Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imtarfa Ċentru Terapewtiku – għażla tas-sit

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet eżatti għalfejn intgħażel dak is-sit partikolari fl-Imtarfa għall-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3275.

MCAST Mosta — ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-MCAST u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST fil-Mosta u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST Mosta – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premisis tal-MCAST fil-Mosta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Università– ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn l-Università ta’ Malta u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premisis tal-Università u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Università – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premisis tal-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Junior College – ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Junior College u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Junior College – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Junior College?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Reverse vending machines — aċċessibbiltà

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mill-BCRS Malta Ltd., hekk kif imsemmi fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6065, dwar trasport għall-anzjani sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw ir-reverse vending machines u jiddepożitaw il-fliexken tagħhom? Tista' tgħid jekk dan is-servizz hux se jkun qed jiġi offrut lill-anzjani li joqogħdu f'kull lokalità f'Malta u Għawdex? Jekk le, f'liema lokalitajiet se jkun offrut dan is-servizz? Ma' liema organizzazzjoni governattiva jew organizzazzjonijiet oħrajn qegħdin isiru dawn id-diskussjonijiet mill-BCRS Malta Ltd.?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li huwa ppjanat li l-ftehim bejn BCRS Malta Ltd u l-organizzazzjoni governattiva inkwestjoni - Active Ageing and Community - se jidħol fis-seħħ sa April ta’ din is-sena. Dan is-servizz ser jiġi offrut lill-anzjani li joqogħdu f'kull lokalità f'Malta u Għawdex.

Aċċess għall-anzjani biex jiddisponu mill-fliexken

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux jikkonsidra l-possibbiltà li anzjani jkunu jistgħu jiddisponu mill-fliexken tagħhom mingħajr il-bżonn li joqogħdu jmorru fejn ir-reverse vending machines filwaqt li jingħataw il-ħlas tad-depożitu għall-fliexken? Jekk iva, ma' min qed tikkonsidra din il-possibbiltà?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 6722.

Home Help – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall x’qiegħed isir sabiex il-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Għajnuna fid-Dar titnaqqas?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li fl-impenn ħolistiku tiegħu biex ikompli jtejjeb l-ħajja u l-għajxien tal-anzjani fis-soċjetà, il-Gvern qed jaħdem qatigħ anke fejn jidħol is-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar. Fil-fatt bejn Diċembru 2022 u Jannar 2023, il-lista ta’ stennija naqset drastikament minn 485 għal 285. Biex tkompli l-ħidma għal dan il-għan, mill-bidu tas-sena saret riforma b’saħħitha fl-iskema tas-sussidju għall-Helper tal-Għażla Tiegħek biex din issir aktar attraenti. Dawn ir-riformi jinkludu żieda fis-sussidju minn €7 għal €8 għal kull siegħa ta’ servizz; ħlas tas-sussidju aktar frekwenti, kull xahrejn flok kull erbgħa; u l-pagament se jingħata xahrejn bil-quddiem għall-konvenjenza tal-anzjani li jużaw dan is-servizz biex inaqqsu l-piż finanzjarju tagħhom. Minbarra hekk, jien infurmat ukoll li l-kuntrattur qed jingaġġa aktar helpers b’mod regolari.

Aġenzija Sapport — lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’qiegħed isir sabiex il-lista ta’ stennija fil-każijiet ta’ servizzi ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum, is-Servizz ta’ Ħidma Soċjali kif ukoll l-Access Communication Technology Unit (ACTU) jiġu mnaqqsa drastikament?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija qed taħdem biex timxi mal-prinċipji tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, u għalhekk fejn jidħlu servizzi taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, kif ukoll djar residenzjali, timxi fuq il-konċett ta’ de-istituzzjonalizzazzjoni. Dan jimxi pari passu ma’ “general comment number 5” li jitkellem dwar l-importanza li persuni b’diżabilità mhux biss jgħixu fil-komunità iżda jkunu parti integrali mill-komunità. Huwa għalhekk li l-Aġenzija qed taħdem biex il-programmi offruti fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum jindirizzaw tagħlim u ħiliet li għandhom bżonn persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja aktar indipendenti. Fejn hemm lok, naraw ukoll li jidħlu fid-dinja tax-xogħol, anke permezz tal-programm Way to Work li tħaddem l-istess Aġenzija u b’aktar kollaborazzjoni ma’ Lino Spiteri Foundation. Fejn jidħlu ħaddiema soċjali li jridu jaħdmu fis-settur tad-diżabilità, skont l-interess tagħhom, l-Aġenzija qed tara li kemm hu possibbli żżid dawn il-ħaddiema fi ħdanha. Fl-istess ħin tagħmel mezz li l-ħaddiema soċjali jagħmlu xogħol relatat biss mal-ħidma soċjali. Għar-rigward tal-ACTU l-Aġenzija qed taħdem flimkien ma’ entitajiet governattivi fosthom il-P&SD biex il-professjonisti li jaħdmu f’din it-taqsima u lil hinn minnha fl-Aġenzija jkollhom paga u grad indaqs mal-kollegi tagħhom fl-Allied Health. Fl-aħħar tmien xhur l-Aġenzija Sapport ħarġet ukoll tliet sejħiet għal professjonisti. Fl-ewwel żewġ sejħiet ma kien hemm l-ebda applikazzjoni. Fl-aħħar sejħa applikaw u ġew magħżula żewġ Occupational Therapists li ser jibdew jaħdmu u jieħdu t-taħriġ speċifiku fuq l-assessjar tal-communication aids biex fi żmien sitt xhur ikunu jistgħu jingħaqdu mal-erba’ professjonisti l-oħra u għalhekk tkompli tiġi indirizzata l-lista ta’ stennija.

