Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tal-jetty li jintrabat miegħu l-Floating Storage Unit (Armada LNG Mediterrana) f'Marsaxlokk meta jkun qed iforni l-gass għall-użu tal-power stations?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Terminal ta’ Rigassifikazzjoni tal-LNG ta’ Delimara li jinkludi l-moll u l-Floating Storrage Unit (FSU), għadda, u dan kien suġġet għal standards u spezzjonijiet minn organizzazzjoni rikonoxxuta (Recognised Organisation/Classification Society) waqt il-fażi tal-kummissjonar, bħala parti mill-proċess biex it-terminal kollu kemm hu jibda jaħdem. It-tagħmir anċillari huwa suġġet għal spezzjonijiet regulari. Iċ-ċertifikazzjoni relatata nħarġet għalhekk minn Bureau Veritas.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-progress tal-wegħda elettorali għall-bini ta' Arkivju Nazzjonali ġdid f’Ta’ Qali - proġett li jinkludi fih il-faċilitajiet moderni meħtieġa għall-preservazzjoni tal-patrimonju arkivistiku ta' pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hemmx xi ħjiel dwar meta se jibda jittella’ dan il-bini u meta hemm hu maħsub li jitlesta u jibda jopera?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' impjegati f'Malta li huma msieħba f'xi waħda mill-Unions irreġistrati mar-Reġistratur tal-Unions?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li skont dak li l-Unions li huma rreġistrati mar-Reġistratur tat-Trade Unions iddikjaraw, dawn għandhom 107,983 membri imsieħba magħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn Unions reġistrati mar-Reġistratur tal-Unions f'Malta u jagħti lista tagħhom u d-data ta' meta kienu reġistrati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li preżentement hemm tnejn u erbgħin (42) trade union li huma rreġistrati mar-Reġistratur tat-Trade Unions u fit-tabella t'hawn taħt qiegħed ngħaddi l-lista tagħhom u data tar-reġistrazzjoni.
Isem tat-Trade Union
Data tar-Reġistrazzjoni
Malta Union of Teachers
15/07/1945
General Workers Union
13/05/1946
The Lotto Receivers Union
31/07/1961
Union Ħaddiema Magħqudin
08/10/1966
Malta Union of Bank Employees
22/05/1972
Kamra tal-Ispiżjara ( Trade Union ) / aka Malta Chamber of Pharmacists
16/06/1978
Airline Pilots Association Malta
04/08/1980
Malta Union of Tourist Guides
19/03/1981
The Medical Association of Malta
08/04/1982
Union of Cabin Crew
04/10/1988
Enemalta Professional Officers Union
30/07/1990
Malta Union of Midwives and Nurses
31/10/1990
Union Ħaddiema Bank Ċentrali
26/02/1993
Union tal-Professjonisti fl-Ambjent u l-Ippjanar ( UPAP )
25/10/1994
Malta Air Traffic Controllers Association
17/09/1998
Energy Senior Staff Union
15/02/1999
Association of Airline Engineers ( Malta ) ( AAE )
04/03/1999
University of Malta Accademic Staff Association
05/05/2004
Malta Dockers Union
05/09/2006
Għaqda Professjonisti tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma
19/10/2007
Union Technical and Clerical MEPA
27/06/2008
Union Ħaddiema Università ta’ Malta
23/02/2010
Malta Association for the Counselling Profession
12/08/2015
Malta Police Union
12/8//2015
Association of Airline Operations Controllers (Malta)
05/10/2015
Police Officers Union
02/11/2015
Malta Association of Family Therapy and Systematic Practice
08/08/2016
Malta Chamber of Psychologists
24/08/2016
Union tal-Protezzjoni Ċivili
21/06/2017
Independent Bankers Union - Voice of the Workers
21/06/2017
Union of Professional Educators
20/02/2018
Union Periti u Inginiera tas-Settur Pubbliku
05/07/2018
Malta Association of Professional Engineers
04/07/2019
Union Law Courts Employees
30/01/2020
Malta Tug Crew Union
19/05/2020
Midwives of Malta – Voice of the Workers
10/07/2020
Unjon Professjonisti tal-Wasteserv
27/04/2021
Union of MTA Employees
13/07/2021
Allied Health Care Worders Union
24/11/2021
Union of AGV Malta Employees
06/09/2022
Union of Health and Safety Practitioners
12/01/2023
Union of C.A.M.C. Security Personnel
16/01/2023
Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel tal-Istat, inkluż dawk li jservu fid-Direttorati responsabbli mill-edukazzjoni u kemm huma l-impjegati f’kull grad?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti li jattendu l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Istat skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju), tal-Knisja skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju), u Indipendenti skont il-livell (Kindergarten, Primarju, Medju u Sekondarju)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Stat
Knisja
Indipendenti
Kindergarten
5,919
1,009
1,583
Primarju
15,909
7,577
3,814
Medju
4,903
3,008
939
Sekondarju
7,457
4,491
1,293
