Ministeru għall-Ġustizzja — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ġustizzja u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ paġni fuq Facebook amministrati mid-dipartimenti jew entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda dipartiment jew entità ma għandha profili jew gruppi fuq Facebook amministrati minnhom.
- Ġustizzja
- Digital Justice Malta
- Asset Recovery Bureau
- Court Services Agency
- Legal Aid Malta Agency
- Malta Arbitration Centre
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5603, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il lift hemm fl-Isptar Mater Dei? Meta beda l-maintenance?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei hemm 58 lift. Il-maintenance tagħhom beda f’Novembru 2020.
Testijiet tal-MRI u MRI taħt il-Loppju — waiting list
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5358, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għall-MRI, kemm tistenna persuna wara li tidħol rikjesta għall-appuntament:
a. bħala urġenti;
b. inqas urġenti; u
ċ. mhux urġenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isptar Mater Dei jirċievi madwar 800 talba għal MRI fil-ġimgħa. Dawk li l-konsulenti jqisu bħala urġenti ma jistennewx. Jekk ma tkunx urġenti ż-żmien ta' stennija huwa ta' madwar 8 xhur.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir permanenti rigward l-istat diżastruż tal-wiċċ li sar fi Triq it-Tiġrija, Rabat Malta, wara li reġgħu saru x-xogħlijiet u l-wiċċ reġa' nqala'? Min ser jieħu r-responsabbilità li jħallas?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq rurali jidher li ġarbet ħsarat fil-maltempati riċenti. Minħabba l-ambjent tal-madwar, qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi stabbilit x’hemm bżonn isir.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi qed tieħu biex ikun hemm aċċess għall-proġett li sewa miljuni ta’ ewro f’Wied il-Qlejgħa wara li waqgħet it-triq madwar 13-il xahar ilu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet preparatorji sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid aċċess sigur għaż-żona li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant diġà bdew. Il-post fejn, kawża tal-maltemp, ċeda l-embankment, ikun mimli bl-ilma matul il-biċċa l-kbira tas-sena u għalhekk l-investigazzjonijiet, l-istudji u, sussegwentament, ix-xogħlijiet meħtieġa jkunu jistgħu jsiru biss matul ix-xhur tas-sajf meta l-istess ilqugħ ikun niexef. In oltre, fis-sit tant sensittiv ta’ Wied il-Qlejgħa, kwalunkwe interventi jridu jirrispettaw l-ambjent naturali tal-post, b’mod speċjali il-bijodiversità, u huma wkoll suġġetti għall-permessi ambjentali.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien ix-xogħol kollu li sar, minn min sar, jekk hux b’direct order jew b'tender u kemm ġie jiswa, minn Ottubru 2022 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fl-Iskola Primarja San Ġorġ f’Ħal Qormi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija x-xogħlijiet jinkludu rinnovar u estensjoni tal-iskola. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-kuntrattur ġie magħżul permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
San Pawl il-Baħar – Telgħet ix-Xemxija – tiswija tal-moll
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6269, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jieħu l-passi neċessarji biex il-moll li jinsab taħt it-triq prinċipali tax-Xemxija, jiġifieri Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, jiġi rranġat qabel jitkisser iktar, hekk kif bħalissa dan diġà fih ħafna ħsara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tagħmel spezzjoni tal-moll imsemmi biex jiġu identifikati l-interventi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex rapporti dwar opra tal-baħar li ddaħħlet fuq il-blat fil-Mistra? Jista' jgħid jekk l-awtorità responsabbli ħaditx xi passi biex titneħħa mill-post l-istess opra tal-baħar? Jista' jgħid ukoll jekk ħarġux xi żjut/fuel fil-baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Transport ħarġet sejħa biex jitneħħa l-bastiment immedjatament malli saret taf li l-bastiment spiċċa fuq il-blat fil-bajja tal-Mistra. Fl-ebda mument waqt diversi spezzjonijijet ma ġie nnutat tixrid ta’ żejt / fjuwil fil-baħar. L-Awtorità tat-Trasport se tiżgura li jibqgħu jsiru ispezzjonijiet ta’ spiss sakemm jitneħħa l-bastiment mill-bajja.