Legislature:
Category:
Reset
Active:

Genocide Convention - International law obligations - Policies and measures

Question

To ask the Deputy Minister and Minister for Foreign Affairs and Tourism what are the policies and measures that the Malta Government has put in place to ensure that Malta is upholding its international law obligations under the Genocide Convention and other obligations, especially those that were clarified by the ICJ advisory opinion of July 2024? What particular mechanisms has the Malta government put in place to undertake due diligence and risk assessments to prevent collaboration in arms and energy supplies to conflict zones?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti jieħu l-obbligi tiegħu skont il-liġi internazzjonali bis-serjetà ħafna. Dan li ġej huwa l-approċċ ta’ Malta biex tiżgura konformità mal-obbligi internazzjonali: •    Qafas Leġiżlattiv: Malta għandha qafas legali nazzjonali robust f'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha. Liġijiet rilevanti jirregolaw ukoll l-esportazzjoni ta' armi, enerġija, u oġġetti b'użu doppju. •    Mekkaniżmi ta' Diliġenza Dovuta: Malta tirrikjedi li l-esportazzjonijiet jgħaddu minn valutazzjonijiet stretti ta' diliġenza dovuta qabel l-approvazzjoni. Dan jinkludi l-evalwazzjoni tar-riskju ta' devjazzjoni lejn żoni ta' kunflitt u l-allinjament mas-sanzjonijiet tan-NU u tal-UE. Huwa importanti li wieħed jinnota li d-deċiżjonijiet kummerċjali minn operaturi privati, inkluż il-merkanzija u d-destinazzjoni, jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, u r-rwol ta' Malta huwa li tiżgura li l-esportazzjonijiet kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli. •    Koordinazzjoni Interaġenzjali: Malta tkompli tiżgura koordinazzjoni interministerjali biex tivvaluta r-riskji u tiżgura konformità mal-obbligi internazzjonali. •    Monitoraġġ u Infurzar: Malta tissorvelja b'mod attiv il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-liċenzjar u tista' tissospendi jew tirrevoka liċenzji jekk ikun hemm riskju li l-esportazzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu għal ksur tad-dritt internazzjonali. Hemm ukoll mekkaniżmi fis-seħħ biex jinvestigaw u jissanzjonaw kwalunkwe ksur. •    Impenn Internazzjonali: Malta timpenja ruħha b'mod attiv mal-UE, in-NU, u korpi multilaterali oħra biex tiżgura azzjoni kkoordinata u aderenza għall-istandards internazzjonali. Permezz ta’ dawn il-miżuri, Malta tfittex li tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tagħha, filwaqt li tirrikonoxxi li d-deċiżjonijiet operattivi u kummerċjali tal-operaturi privati, għalkemm jaqgħu barra mill-kontroll dirett tal-Gvern Malti, xorta waħda jridu jibqgħu strettament konformi mal-liġi Maltija, tal-UE u dik internazzjonali.

Malta’s airspace - Military planes

Question

To ask the Minister how many military planes have transited through Malta’s airspace and/or used our airports or have been serviced at Malta’s airports since October 2023? Were any of these military planes, and also were there any civilian planes carrying weapons/military material and destined to Israel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Malta flagged ships - Ports in Israel

Question

To ask the Minister how many Malta flagged ships have used ports in Israel since October 2023? How many were used to deliver military material and/or energy and how many transported other goods?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali informazzjoni ma tinġabarx mill-Awtorita’ Maltija għat-Trasport.

Studenti li jistudjaw barra minn Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32466, jista’ l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-istudenti li jmorru jistudjaw barra minn Malta? Jista’ jgħid ukoll għaliex in-numru ta’ studenti li jistudjaw barra huwa daqstant żgħir meta mqabbel man-numru ta’ dawk li japplikaw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-istudenti jintgħażlu skont ir-riżultati akkademiċi li huma jkunu kisbu u l-opportunitajiet li huma disponibbli jitqassmu bejn il-Fakultajiet kollha.  L-istudenti jiġu kkonfermati mill-Student Affairs Committee tal-Universita’.

