ 6000 Emission tests Called for test Passed Failed No Show (Restricted License) 326 141 95 90

Transport Malta – pubblikazzjoni tal-prezz għall-VRT test

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6001 u jippubblika l-prezz għall-VRT test għal kull tip ta’ vettura mill-2016 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tmien Skeda tar-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.15), li fiha hemm ippublikati d-drittijiet tal-VRT għall-kategoriji kollha ta’ vetturi bil-mutur. L-istess Skeda turi d-drittijiet li kienu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2019, dawk li kienu applikabbli bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2022, u dawk li huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2023.

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, nagħmel użu minn karozza waħda, tal-għamla Mercedes Benz 220D. Wara talba għall-kwotazzjonijiet, din tinkera għall-prezz ta’ €27.97 kuljum.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali użata minni hi tal-għamla Mercedes Benz E220 D, li tinkera għal €27.50 kuljum (VAT inkluż). Minbarra hekk, kontra dak li qed jiġi ssuġġerit, ma jsir l-ebda użu minn second car.