Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz
(VAT eskluża)
Fiat Panda hatchback 1.2 Petrol
Mikrija
17/03/2020
Direct Order
United Garage Ltd (Hertz)
€8.55
Fiat Panda hatchback 1.2 Petrol
Mikrija
17/03/2020
Direct Order
United Garage Ltd (Hertz)
€8.55
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tliet karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz
(VAT eskluża)
Chevrolet Lacetti
Mixtrija
fl-2007
Direct
Chevrolet
€10,738.81
Hyundai I10
Mixtrija
fl-2013
3 Quotations
Hyundai
€7,049.15
Ford Focus,
Mixtrija
fl-2007
Direct
Ford
€9,228.66
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tagħha u x’inhi l-għamla tagħhom? Tista' tgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, tista' tgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha u mingħand min?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat tal-Ministru ma jagħmlux użu minn vetturi mikrija, għaldaqstant m’hemm l-ebda informazzjoni x’tingħata f’dan ir-rigward.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5621, jista' l-Ministru jagħti l-average wage ta' dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi, fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 kien ta’ 15,996 persuna. Dan l-ammont jinkludi impjegati li jaħdmu f’dan is-settur - full-time u anke part-time, jew full-time with reduced hours u jeskludi persuni li jaħdmu għal rashom.
Is-salarju nħadem abbażi tas-salarju bażiku annwali medju (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances.
Il-paga medja tal- impjegati li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi, fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 kienet ta’ €14,937.
Din l-informazzjoni mhijiex disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.
Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).
International Centre for Settlement of Investment Disputes — Kawża ARB/21/36
Question
B’referenza għall-kawża ARB/21/36 fl-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID), peress li dawn il-mistoqsijiet m’għandhomx x'jaqsmu mal-arbitraġġ li qed isir bħalissa iżda jirriflettu fondi pubbliċi, kif ukoll informazzjoni barra mill-arbitraġġ u jaqgħu taħt il-mandat ta' dan il-Parlament biex jiġi żgurat li jintużaw b'mod korrett u li għandu dritt għalihom, jista’ l-Ministru:
a. jagħti break down tal-ispejjeż totali (legali u ta' konsulenza) mill-bidu tal-kawża fl-2021 sal-aħħar ta’ Jannar 2023 u jgħid lil min tħallsu dawn l-ispejjeż;
b. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-sottomissjonijiet legali li saru mill-Gvern Malti fil-kawża nhar il-21 ta’ Novembru, 2022; is-7 u d-9 ta’ Diċembru, 2022; u dawk mill-claimants fil-kawża tas-6 Jannar, 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari numri 5191, 5192, 5193 u 5194.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola governattiva, li tkopri kull tip ta’ struttura edukattiva eż. skejjel primarji, sekondarji, Learning Centres, resource Centres u ALP fost oħrajn, għandu l-Gvern taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu total ta’ 106 skejjel/istituzzjonijiet edukattivi taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Skejjel – servizz ta’ Health & Safety Officer Teacher
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola, li m’għamlitx fire drill fl-ewwel term ta’ din is-sena skolastika, m’għandhiex is-servizz ta’ Health and Safety Officer Teacher?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4947 u 5122, niġbed l-attenzjoni li fejn m’hemmx Health and Safety Officer Teacher, is-servizz jingħata mill-għalliema peripatetiċi tal-Health and Safety.
Skejjel – studenti li jagħmlu parti mill-Core Curriculum Programme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ studenti li huma parti mill-Core Curriculum Programme (CCP)? Jista’ jaqsam din id-data skont is-sena tal-istudenti (eż. Sena Disa’ total ta’ għaxar studenti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
SenaTotal ta’ studenti
Y7191
Y8170
Y9165
Y10141
Y1184
Total globali751
Għawdex – Xewkija – estensjoni taċ-Ċentru tal-Università
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4372 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543 dwar ix-xogħlijiet fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intera) u jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4114, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-parti tat-triq ta' ħdejn il-bajja ta' Daħlet Qorrot, in-Nadur, jiġifieri l-parti minn fejn tispiċċa t-triq bil-konkos li saret xi żmien ilu sa ħdejn il-bajja, baqgħet ma saritx u qiegħda fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid meta ser issir u fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol li ser isir f' din il-parti tat-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti msemmija qiegħda fl-istess stat li kienet triq Daħlet Qorrot wara għexieren ta’ snin ta’ telqa. Wara xi 50 sena, kien dan il-Gvern li għamilha mill-ġdid. Il-parti msemmija mill-Onor. Interpellant issir ukoll fiż-żmien opportun.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4117, jista’ l-Ministru jgħid mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm saru safety audits tal-proġetti ta’ toroq ġodda li saru mill-Ministeru għal Għawdex f'dawn is-snin? Għal liema toroq saru dawn l-audits? X'kien ir-rżultat ta' dawn l-audits? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn is-safety audits?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex li matul dawn l-aħħar snin, kull meta sar proġett tat-toroq, il-Ministeru dejjem aderixxa mar-rekwiżiti meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fil-qasam kulturali f'Għawdex għas-sena 2022? Jista' jagħti break down ta' din in-nefqa? Jista' jgħid mill-bidu ta’ din is-sena sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kienet in-nefqa f'dan il-qasam? Jista' jgħid x'vot hemm għas-sena 2023 f'dan il-qasam?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex fl-aħħar tas-sena 2015 u kemm kien in-numru ta' dawn id-dgħajjes irreġistrati f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 kien hemm 261 dgħajsa rreġistrata bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex. Minn dawn 248 kienu rreġistrati f'Għawdex.
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 404 dgħajjes tas-sajd irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f'Għawdex.
Għawdex – Iż-Żebbuġ – Telgħa ta’ Triq is-Sagħtrija — xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4481 dwar xogħlijiet li saru fil-parti tat-telgħa ta' Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, Għawdex, mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2022, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispiża li saret mid-Diviżjoni tal-Istrateġija u s-Sapport sabiex saret it-trinka biex ikun jista’ jiġi mgħoddi l-cable tal-elettriku u jgħid kemm ġie jiswa dan il-cable tal-elettriku? Jista’ jgħid ukoll jekk id-downlighters bdewx jinxtegħlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun tista’ tingħata appena l-ispiża tkun definittiva.
Ministeru għat-Turiżmu — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Turiżmu u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.