B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6290, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull membru tal-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u jagħti range tal-pakketti finanzjarji? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull membru speċifiku u min hu dak il-membru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 6794, tlabt biex il-bqija tal-informazzjoni tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6289 dwar il-kontroll tas-serq tal-elettriku, tista' l-Ministru twieġeb tali mistoqsija għar-rigward tal-każijiet mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tibda tinġabar.
Tmien Skeda tar-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6176, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Tmien Skeda tar-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.15)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Pariri legali minn individwu dwar il-konċessjoni u l-ftehim ma’ Vitals Global Healthcare
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri legali li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qal li kellu l-uffiċċju tiegħu dwar il-konċessjoni u l-ftehim li saru ma' Vitals Global Healthcare?
Response (ABELA, ROBERT)
Fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru m’hemm ebda pariri simili. Nikkonferma li ma kelli ebda rwol dwar il-konċessjoni u l-ftehim li saru ma’ Vitals Global Healthcare.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6346 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għat-titolu fir-Reġistru tal-Artijiet sal-aħħar ta' Jannar 2023?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Jannar ir-Reġistru kellu total ta’ 2,076 applikazzjoni li kienu pendenti u qed jiġu pproċessati. Hemm ukoll 3,182 applikazzjoni li huma sine die minħabba li ilhom għal ammont ta’ żmien jistennew kjarifikazzjonijiet jew korrezzjonijiet min-naħa tan-nutar.
Reġistru tal-Artijiet — applikazzjonijiet pendenti għal kawzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6347 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għal kawzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet sal-aħħar ta' Jannar 2023?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Jannar kien hemm total ta' għaxar applikazzjonijiet għal kawzjoni pendenti fl-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegati li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul intalbu jerġgħu jibdew jaħdmu mir-Residenza minflok jaħdmu remotely u dan minħabba tibdil fir-remote working policy kif ġew avżati l-istess impjegati? Jista’ jgħid ukoll x’kien dan it-tibdil maġġuri fir-remote working policy u għaliex kien deċiż li dawn l-impjegati jerġgħu jibdew jaħdmu mir-Residenza?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s’issa ma kien hemm l-ebda tibdil fir-remote working policy.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ħidma tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fis-sena 2022 u jelenka:
(a) in-numru ta’ spezzjonijiet b’avviż li saru fid-djar kollha residenzjali tal-anzjani u f’liema djar residenzjali saru;
(b) in-numru ta’ spezzjonijiet bla avviż li saru fid-djar kollha residenzjali tal-anzjani u f’liema djar residenzjali saru;
(ċ) kemm saru interviews mal-management u l-istaff fid-djar kollha residenzjali tal-anzjani u f’liema djar residenzjali saru; u
(d) kemm saru interviews mas-service users fid-djar kollha residenzjali tal-anzjani u f’liema djar residenzjali saru?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għall-perjodu tal-2022 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru:
- iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-electrical components u d-design li deheru fit-tender, inkluż l-ispecifications tat-transformers u s-switchgears mitluba;
- iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tat-transformers u switchgears li ġew jew ser jiġu attwalment użati mill-kuntrattur li rebaħ it-tender;
- jgħid jekk hemmx devjanzi bejn dak li ntalab fit-tender f'dan ir-rigward u dak li attwalment ser isir u jekk iva, x'inhuma dawn id-differenzi; u
- jgħid jekk dawn id-devjanzi wasslux għal differenza fil-ħlas mitlub jew differenzi oħrajn minn dak maħsub fit-tender oriġinali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
· Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-electrical components u d-design li deheru fit-tender, inkluż l-ispecifications tat-transformers u s-switchgears mitluba.
· L-ispecifications tat-transformers u switchgears li ġew jew ser jiġu attwalment użati mill-kuntrattur li rebaħ it-tender huma ta’ natura sensittiva, li ladarba l-proġett għadu mhux komplut, ma jistax jingħata f’dan l-istadju.
· Nikkonfermaw li ma hemm l-ebda devjanza bejn dak li ntalab fit-tender u dak li qed jiġi attwalment installat fil-proġett.
