Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar hi tal-għamla Mercedes E Class 220D, li tinkera għal €29.66 (eskluż il-VAT) kuljum, b’direct order fl-2018, mingħand Queen Garage Car Rental. Il-Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandux second car.

Ministru għall-Ġustizzja — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministru għall-Anzjanità Attiva — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix it-tieni karozza. Id-dettalji li ġejjin huma tal-karozza uffiċjali. Għamla: BMW X3 Xdrive30E Hybrid: a. Il-karozza hija leased mingħand Burmarrad Commercials LTD. b. Il-Karozza tinkera għal 43 ewro kuljum.

Segretarjat Privat tal-Prim Ministru — karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-erba’ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt: Għamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/Direct Order Ditta Prezz (VAT esklu¿a) Toyota Corolla Mixtrija 24/10/04 Direct Order Michael Debono Ltd Lm5,045 Toyota Yaris Mixtrija 7/3/14 Direct Order Michael Debono Ltd €10,254.24 Toyota Yaris Hybrid Mixtrija 12/9/19 Tender Michael Debono Ltd €13,313 Toyota Yaris Hybrid Mixtrija 12/9/19 Tender Michael Debono Ltd €13,313

Segretarjat Privat tal-Ministru għas-Saħħa — karozzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ karozzi li, skont il- Manwal, jintuzaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. Ghamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/ Direct Order Ditta Prezz Citroen Berlingo mixtrija referenza CFT: VFT015-1175/19. Michael Attard Imports Ltd €19,563.26 Mitsubishi Lancer mixtrija Direct order Industrial Motors Ltd €16,600

Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. GħamlaMixtrija/MikrijaDataTender/Direct OrderDittaPrezz (VAT eskluża) Citroen C3Mikrija14/07/2021Direct Order TF RentalsEur 12 kuljum Peugeot 108Mikrija04/12/2020Direct OrderTF RentalsEur 10 kuljum

Mtaħleb, Rabat – Wied il-Bużbież – manutenzjoni tal-pont

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tal-pont li jinsab fit-triq fiż-żona Tat-Temp, Wied il-Bużbież, Mtaħleb Rabat, RBT4420 wara li saru diversi rapporti lill-Kunsill Lokali Rabat, lill-Awtorità tal-Artijiet, lil Valley Management Unit u lil Infrastructure Malta peress li dan l-inkonvenjent qed iwaqqaf lil diversi bdiewa milli jaċċesaw ir-raba' tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6259 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Mtaħleb, Rabat – Wied il-Bużbież – manutenzjoni tal-pont

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir il-manutenzjoni tal-pont li jinsab fit-triq fiż-żona Tat-Temp, Wied il-Bużbież, Mtaħleb Rabat, RBT4420 wara li saru diversi rapporti lill-Kunsill Lokali Rabat, lill-Awtorità tal-Artijiet, lil Valley Management Unit u lil Infrastructure Malta peress li dan l-inkonvenjent qed iwaqqaf lil diversi bdiewa milli jaċċesaw ir-raba' tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ż-żona li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tagħmel parti minn sistema estensiva ta’ kanali li jibdew mill-akkwati ta’ Ħad-Dingli u jibqgħu sejrin lejn l-inħawi tas-Salini fil-limiti tan-Naxxar. Tul din is-sistema diġà twettqu diversi interventi ta’ manutenzjoni u riġenerazzjoni, anke permezz ta’ xogħlijiet fuq pontijiet. L-aġenzija Project Green se tkompli bix-xogħlijiet fl-istess zona sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar; fost l-oħrajn fil-kanali tal-ilma se jsiru xogħolijiet ta’ tindif u tħammil u se jitneħħa qasab invażiv li jfixkel il-passaġġ tal-ilma.

Settur tas-Saħħa – professjonisti li rriżenjaw

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, allied health professionals, infermiera u tobba fis-snin 2021 u 2022 u jgħid x’inhi r-raġuni għaliex irriżenjaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5283.

Allied health professionals u tobba tal-familja – klinika tal-podjatrija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm differenza bejn l-istandards li jintużaw biex allied health professionals u tobba tal-familja jkollhom klinika li joperaw minnha, partikolarment tal-podjatra, meta kemm it-tabib kif ukoll il-podjatra jużaw ix-xfafar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kliniċi tal-Podjatrija huma meħtieġa li jkunu liċenzjati fuq il-bażi li l-prattika tinkludi proċeduri kirurġiċi minuri. Għalhekk wieħed jeħtieġ li jiżgura li l-proċeduri jkunu xierqa u konformi peress li kliniċi li s-servizzi tagħhom jinkludu interventi jeħtieġu wkoll liċenzja.