UNAIDS 95-95-95 - Miri ta’ sostenibbiltà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda Malta fil-progress biex tilħaq il-miri ta’ sostenibbiltà 95-95-95 tal-UNAIDS biex l-AIDS tintemm sal-2030?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li Malta għandha strateġija biex tilħaq il-miri ta’ sostenibbiltà 95-95-95 tal-UNAIDS.  Fil-fatt it-tieni u it-tielet mira li jirrapreżenatw in-numru ta' dawk li ġew dijanostikati bl-HIV fil-gżejjer Maltin li qegħdin fuq trattament antiretroviral (ART) hija stmata li hija 99% u l-aħħar mira li tirrigwarda dawk li qedin fuq ART li għandhom livelli virali sopressi hija ta' 97%. Huwa stmat iżda li għad irid isir progress biex nilħqu l-ewwel mira (86%) fejn dawk il-persuni jgħixu bl-HIV fil-gżejjer Maltin għandhom għarfien dwar l-istatus tagħhom. Fil-fatt, qegħdin ninvestu f'inizjattivi biex inżidu l-ittestjar sew fl-isptarijiet u kliniċi tas-saħħa kif ukoll fil-kommunità ma' popolazzjonijiet ewlenin li jafu jkunu iktar f'riskju ta' infezzjoni tal-HIV.  Il-ħidma għaddejja biex jintlaħqu l-miri kollha speċjalment fit-testjar, aċċess għall-prevenzjoni inkluż it-tnaqqis ta' stigma u d-diskriminazzjoni li ġġiegħel lil-pażjenti jevitaw ċertu ttestjar u kura li hija disponibbli.

GU Clinic - STIs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew riferuti għall-kura ta’ STIs fil-GU Clinic fl-2025 u x’inhuma dawn l-STIs?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ottubru 2025, 6,293 marru fil-GU Clinic. Uħud marru minn jeddhom u oħrajn ġew riferuti minn speċjalisti. 1,699 ġew dijagnostikati skond it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

GU Clinic - STIs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew riferuti għall-kura ta’ STIs fil-GU Clinic fl-2024 u x’inhuma dawn l-STIs?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2024, 7,142 marru fil-GU Clinic. Uħud marru minn jeddhom u oħrajn ġew riferuti minn speċjalisti. 1,781 ġew dijagnostikati skond it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

GU Clinic - PrEP b’xejn - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-ispiża medja fix-xahar għal min jingħata l-PrEP b’xejn mill-GU Clinic? Jista’ jgħid ukoll kemm tkun l-ispiża annwali inklużi l-kontrolli kull tliet - sitt xhur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30731.

PrEP - Preskrizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preskritti PrEP fl-2025 permezz tal-GU Clinic jew l-A&E?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2025, ġew preskritti 1,081 preskrizzjoni għall-PrEP mill-GU Clinic, l-uniku post fid-Dipartiment tas-saħħa minn fejn isiru dawn il-preskrizzjonijiet. Infurmat li l-ammont ta’ 1,081 huma preskrizzjonijiet u mhux individwi.  Kull pazjent iżur il-GU Clinic fuq medja ta’ darbtejn jew tliet darbiet fis-sena għall-testijiet u preskrizzjoni tal-PrEP.  Kull preskrizzjoni hi valida għal tliet xhur.  Filwaqt li l-maġġoranza tal-pazjenti jieħdu PrEP ‘on demand’ u allura jkollhom bżonn bejn tnejn u tliet preskrizzjonijiet fis-sena, dawk il-pazjenti li jieħdu ta’ kuljum il-PrEP jingħataw erba’ preskrizzjonijiet fis-sena.

PrEP - Riċetti validi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’riċetta valida għall-PrEP permezz tal-GU Clinic jew l-isptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2025, 457 pazjent kellhom riċetta għall-PREP maħruġa mill-GU Clinic. Infurmat li l-ammont ta’ 457 pazjent jinkludi kemm dawk li huma pazjenti ġodda kif ukoll oħrajn li komplew mis-snin ta’ qabel jiġu segwiti u huma f’riskju kontinwu billi huma esposti għall-HIV, liema pazjenti ikollhom follow up fil-GU clinic.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32347 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32107 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32346 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32345 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32105 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32355 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32115 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Finanzi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32354 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32114 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32353 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32113 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Units ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu units ta’ akkomodazzjoni soċjali minn Settembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll fejn jinsabu dawn il-postijiet u kemm għandhom kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Postijiet tal-Gvern ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet tal-Gvern ġodda mis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-4 ta’ Diċembru 2025, saru 59 kuntratt fuq propjetajiet ġodda.

Awtorità tad-Djar - Xiri ta’ units biex isiru sidien ta’ darhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant hemm bħalissa quddiem l-Awtorità tad-Djar, għal xiri ta’ units biex isiru sidien ta’ darhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, quddiem l-Awtorità tad-Djar, hemm total ta’ 884 applikant li ressqu talba għall-akkwist ta’ units sabiex isiru sidien ta’ darhom.

Skema ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ post’ - Ritorn ta’ ċwievet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, taħt l-iskema  ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ post’ minn Novembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minn Novembru 2023 sal-lum, ġew irritornati total ta’ 54 cavetta taħt l-iskema ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ post’.