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn l-MCAST u Teatru Malta biex dawn tal-aħħar jużaw partijiet mill-MCAST bħala uffiċini? Jista’ jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex fuq il-Bord tat-Teatru Manoel u jekk iva, jgħid jekk dan hux ikkunsidrat bħala kunflitt ta’ interess ladarba kien l-istess individwu li nnegozja sabiex Teatru Malta jużaw partijiet mill-MCAST għall-użu tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Filwaqt li l-individwu msemmi jgħamel parti mill-Bord Maniġerjali ta’ Teatru Manoel, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kunflitt t’interess, għaliex waqt li qed jiġi massimizzat l-ispazzju tal-MCAST għal benefiċċju tal-istudenti, Teatru Malta kif ukoll l-MCAST ser ikunu qed joħolqu aktar opportunitajiet għall-istudenti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST f’Raħal Ġdid u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST f’Raħal Ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Malta Freeport Terminals – irbit tal-vapuri mal-mollijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy, l-istandard jew il-prattika użata dwar kif (id-direzzjoni) jorbtu l-vapuri mal-mollijiet tal-Malta Freeport Terminals, għaliex ħafna drabi dawn jorbtu bil-poppa u għalhekk il-magni u l-ħsejjes ikunu l-eqreb lejn l-abitant? Hemm possibbiltà li din il-prassi tinbidel b'tali mod li l-ħsejjes ikunu l-aktar ’il bogħod possibbli mir-residenti, dejjem jekk l-istandards u r-regoli tal-marittimu u tas-sigurtà jippermettu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-lista ta' mediċini li l-Gvern qiegħed jagħti b'xejn lill-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tal-Fibromyalgia?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medicini li l-Gvern jagħti b'xejn lill-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tal-Fibromyalgia huma:
Amitriptyline 10mg & 25mg tablets
Pregabalin 75mg, 150mg & 300mg capsules
Tramadol 50mg capsules
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess biex id-Dipartiment tal-Kura Primarja jsib sit adegwat għal ċentru komunitarju ġdid f’Birżebbuġa? Jekk is-sit diġà ntgħażel, jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex tal-Gvern jew tal-privat, fejn ser tkun il-Klinika fil-Komunità l-ġdida ta’ din il-lokalità, meta ser tinfetaħ din il-klinika f'Birżebbuġa, kemm-il spazju ta' parkeġġ hemm biswit, kemm ser ikun l-investiment inizzjali, x'ser ikunu s-servizzi li ser ikunu offruti u meta ser ikunu l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit il-ġdid tal-Klinka fil-Komunità ta’ Birżebbuġa jinsab fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa, u dan intgħażel wara li saret sejħa pubblika għall-offerti.
Huwa ppjanat li l-Klinka fil-Komunità ta’ Birżebbuġa tkun lesta lejn l-aħħar tal-2023.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5570 u jgħid liema tip ta' operazzjonijiet u kemm minn kull tip ġew posposti mill-1 ta' Jannar 2023 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija fl-Isptar Mater Dei u x'kienet ir-raġuni prinċipali għal kull tip ta' operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Settembru u Novembru tal-2022, f’26 jum saru 4055 operazzjonijiet f’Mater Dei. Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 2023 ġew posposti 166 operazzjoni u r-raġunijiet prinċipali kienu dawn:
1. Il- pazjent ma jiġix għall-operazzjoni.
2. Minħabba xi kontraindikazzjoni medika.
3. Il-pazjent irrifjuta l-operazzjoni.
4. Ikun hemm operazzjonijiet fuq l-istess lista li jkunu damu iżjed milli kien mistenni.
5. Il-pazjent ma kellux bżonn l-operazzjoni, għaliex il-kundizzjoni tiegħu tkun inbidlet.
6. Minħabba li jkun hemm xi każ urġenti li jkun irid jiġi operat minnufih.
7. Il-pazjent ma jkunx ippreparat sew għall-operazzjoni, eż. ma jkunx sajjem.
Awtorità li tissorvelja s-saħħa u s-sigurtà fl-ispazji pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema hija l-awtorità li tissorvelja s-saħħa u s-sigurtà fl-ispazji pubbliċi, inkluż fil-playing fields, u jelenka lista tal-istandards nazzjonali u internazzjonali użati għal dan l-iskop?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Liġijiet / linji gwida li għandhom jiġu segwiti mis-social workers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ liġijiet u/jew linji gwida uffiċjali li s-social workers għandhom isegwu f'każijiet ta' vjolenza domestika li jiltaqgħu magħhom? Jista' l-Ministru jgħid liema huma u fejn jistgħu jinstabu l-linji gwida u/jew proċeduri li għandhom isegwu s-social workers meta jiltaqgħu ma’ każijiet ta' vjolenza domestika u kif tali każijiet għandhom jiġu rrapportati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Entità responsabbli minn regoli ta' Health & Safety u Fire Exits fil-komun ta' binjiet residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli li tinforza regoli relatati ma' Health & Safety u Fire Exits tal-komun ta' binja residenzjali, inkluż tal-area ta' garaxxijiet li jkunu taħt l-art?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proċess ta’ kull applikazzjoni, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-obbligu li tikkonsulta ma’ entitajiet oħrajn, biex l-iżvilupp konċernat ikun regolat f’dan ir-rigward.
Kull entità tingħata 30 ġurnata biex tirrispondi u fin-nuqqas ta’ risposta jitqies bħala li mhemmx oġġezzjoni għal dak propost fl-iżvilupp. F’każ li jintalbu miżuri addizzjonali jew emendi għal dak propost, tali rakkomandazzjonijiet jittieħdu mill-Awtorità biex jiddaħħlu parti mill-permess. L-infurzar ta’ tali miżuri tkun responsabbiltà tal-entità konċernata li talbithom.
Jista’ l-Ministru jelenka l-gradi differenti tal-impjegati fl-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja ta’ dawk kollha li s-salarji tagħhom huma rimborsati mill-Gvern u kemm huma l-impjegati f’kull grad?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.