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16999, 18174, 20272 u 23269 tat-13-il Leġiżlatura, kollha kemm huma (intiera), u jgħid kemm kien hemm u fil-preżent kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service, Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Għawdex — Pjazza tax-Xewkija - cables tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3961 dwar xogħlijiet ta’ cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-Pjazza tax-Xewkija, Pjazza San Franġisk fir-Rabat u l-waterfront ta’ Marsalforn, fejn kien ġie mwieġeb "li s-sejħa għall-offerti ġiet abbozzata", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx u jekk iva, meta ħarġet u meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ser joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin .

Għawdex – Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma – twaqqigħ ta’ numru ta’ stallel

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3630 u 4863 dwar ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ ta' numru ta' stallel taż-żwiemel fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta’ Xħajma, minħabba li ngħad li kienu f'qagħda perikoluża li iżda sal-ġurnata qabel twaqqgħu kienu għadhom qed jintużaw mis-sidien taż-żwiemel biex fihom ipoġġu ż-żwiemel tagħhom qabel u wara t-tiġrijiet, jista' l-Ministru jgħid dan ix-xogħol kienx kopert bil-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar permezz ta’ applikazzjoni ta' Dangerous Structures (DS) u jekk iva, iqiegħed kopja ta' dan il-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol ta' twaqqigħ, kif intgħażel u kemm ġie jiswa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif digà mwieġeb fil-mistoqsijiet preċedenti, il-Kap. 552 jagħti setgħa lill-Awtorità tal-Artijiet li tagħmel xogħol fuq strutturi ta’ periklu jew fi stat ta' emerġenza mingħajr ma ssir applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, sabiex jitneħħa mill-aktar fis il-periklu għal min kien qiegħed jutilizza l-istess sit, ġie mqabbad kuntrattur privat skont il-framework tal-istess Awtorità fejn lesta x-xogħol. L-ispiża kienet tammonta għal EUR 224,466.80c.

Air Malta Aviation Services

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4976 u 5580 kollha u jagħti rendikont dettaljat ta' fejn dawn il-fondi kienu użati u għal xiex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tender 'Trenching and pipelaying for the second class water (new water) distribution water in Gozo' – pagamenti u xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru pagamenti fuq it-tender 3085/2019 'Trenching and pipelaying for the second class water (new water) distribution water in Gozo' sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Tista' tgħid kull pagament lil min sar, kemm kien u ta’ liema xogħol/servizz/servizzi kien dak il-pagament? Tista’ tgħid ukoll jekk ix-xogħol mitlub f’din l-imsemmija sejħa sarx kollu u jekk le x’fadal isir u meta hu maħsub li jitlesta kollu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-pagamenti relatati mal-isemmi tender jinsabu hawn taħt: Prefinancing - €1,497,963 Milestone - €748,981 Interim 1 - €1,257,903 Interim 2 - €691,570 Final - €1,355,594.96 Total - €5,552,017 Dawn saru lil Gatt Tarmac Ltd. fir-rigward ta’ mejnijiet ġodda għat-tqassim tan-New Water ġewwa Għawdex. Ix-xogħlijiet imsemmija hawn fuq tlestew sal-aħħar kwart tas-sena 2022. Fadal biss li jsir il-wiċċ ta' triq fuq it-trinka (inħawli tal-Ħamet/limiti tax-Xagħra), liema xogħlijiet huma ppjanati li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin jekk jippermetti t-temp.

Ministeru għal Għawdex – għajnuna f’fondi lil parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4517 u jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu, jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li tingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħatat u minn liema Direttorat jew Diviżjoni ngħatat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4519, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tiegħu li qed jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni tal-iskejjel f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 27 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tal-iskejjel f’Għawdex.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interperllant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli għandu l-paġna Akkomodazzjoni filwaqt li l-Awtorità tad-Djar għandha l-paġna Rent Registration Leases Unit. L-informazzjoni dwar il-paġni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sreenshot tal-paġni, profili u gruppi ta entitajiet kollha li jaqgħu taħt Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.