Jista' l-Ministru jikkonsidra li d-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali jerġa' jibda jinforma lill-anzjani permezz ta' SMS meta dawn tkun daħlitilhom il-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma waqqafx is-servizz li jintbagħat SMS lill-benefiċjarji.
Minn aktar investigazzjoni rriżulta li sar xi upgrade fuq is-sistema minn terzi li jieħdu ħsieb li l-SMSs jitwasslu lis-service provider tal-benefiċjarji, fejn dan affettwa li l-benefiċjarji ma waslulhomx l-SMSs.
Qegħdin isiru l-komunikazzjonijiet meħtieġa biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal.
Rabat — Skola Primarja - allokazzjoni ta' studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li kienu jattendu l-Iskola Primarja tal-Imtarfa u li issa qegħdin jattendu l-iskola tal-Imsida humiex se jiġu allokati fl-Iskola Primarja "A" fi Triq il-kulleġġ, ir-Rabat, f'Settembru li ġej?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena skolastika li jmiss, l-istudenti msemmija ser jiġu allokati fl-Iskola Primarja “A” tar-Rabat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5149 u jgħid kemm hemm persuni f’Malta/Għawdex li huma fuq is-servizzi soċjali? Jista’ jagħti l-kategoriji kollha ta’ dawn is-servizzi soċjali u jgħid kemm hemm persuni f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema servizzi soċjali qiegħed jirreferi. Is-servizzi soċjali li jingħataw mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli huma ħafna minbarra li hemm servizzi soċjali mogħtija minn Ministeri oħra.
Fid-dawl li fi ftit taż-żmien ieħor wieħed jista’ jagħmel użu tal-Kannabis, jista’ l-Ministru jgħid jekk wieħed jistax isuq il-vettura fit-triq wara li jkun għamel użu mill-Kannabis? Ser ikun hemm xi testijiet bħalma jiġri fl-użu tal-alkoħol? Ser jibqa’ illegali li wieħed jagħmel użu tas-sustanzi u jsuq vetturi? Kif wieħed jista’ jserraħ rasu li meta jkollu t-tfal l-iskola fuq vannijiet tal-iskola jew jagħmel użu minn taxi/cabs/vannijiet privati, is-sewwieq ma jkunx taħt effett ta’ din is-sustanza?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ir-riforma fil-liġi hija intiża li tnaqqas l-istigma soċjali u ma tibqax tistma ta’ kriminal lil min jagħmel użu personali responsabbli tal-kannabis. Fl-istess ħin il-liġi tipprovdi l-prekawzjonijiet biex jiġu protetti l-minuri, s-saħħa pubblika u l-ordni pubblika. Il-liġijiet marbuta mas-sewqan ma nbidlux f’dan ir-rigward u dak li kien illegali u projbit għadu llegali u projbiet. Fl-istess waqt, il-Gvern jibqa’ kommess li wara diskussjonijiet u konsultazzjonijiet ikompli jsaħħaħ is-sigurta’ fit-toroq.
Fid-dawl li fi ftit taż-żmien ieħor wieħed jista’ jagħmel użu tal-Kannabis, jista’ l-Ministru jgħid jekk wieħed jistax isuq il-vettura fit-triq wara li jkun għamel użu mill-Kannabis? Ser ikun hemm xi testijiet bħalma jiġri fl-użu tal-alkoħol? Ser jibqa’ illegali li wieħed jagħmel użu tas-sustanzi u jsuq vetturi? Kif wieħed jista’ jserraħ rasu li meta jkollu t-tfal l-iskola fuq vannijiet tal-iskola jew jagħmel użu minn taxi/cabs/vannijiet privati, is-sewwieq ma jkunx taħt effett ta’ din is-sustanza?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5711 u jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fl-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn għadhom pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet qed titlob aktar żmien biex tiġi kkompilata t-tweġiba u tingħata tweġiba meħtieġa bi preċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt tas-sussidjarja tal-Air Malta għat-trasferiment tas-Selmun Palace mingħand is-sussidjarja tal-Air Malta għal għand il-Gvern fl-24 ta' Marzu 2016?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa min qed jokkupa l-kariga ta’ CEO tal-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS), minn meta beda jservi u kif ġie reklutat? X’inhuma l-kundizzjonijiet li jgawdi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol li ngħata?
