Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — karozza uffiċjali u s-second car tagħha
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tagħha? Tista' tgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li tuża hi u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, tista' tgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tagħha; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21504.
Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed nagħmel użu mill-karozza privata tiegħi mingħajr ma nieħu ebda forma ta’ kumpens jew allowance ta’ dan.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għamla tal-karozza uffiċjali tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ u l-Innovazzjoni hi BMW 530E IPERFORMANCE. Din il-karozza qed tinkera €13,200 kull sena mingħand J.Zammit Ltd.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Ministru m’għandux second car.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2019 sal-lum kemm kienet l-ispiża totali fuq grawnds tal-futbol f’Għawdex min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull grawnd partikolari u x’kien ix-xogħol li sar? Jista' jgħid ma’ kull grawnd tal-futbol f’Għawdex kemm hemm ħaddiema assenjati mill-Ministeru għal Għawdex jew minn xi skema u x’inhu x-xogħol ta' kull ħaddiem? Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol fadal isir fuq il-grawnds tal-Qala u tan-Nadur u meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi – arbitri u każijiet deċiżi
Question
B’referenza għall-Avviż Legali Nru 15 tal-2023, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-rimunerazzjoni lill-arbitru ta’ ħlas ta’ €150 għal kull każ hijiex irrispettivament min-numru ta’ seduti li jsiru f’kull każ? Tista’ l-Ministru tgħid kemm attwalment hemm arbitri fir-rigward tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi, u f’kull każ meta tiġi fi tmien il-ħatra ta’ kull wieħed minnhom? Tista’ tgħid ukoll tul l-2022 kemm ġew deċiżi każijiet mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi u f’kemm minn dawn il-każijiet ġew ukoll mogħtija danni morali a tenur tal-artikolu 21 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ €150 għal kull każ huwa irrispettivament min-numru ta’ seduti li jsiru mill-Arbitri. L-Avviż Legali 15 tal-2023 huwa ċar f’dan ir-rigward fejn jgħid li din ir-rata tapplika għal kull każ, kemm jekk deċiż, ċedut jew irtirat u ma hemmx referenza għan-numru ta’ seduti.
Rigward l-informazzjoni mitluba fuq l-Arbitri tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi, ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm sitt arbitri u hawn taħt hawn id-dettalji mitluba, inkluż it-tmiem tal-ħatra ta’ kull arbitru:
· Dr. Martha Mifsud - 10 ta’ Mejju 2023
· Dr. Michela Spiteri - 16 ta’ Ġunju 2023
· Dr. Mattia Felice - 5 ta’ Settembru 2024
· Dr. Charmaine Cherrett - 11 ta’ Diċembru 2025
· Dr. Deborah Schembri - 11 ta’ Diċembru 2025
· Dr. Richard Sladden - 22 ta’ Jannar 2026
Bħala risposta għall-aħħar mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 ġew deċiżi ħamsa u sebgħin (75) każ u ma kien hemm l-ebda każ fejn ġew mogħtija danni morali a tenur l-artikolu 21 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
B’referenza għall-proġett ta' permanent link bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid:
a. fl-aħħar tmien xhur xi żviluppi kien hemm fejn jidħol dan il-proġett;
b. liema studji hemm għaddejjin meta jwieġeb din il-mistoqsija u min qed jagħmel dawn l-istudji;
ċ. jekk fl-aħħar tmien xhur kienx hemm xi studji li ġew konklużi; u
d. jekk kien hemm studji konklużi, liema kienu dawn l-istudji, min għamilhom u jistax iqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif spjegat b’mod dettaljat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 22403 kif ukoll għall-Mistoqsija Parlamentari 171, fix-xhur li għaddew intemm l-ewwel stadju (pre-qualification questionnaire) tal-għażla tal-kuntratturi li ser jibnu u joperaw din l-infrastruttura ġdida, meta nħarġet l-ewwel rakkomandazzjoni. Madankollu, kif diġà spjegat lil din il-Kamra, tnejn mill-offerenti l-oħrajn issottomettew appell biex joġġezzjonaw għar-rakkomandazzjoni li huma ma jimxux għat-tieni stadju tal-proċess. Dawn iż-żewġ appelli għadhom fil-proċess li jinstemgħu mill-Public Contracts Review Board. Il-proċess tal-għażla jidħol fit-tieni fażi tiegħu meta jkun hemm deċiżjoni dwar dawn l-appelli.