Marsaskala – persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn Marsaskala li għadhom qed jistennew akkomodazzjoni soċjali? Kemm ilhom li applikaw għal dan is-servizz?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 46 applikazzjoni minn persuni li jgħixu Marsaskala fuq il-lista ta’ stennija, li applikaw bejn l-2007 u l-2022.

Rekwiżiti legali fil-karta tal-paga tal-edukatur

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema mir-rekwiżiti legali minimi li ġejjin, skont il-L.S.452.116, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, huma inklużi, u liema mhumiex inklużi, fil-karta tal-paga (payslip) tal-Edukatur, sa Diċembru 2022 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni: 1. l-isem tal-prinċipal; 2. l-isem tal-impjegat; 3. l-indirizz tal-prinċipal; 4. it-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat; 5. is-somma totali tal-pagi mħallsa; 6. il-breakdown tas-somma totali tal-pagi mħallsa; 7. il-perjodu li fir-rigward tiegħu l-kontenut tiegħu jirrelata; 8. in-numru ta’ sigħat normali maħduma; 9. in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime; 10. in-numru ta’ sigħat imħallsa b’rata speċjali; 11. in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu; 12. il-bilanċ ta’ leave li jkun fadal; 13. il-pagi bażiċi riċevuti; 14. breakdown ta’ kwalunkwe bonuses u allowances; 15. kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li dan ir-regolament ma japplikax għal impjegati tas-Servizz Pubbliku.

Skejjel – rekwiżiti legali fil-karta tal-paga tal-edukatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema mir-rekwiżiti legali minimi li ġejjin, skont il-L.S. 452.116, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, huma inklużi, u liema mhumiex inklużi, fil-karta tal-paga (payslip) tal-Edukatur, sa Diċembru 2022 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni: 1. l-isem tal-prinċipal; 2. l-isem tal-impjegat; 3. l-indirizz tal-prinċipal; 4. it-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat; 5. is-somma totali tal-pagi mħallsa; 6. il-breakdown tas-somma totali tal-pagi mħallsa; 7. il-perjodu li fir-rigward tiegħu l-kontenut tiegħu jirrelata; 8. in-numru ta’ sigħat normali maħduma; 9. in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime; 10. in-numru ta’ sigħat imħallsa b’rata speċjali; 11. in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu; 12. il-bilanċ ta’ leave li jkun fadal; 13. il-pagi bażiċi riċevuti; 14. breakdown ta’ kwalunkwe bonuses u allowances; u 15. kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5861.

NCPE – rapporti dwar att ta’ diskriminazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura u l-perjodu ta' żmien segwit mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) f'każijiet fejn ikun ġie rrapportat att ta' diskriminazzjoni, għal kull każ separatament, meta ssir taf bihom? Jista’ l-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jipprovdi fit-tweġiba tqassim f'tabella skont it-tip ta' diskriminazzjoni, azzjoni meħuda kif ukoll riżultat finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ – Triq il-Kbira – rikostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan, u meta, biex issir rikostruzzjoni ta' Triq il-Kbira, f'Ħaż-Żebbug, Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Ħaż-Żebbuġ, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom. Parti minn Triq il-Kbira diġà tinsab fil-lista ta’ prijoritajiet li ressaq l-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Skejjel statali – studenti li jużaw it-trasport offrut mill-istat b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5131 u jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-istudenti f’kull skola statali u kemm minnhom imorru l-iskola bit-trasport offrut mill-istat b’xejn, maqsuma skola skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Morning Supervision points

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5133 u ċjoè: Fid-dawl li fl-iskola fejn sar l-abbuż sesswali fuq studenta, il-Ministeru għall-Edukazzjoni żied tliet Morning Supervision points, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-Ministeru qiegħed jammetti li ma pprovdiex biżżejjed morning transport supervision points biex tkun koperta l-iskola kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-supervision points jiġu allokati skont il-ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-MUT.