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa min qed jokkupa l-kariga ta’ CEO ta' Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), minn meta beda jservi u kif ġie reklutat? X’inhuma l-kundizzjonijiet li jgawdi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol li ngħata?
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed tiswa lill-Enemed li tqabbad is-servizzi tas-sigurtà ta' kumpanija ta' terzi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li sabiex tipprovdi għas-servizz ta’ sigurtà l-ispiża għall-Enemed hija ta’ EUR 1,883 fil-ġimgħa (VAT eskluża). Din in-nefqa tkopri sit wieħed għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Fid-dawl tal-korrispondenza datata 22 ta’ Ġunju 2022 (li qed tingħata b’mod separat) annessa ma’ din il-mistoqsija li tindika li l-parapet walls fil-blokki tal-binjiet tal-Gvern f’Ta Giorni jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar, jista’ l-Ministru, b’referenza għall-mistoqisja parlamentari 5426 u b’referenza għal dak li qal fit-tweġiba għal mistoqsija supplimentari tiegħi fis-seduta 78 tat-18 ta’ Jannar 2023 għall-mistoqsija parlamentari 4213, jikkonferma li l-parapet walls u l-blokki tal-bini inkwistjoni fil-fatt ġew trasferiti lill-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema blokok f’Ta’ Ġiorni qiegħed jirreferi sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tingħata.
Rabat – Triq Ġorġ Borg Olivier – ċitazzjonijiet lil sewwieqa ta’ inġenji kbar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6387, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet, matul is-snin 2021 u 2022 u matul din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fi Triq Ġorġ Borg Olivier (Buschetto Road), fir-Rabat, minn uffiċjali tal-LESA u mill-Pulizija lil sewwieqa ta' inġenji kbar li għaddew minn din it-triq kontra r-regolamenti tat-traffiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn verfiki li saru mis-sistema LESA, fi Triq Ġorġ Borg Olivier (Buschetto Road), fir-Rabat, inħarġet ċitazzjoni waħda mill-Pulizija lil sewwieqa ta' inġenji kbar li għaddew minn din it-triq kontra r-regolamenti tat-traffiku, fil-perjodu indikat.
Awtorità tal-Artijiet – kuntratt għal għoti ta’ konċessjoni fil-Bajja ta’ Little Armier
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5998 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ konċessjoni li ngħatat mill-Awtorità tal-Artijiet fil-Bajja ta’ Little Armier għat-tliet lidos li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellat li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-konċessjonijiet li ngħataw fil-bajja ta’ Little Armier wara sejħa pubblika li l-avviż tagħhom ġie preżentat fi PQ 5997 seduta numru 87 fit 8 ta' Frar 2023.
Jekk il-baħrin li se jkunu qed jiġru fuq il-yacht tal-qlugħ "Viva Malta” se jkunu Maltin, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jitħarrġu u x'baġit ġie allokat għat-taħriġ tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget totali annwali allokat lill-proġett huwa ta’ €150,000. Dan jinkludi t-taħriġ, vjaġġar, akkomodazzjoni, marinas u reġistrazzjonijiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex tirċievi wkoll dan?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali Santa Luċija ġiex ikkonsultat jew ikkonsultax ma’ Transport Malta dwar il-mod li bih numru ta’ toroq ġew kważi inaċċessibbli bit-tabelli li ma jippermettux l-aċċess li kien hemm qabel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija illi fis-sena 2021, waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet relatati mal-Proġett ta’ Santa Luċija, l-entità kkonċernata kienet staqsiet lill-Kunsill Lokali jaqbilx li ‘Dawret it-Torri’ u ‘Triq il-Prinjoli’ isiru One-Way sabiex ikun jista' jsir il-promenade b’wisgħa ta’ tliet metri jew inkella jibqgħu two-way.
F'dan ir-rigward, infurmat illi l-istess Kunsill kien iddeċieda favur li jsir il-promenade u allura t-toroq imsemmija saru 'One-Way.'
Kulleġġ ta’ Santa Margerita – exclusions f’dawn l-aħħar sitt snin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw exclusions lill-istudenti fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita tul dawn l-aħħar sitt snin, possibbilment maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex tirċievi wkoll dan?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdanu, ma provdix għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija lil ebda gazzetta, inkluża dik li d-dettalji dwarha ingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ multi pendenti relatati mal-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li infurmat li l-multa tammonta għal € 50,000, liema ammont għadu pendenti, u laħaq il-massimu skont il-Liġi rispettiva.