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn hemm uffiċċji tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ġewwa Malta u Għawdex fejn wieħed jista' jirrapporta nuqqas relatat mas-sanità, pest control eċċ. minbarra l-uffiċini prinċipali ġewwa Santa Venera? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' kull wieħed minn dawn l-uffiċċji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t'hawn taħt hemm l-informazzjoni mitluba minnu fuq l-uffiċċji tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
Uffiċċju, numru tat-telefon u l-indirizz tal-imejl
Ħinijiet tal-ftuħ
Tip ta’ lmenti li jiġu rrapurtati
Pest Control Office
Police Station, Vjal ir-Rihan, San Gwann
Tel: 21 380072
Imejl:
pestcontrol.ehd@gov.mt
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 08.30 u mis-14.00 sa’ 15.00
L-ilmenti kollha relatati ma’ infestazzjonijiet ta’ firien u pesti
Pest Control Office
Vjal l-Avjazzjoni, Luqa
Tel: 21227154
Imejl:
pestcontrol.ehd@gov.mt
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 08.30 u mis-14.00 sa’ 15.00
L-ilmenti kollha relatati ma’ infestazzjonijiet ta’ firien u pesti
Pest Control Office
Naxxar local council, 21stSeptember Avenue, Naxxar
Imejl:
pestcontrol.ehd@gov.mt
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 08.30 u mis-14.00 sa’ 15.00
L-ilmenti kollha relatati ma’ infestazzjonijiet ta’ firien u pesti
Burials Regulatory Unit
– Addolorata Cemetery
Tel: 21 675936
Imejl:
burials.ph@gov.mt
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:00 sat- 15:00
Is-Sibt u l-Ħadd bejn is-7:00 sa’ 12:00
L-ilmenti kollha relatati ma’ Ċimiterji, dfin eċċ
Gozo Regional office
Administration Centre, St Francis Square Victoria
Tel: 22156500
Imejl:
gozo.ph@gov.mt
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 15.00
l-ilmenti kollha relatati mas-Saħħa Pubblika, li jinkludu ilmenti dwar ċimiterji u infestazzjonijiet ta’ firien u pesti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti xi informazzjoni dwar il-berġa li kellha tinfetaħ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar hekk kif l-uniku informazzjoni li nafu hi li din għandha tkun lesta fl-2023? Jista' jgħid jekk ġiex identifikat is-sit fejn se tkun qiegħda tinfetaħ din il-klinika tal-komunità? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika fejn ser tkun din il-klinika? X'servizzi ser ikunu offruti u min ser ikun jista' juża dawn is-servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kmieni biex tingħata informazzjoni peress li għaddej każ il-qorti mas-sid tal-fond attwali.
Bdil fis-sistema preżenti tat-traffiku f’Ħal Tarxien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-sistema preżenti tat-traffiku li joħroġ minn Triq il-Palma u Triq San Anard f’Ħal Tarxien se tinbidel billi qiegħed jingħad li minflok se ssir roundabout li tbiddel il-konfigurazzjoni u l-flow tal-istess traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minn meta ntgħażel l-offerent preferut fl-2016, sal-ġurnata tal-lum għadu ma sar xejn fiż-żona magħrufa bħala l-White Rocks? Meta hu mistenni li jikkonkludu d-diskussjonijiet u jibda x-xogħol?
Jista’ l-Ministru jagħti l-aħħar aġġornamenti dwar il-pjanijiet tal-Gvern rigward il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 3275.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux aktar konsultazzjonijiet dwar il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa wara l-laqgħa li saret mar-residenti tal-Imtarfa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3275.