Jista' l-Ministru jispjega kif fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3696 qiegħed ġustament jgħid li fil-każ ta' Key Experts "il-kunċett ta’ subcontractor mhux validu" għax dawn "jintrabtu individwalment", kif proprju kien jgħid it-tender, mentri fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3114 qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument “A” u f'paġna 3 dan jgħid li l-Key Expert "was employed on a definite contract basis in relation to the HSVC project by..."- kumpanija li isimha qed jingħata separatament - "specifically subcontracted by..." - kumpanija oħra li isimha qed jingħata separatament - "to provide the specialist services and fulfil the requirements of Key Expert 3 Electrical Engineer"?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Infrastructure Malta tikkonferma li t-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet preċedenti huma korretti. Huwa l-individwu li jkun appuntat kif jidher f’Addendum 2 u mhux il-Kumpanija li tkun assistiet lil Kuntrattur biex tinstab il-persuna li tikkwalifika.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-bdiewa u dawk li għandhom aċċess għall-għelieqi tagħhom mill-isqaq li hemm biswit Vjal l-Avjazzjoni, limiti tal-Gudja, jistgħu jgħaddu minn dan l-isqaq issa li kif jidher mir-ritratti annessi ma' din il-mistoqsija, l-aċċess ingħalaq kemm min-naħa ta' Triq iż-Żebbuġa, fejn qed tinbena t-triq, kif ukoll minn Vjal l-Avjazzjoni nnifsu, fejn qed jipparkjaw dejjem il-karozzi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħda ssir rikostruzzjoni ta’ Triq Ħal Resqun u parti minn Triq iż-Żebbuġa. L-aċċess għall-imsemmi sqaq minn ġo Triq iż-Żebbuga xorta ser ikun aċċessibbli wara it-tlestija tax-xogħol. Il-ħrug fi Vjal l-Avjazzjoni li hemm preżenti ma ġiex affetwat, u l-bdiewa xorta jistgħu jużaw dan il-punt bħala aċċess u ħruġ sakemm ikunu għaddejjin ix-xogħlijiet fi Triq iż-Żebbuga u Triq Ħal Resqun.
Marsaskala – Tal-Bidni – xogħol b’sistema ta’ tisqija għall-għelieqi
Question
Fid-dawl li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet ix-xogħol b'sistema ta' tisqija għall-għelieqi fl-inħawi tal-Bidni f’Marsaskala, u s-sena l-oħra dan ġie abbandunat, tista' l-Ministru tgħid meta dan se jitkompla? Tista’ tgħid ukoll min se jieħu r-responsabbiltà ta' dan l-istat ħażin li fiha tħallew it-toroq u r-residenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol imsemmi ma ġiex abbandunat. Il-kuntrattur oriġinali ma kienx qed jimxi mal-obbligi kuntrattwali tiegħu u għaldaqstant il-kuntratt ġie terminat. Huwa ntalab jagħlaq it-trinek b’konkos ħafna iktar b’saħħtu minn dak mitlub sabiex tiġi żgurata id-durabilità u s-sigurtà waqt il-perjodu ta’ stennija.
Fil-frattemp il-Korporazzjoni ffinalizzat kuntratt ġdid biex ix-xogħol jitkompla. Dan mistenni għal bidu t’April fejn ħa jingħata wiċċ ġdid ta’ asfaltar fejn it-trinek huma lesti; u tkomplija ta’ xogħol ta’ trinek fejn meħtieġ. Permezz ta’ dan se jiġi estiż in-network tan-New Water għas-servizz tal-bdiewa.
Marsaskala – Triq Sant’Antnin – tneħħija ta’ arbli tad-dawl
Question
Peress li aktar minn tliet xhur ilu saret talba formali biex jitneħħew arbli tad-dawl fi Triq Sant’Antnin, Marsaskala, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ma ngħatat l-ebda risposta f’dan ir-rigward? Tista' tagħti serħan tal-moħħ lir-residenti li dawn se jitneħħew? Tista’ tgħid meta se jsir dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta ma sabet l-ebda talba speċifika tat-tip kif deskritta minnha, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanta tgħaddili kopja tat-talba speċifika li saret jew numru tan-notifika li l-Enemalta tagħti għal kull talba formali li jkollha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jispjega għalfejn ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jispjega għalfejn ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità tal-Ippjanar – ċertifikat ibbażat fuq design rating tal-bini
Question
Peress illi skont l-Avviż Legali 47 tal-2018 persuna jew aġent li jaġixxi f’isem is-sid li jipprovdi d-disinn ta’ bini ġdid għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ibbażat fuq design rating tal-bini sad-data eżatt qabel ma dik il-persuna jew aġent jikseb permess għal żvilupp totali mill-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tali ċertifikat mhuwiex qiegħed jintalab mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tlett emendi tal-Avviż Legali 47 tal-2018 bl-isem A.L.134/2020, li kien emendat għall-A.L.409/2021 u finalment għall-A.L.231/2022.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu impjegati fl-Awtorità tal-Artijiet mill-2017 sal-lum u jagħti rendikont tal-lista ta’ ħaddiema ġodda li daħlu jaħdmu f’din l-awtorità mill-2017 sal-lum, bid-data tal-bidu tal-impjieg u x-xogħol li jagħmlu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domanda għandha tkun iktar speċifika u ċara, eż. Impjegati li qabel kienu ingaġġati mal-G.P.D u wara l-2017 ġew detailed mal-Awtorità għandhom jiġu meqjusa bħala ħaddiema ġodda?