Sadanittant, kif spjegat ukoll fit-tweġibiet għall-Mistoqsijijiet Parlamentari indikati aktar kmieni, l-esperti mqabbdin biex jistudjaw dan il-proġett u jħejju l-environmental impact assessment tiegħu, qed jaħdmu fuq micro simulation model li janalizza l-effetti tal-mina l-ġdida fuq il-junctions u t-toroq tal-madwar. Kif diġà għedna kemm-il darba, ladarba jitlestew il-proċessi tal-għażla tal-kuntratturi u l-istudji relatati, l-istudji kollha li qed isiru jew li għad iridu jsiru jiġu ppubblikati għall-konsultazzjoni pubblika, hekk kif jitlob il-proċess stabbilit biex ikun determinat il-permess finali għall-proġett mill-awtoritajiet tal-ambjent u l-ippjanar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3713 u 4798 kollha kemm huma (intiera) u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn Manager, Manager I u Manager II ’il fuq fil-Ministeru għal Għawdex, bid-dettalji tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull uffiċjal u kemm ilhom (inkluż snin u xhur) f'din il-kariga?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 3713.
Mġarr, Marsalforn u x-Xlendi, Għawdex – “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities”
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 3634, 3823 u 4601 dwar is-sejħa li ħareġ il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat għal “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities situated at Mġarr, Marsalforn and Xlendi, Gozo” jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija intera (kollha kemm hi) u jgħid ukoll min kien qed joffri dan is-servizz, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 3823 u 4601.
Ministeru għal Għawdex – applikazzjoni għall-proġetti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru mill-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union', kemm ingħata flus s’issa u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6012 u jgħid kemm daħlu rapporti għand il-Whistleblower tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Whistleblowing Reports Unit fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) irċeviet 22 rapport mill-2015 sal-lum taħt l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informant (Kap. 527).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6013 u jgħid min hu jew huma l-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li għandhom aċċess għall-email, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċjali li għandhom aċċess għall-email dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta (Whistleblowing Reports Unit) fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji huma uffiċjali responsabbli għall-investigazzjonijiet ta’ allegat ksur ta’ liġijiet u regoli rilevanti.
Minħabba s-sensittività tal-funzjoni u raġunijiet ta' protezzjoni tad-data d-dettalji tal-uffiċjali mhux qed jingħataw.
MFSA – emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6016 u jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar 2023? Jista' jgħid min fi ħdan l-MFSA jiddeċiedi jekk mistoqsijiet jiġux mwieġba jew le?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu indikat kien hemm disa’ talbiet li ma ġewx imwieġba.
Il-persuni fi ħdan l-Awtorità li jieħdu deċiżjonijiet marbutin ma’ tweġibiet għall-mistoqsijiet mill-midja ivarjaw minn każ għal ieħor, skont is-suġġett tal-mistoqsija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6008, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju ta’ dawk l-ufficjali tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li huma wkoll membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li jipparteċipaw bħala membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan l- FIAU ma jitħallsux talli huma jiġu appuntati u jaħdmu bħala membri tal-Compliance Monitoring Committee.
Dawn l-impjegati jirċievu s-salarji skont it-tabella t'hawn isfel fil-qadi tad-dmirijiet kollha tagħhom ġewwa l-FIAU:
Senior Officer
EUR 33,750
Manager
EUR 41,500
Senior Manager
EUR 52,750
Head
EUR 66,600
Deputy Director
EUR 73,000
Director
EUR 83,000
FIAU – Compliance Monitoring Committee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Compliance Monitoring Committee?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet.
MFSA – Executive Committee – rapporti mill-pubbliku ta’ kunflitt ta’ interess
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienx hemm rapporti mill-pubbliku ta' kunflitt ta' interess li seta' kellhom jew għandhom membri tal-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)? X’passi ħadet l-MFSA dwar dawn ir-rapporti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-Mezzi uffiċjali fejn il-pubbliku jista’ jressaq ilment fuq l-MFSA u l-operat tagħha huwa permezz tal-websajt pubbliku uffiċjali tal-MFSA. Madanakollu l-ebda rapporti ma ġew ippreżentati mid-data meta ġie ffurmat il-Kumitat sal-lum.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għas-Saħħa u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u l-entità li taqa’ taħtu jamministraw paġna kull wieħed fuq Facebook. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-faċċata rispettiva ta’ dawn iż-żewġ paġni.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Isem il-Ministeru: Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Ministeru/Entita'
Isem Direttorat jew Dipartiment
Isem tal-Paġna
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Ministry Secretariat
Familja
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Department of Social Security
Department of Social Security - Malta
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Positive Parenting
Positive Parenting Malta
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
The Meeting Place
The Meeting Place
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Ġemma
ĠEMMA - Know, Plan, Act.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Welfare Committee
Welfare Committee Malta
Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)
Foundation for Social Welfare Services
Foundation for Social Welfare Services
Uffiċċju tal-Kummissjarju tat-Tfal
Commissioner for Children
Commissioner for Children, Malta
Qed inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra, dokument bi screenshots tal-paġni kollha msemmija, għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant.