Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sheltered accommodations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni meta x-sheltered accommodations huma mimlijin? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan biex jiżdiedu sheltered accommodations oltre dak li nfetaħ – dar Il-Milja, fiż-Żejtun – li huwa second stage shelter?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn seba’ (7) shelters għall-vittmi ta’ vjolenza domestika. Erbgħa (4) minn dawn ix-shelters huma esklussivament għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u joffru 33 post għall-vittmi u wliedhom. Minbarra dawn hemm tliet (3) back-up shelters li mhumiex esklussivament għall-vittmi ta’ vjolenza domestika imma jospitaw nisa bi problemi soċjali oħra u allura f’każ ta’ bżonn jintużaw għall-vittmi ta’ vjolenza domestika wkoll. F’dan il-back-up shelters hemm 35 sodda. L-ispiża totali għat-tmexxija ta’ dawn ix-shelters kollha u li hija ffinanzjata kollha direttament mill-Gvern hija ta’ € 1,702,324 fis-sena. Ovvjament, l-FSWS bħala l-entità tal-Gvern li hija responsabbli li tassigura l-provvediment tas-servizzi soċjali, inklużi dawk ta’ vjolenza domestika, tiġbor tagħrif statistiku kontinwament biex jekk tinħass il-ħtieġa ta’ aktar shelters tinforma b’ dan lill-Ministeru bil-għan li jsir il-capacity building meħtieġ.

Ħal Qormi – Ġnien Vjal de la Cruz – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar xogħol ta' manutenzjoni fi Ġnien Vjal de la Cruz, Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol sar matul l-2022 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 6451, ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li l-istess Kunsill fil-perjodu minnu msemmi ħa ħsieb it-tindif u ż-żamma fi stat tajjeb tal-ġnien imsemmi.

Ħal Qormi – Triq l-Imdina – fawran tad-drenaġġ kawża tal-ilma tax-xita

Question

Peress li fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi hemm problema kbira għax malli tagħmel ħalba xita jfur id-drenaġġ b’detriment lejn is-saħħa tar-residenti Qriema, lejn il-komunità kummerċjali u kull min jaħdem u jiffrekwenta din iż-żona, u billi ta’ min jinnota li fl-aħħar snin il-Ministeru responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura wettaq xogħol ġdid f’din it-triq, tista’ l-Ministru tispjega x’tip ta’ xogħol qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata? Tista’ tindika wkoll meta din il-problema se tiġi riżolta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Tajjeb nippreċiża li s-sistemi tad-drenaġġ f’Malta qatt ma kienu ddisinjati sabiex jieħdu fihom ilma tax-xita u fil-fatt mhuwiex permess li ilma minn btieħi u bjut jintefa fis-sistema tad-drenaġġ. Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma xorta waħda għaddejja bi proġetti biex tikber il-kapaċità ta’ dawn is-sistemi, bħalma għaddej biswit il-korsa taż-żwiemel. Dan il-proġett mistenni li jkollu effett, fiż-żona msemmija u l-madwar.

Ħal Qormi – Triq l-Imdina – fawran tad-drenaġġ kawża tal-ilma tax-xita

Question

Peress li fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi hemm problema kbira għax malli tagħmel ħalba xita, ifur id-drenaġġ b’detriment lejn is-saħħa tar-residenti Qriema, lejn il-komunità kummerċjali u kull min jaħdem u jiffrekwenta din iż-żona, u billi ta’ min jinnota li fl-aħħar snin il-Ministeru responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura wettaq xogħol ġdid f’din it-triq, jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ xogħol qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata? Jista’ jindika wkoll meta din il-problema se tiġi riżolta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844 u 6251 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni – pulizija preżenti waqt li jkunu għaddejjin inkjesti maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta jseħħu inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni u jkunu għaddejjin inkjesti maġisterjali, hux qed ikun hemm pulizija stazzjonat fuq l-istess siti u jekk dan il-pulizija jibqax hemm sa meta tintemm l-inkjesta? Jekk iva, kemm hemm siti li bħalissa għandhom għassa magħhom? Liema huma dawn is-siti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi din l-ordni tkun fid-diskrezzjoni tal-Maġistrat Inkwerenti.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar — nefqa fuq faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6070 u jgħid fiex intefqu jew se jintefqu s-€60 miljun li ġew iddedikati għar-rinovazzjoni ta’ faċilitajiet eżistenti kif ukoll għall-bini ta’ oħrajn ġodda bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għandhom isiru f’Malta iktar tard matul din is-sena? Liema faċilitajiet se jitwettqu b’din in-nefqa u kemm kienet jew kemm se tkun in-nefqa fuq kull faċilità? Liema minn dawn il-faċilitajiet tlestew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern investa fil-faċilitajiet sportivi mhux biss għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, imma anke biex dan il-Logħob iħalli legat lil kull sport ieħor. Kull faċilità se tkun użata biex l-isportivi u l-atleti ta’ pajjiżna jkollhom faċilitajiet fuq livell internazzjonali fejn jitħarrġu u jipprattikaw l-isport tagħhom. Dan huwa pjan li nħadem fuq erba’ snin u se jkompli għaddej bħala parti mill-viżjoni tal-Gvern għal dan is-settur. L-Investiment imsemmi jinkludi: Il-Matthew Micallef Athletics Stadium fil-Marsa, Il-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali, Il-Pixxina tas-Sirens, Shhoting Range f’ Ta’ Kandja, Titjib fil-Kumpless Sportiv f’’ Ħal Kirkop Titjib fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, Il-Pixxina ta’ daqs Olimpiku fil-Kottonera, Il-Padiljun tal-Ġinnastika tal-Marsa, Padiljun ta’ Squash u Weightlifting fil-Marsa, Titjib fil-Kumpless Sportiv f’Għawdex, u l-Kumpless tar-Rugby f’Kordin, Padiljun tal-Handball, Kumpless Sportiv f’Maria Assunta li jinkludi Akkademja tas-Snooker, Ċentru tat-Tennis f’Pembroke. Dawn il-proġetti kollha jikkumplimentaw l-għajnuna rekord li ta l-Gvern lill-atleti Maltin kollha biex jippreparaw b’mod tekniku għal dan il-logħob, li jinkludu: €2.7 miljun f’assistenza diretta għall-4 snin minn SportMalta, €5 miljun mill-NDSF għal Sport Malta sabiex atleti Maltin iħejju ruħhom għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2022? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2021? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2020? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Marsa – Triq Aldo Moro – waqfien fit-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6360 u jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni jew rapport ippreparat wara li kien hemm waqfien fit-traffiku nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 mit-3.30 p.m sas-6.30 p.m fi Triq Aldo Moro, il-Marsa u t-toroq l-oħrajn? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu sabiex it-traffiku li weħel f’diversi partijiet tal-gżira, l-iktar fin-naħa t’isfel, jiġu mċaqilqa fuq toroq oħrajn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kompitu tal-Pulizija li jagħmlu investigazzjoni ta’ kif ġara il-każ, u jekk ikun il-każ is-segwenti passi li għandhom jittieħdu. Infurmat ukoll li Transport Malta ħadet azzjoni immedjata meta ġara l-inċident billi ġew assenjati l-uffiċjali tas-sezzjoni tal-muturi u l-operational response unit assistiti mill-Pulizija u LESA f’postijiet strateġiċi sabiex jiġi devjat u maniggjat it-traffiku. Bl-assistenza tal-uffiċjali ta’ Transport Malta u l-entitajiet l-oħra, it-triq bi tliet karreġġjati nżammet dejjem miftuħa fuq karreġġjata waħda. Meta ippermetta, u kien possibbli it-triq bdiet taħdem fuq żewġ karreġjati u biex jitnaqqass il-volum ta’ traffiku fi żona milquta saru devjazzjonijiet fit-toroq tal-madwar fejn prinċiparjament: Ġie devjat it-traffiku li kien gej mis-South minn Santa Luċija lejn Triq Garibaldi u jkompli ghal hdejn ic-Ċimiterju tat-torok ghall-Hal Qormi lejn Marsa-Hamrun bypass, kif ukoll lejn Ħaż-Żebbuġ. Ġie devjat parti mit-traffiku li kien ġej minn Triq Aldo Moro għal mar-roundabout imsejħa tas-suffarini lejn Albert Town, il-Menqa u Blata l-Bajda.

Fgura – Triq il-Kampanella – xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6358, jista’ l-Ministru jara u jikkonsidra mill-ġdid it-talba sabiex Triq il-Kampanella, Fgura, issir, billi fil-leġiżlatura preċedenti kien hemm impenn li din se ssir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6358, Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż il-Kunsill Lokali tal-Fgura, u rċeviet lista ta’ prijoritajiet għal-lokalità. Id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule – xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid? Jista’ jgħid almenu jekk sal-aħħar tal-leġiżlatura preżenti dan hux ser ikun konkluż?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat ghad-domanda parlamentari 4461.

Raħal Ġdid – Triq Ninu Cremona – tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozza minn fuqha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi l-istess Kunsill għaddej bid-diskussjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ tiswijiet li huma meħtieġa b’rabta mas-suġġett inkwistjoni.

Raħal Ġdid – Triq Ninu Cremona – tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozza minn fuqha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fgura – Triq il-Kampanella – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1198 u 5700, tista’ l-Ministru tara li x-xogħol ma jdumx ma jsir fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, għax kull darba li tinżel ix-xita l-garages tar-residenti jsiru mhux operabbli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin fl-imsemmija triq. Dan huwa xogħol intensiv li jinvolvi wkoll konnessjonijiet ma’ sistemi ta’ drenaġġ f’toroq oħra. Ix-xogħol qed isir b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li min-naħa tagħhom qed iwettqu wkoll xogħlijiet prinċipali f’din it-triq.

Marsaxlokk – qlugħ tal-Floating Storage Unit — spiża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa fi flus l-operazzjoni li biha l-Floating Storage Unit (Armada LNG Mediterrana) ġie maqlugħ minn mal-jetty f'Marsaxlokk biex inħareġ 'il barra fuq l-istorm moorings u biex ittieħed lura f'postu u reġa' tqabbad mal-jetty biex jerġa' jibda jforni l-gass?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ma toħroġ l-ebda flus għall-proċedura li qed jirreferi għaliha.

Tanker Armada LNG Mediterrana

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-proċess li bih it-tanker Armada LNG Mediterrana jinqala' minn mal-jetty jinvolvix automatic decoupling, jew huwiex manwali? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura dettaljata li biha dan it-tanker jinqala' minn mal-jetty u jiġi winched fuq l-istorm moorings?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 6536.

Persuni eleġibbli għall-Blue Badge

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom jiġi deċiż jekk persuna hijiex eleġibbli għall-Blue Badge? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kriterji?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għall-Att 560 tal-2017, artikolu 13, fejn wieħed jista’ jsib il-kriteriji tal-eleġibilità biex wieħed ikun jista’ japplika għall-Blue Badge.