Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – infermiera li ntalbu jaħdmu bil-lejl

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ġew mgħajta infermiera biex jaħdmu l-lejl tad-19 ta' Frar 2023 meta t-tali infermiera ma jaħdmux iljieli u kemm kien hemm bżonn minnhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ġimgħa li bdiet mit-13 ta’ Frar, 1,370 pazjent iddaħħal l-Isptar Mater Dei u allura kien hemm bżonn li jiġu mgħajta iktar infermiera. B’hekk intalbu biex jidħlu 4 infermiera addizzjonali għax-xogħol.

Ministeru għal Għawdex — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar dawn iż-żewġ applikazzjonijiet li għamel il-Ministeru tiegħu reċentement u jispjega għaliex saru: DS 00015/22 u DS 00208/22: Site at, Triq it-Tafla, Xagħra 'Remove precarious rubble and soft stone retaining wall and shore up dangerous debris with soft stone and rubble retaining wall?' Jista’ jgħid għaliex dawn iż-żewġ applikazzjonijiet ġew 'withdrawn' u jekk saritx applikazzjoni oħra u jekk le, għaliex ma saritx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-proċess tad-Dangerous Structures kien se jieħu ż-żmien tiegħu u anke għal fatt ukoll li l-istat tal-ħajt maż-żmien kien kulma jmur qiegħed jiggrava, fl-aħjar interess tas-saħħa u s-sigurtà, il-perit tal-Ministeru għażel li japplika l-artikolu 70 tal-liġi li tirregola l-Iżvilupp u l-Ippjanar biex ikopri x-xogħlijiet ta’ emerġenza fi Triq it-Tafla. Tali applikazzjoni tal-artikolu 70 ġiet milqugħa mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Ministeru għal Għawdex – Community Scheme Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u kemm ilhom? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat/Diviżjoni jifformaw parti dawn il-ħaddiema, x'inhu xogħolhom, x'korsijiet sarulhom s’issa u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 306 ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) mifruxin fuq 14-il Direttorat jew Diviżjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Dawn huma r-Rural Gozo Directorate, l-Eco Gozo & Regional Development Directorate, Services Gozo Directorate, Cultural Heritage Directorate, Projects & Development Corporate Services Directorate, Wild Birds Regulation Unit, CMU Maintenance Directorate, Maintenance & Restoration Directorate, Corporate Service Directorate, Gozo College, Tourism & Economic Development Directorate, Operation Division, People Management Directorate u Animal Welfare. Hija responsabilità tal-kuntrattur li jiddeċiedi dwar it-taħriġ li kull parteċipant għandu bżonn. Jobsplus tkun infurmata minn xahar qabel dwar liema parteċipanti għandhom jattendu liema taħriġ.

Imtarfa — Skola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Iskola Primarja tal-Imtarfa? Hemm pjanijiet biex jiġu rranġati l-ħsarat, u jekk iva, meta se jibda x-xogħol u sa meta huwa maħsub li jitlesta? Hemm indikazzjoni dwar jekk din l-iskola hux se tkun tista’ terġa’ tibda tilqa’ l-istudenti li bħalissa qed ikollhom jattendu skejjel fi rħula oħrajn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6580.

Higher Secondary School – ftehim mal-operatur tal-vending machines

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim eżistenti (attwali) bejn il-Higher Secondary School u l-operatur li qiegħed jopera l-vending machines (ta’ ikel u xorb) kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Higher Secondary School – prezzijiet tal-ikel u x-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prezzijiet tal-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ mill-vending machines kollha li hemm fuq il-premises tal-Higher Secondary School?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST – safar mill-Prinċipal

Question

Jista’ l-Ministru jelenka: (a) lista ta’ safar li sar mill-Prinċipal tal-MCAST matul dawn l-aħħar tliet snin; (b) meta kien dan is-safar; (ċ) kemm sewa flus; (d) għal liema raġunijiet sar dan is-safar; u (e) min kienu n-nies li attendew miegħu u xi rwoli għandhom fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Destinazzjoni Dati tas-safar Valur Totali Informazzjoni addizzjonali Dubai 12/12/2021 – 17/12/2021 €2,230 Expo 2020 Dubai. Il-Prinċipal attenda din l-expo flimkien mad-Deputy Principal Business Development and Communications. L-iskop ta’ din is-safra kien sabiex il-Prinċipal jindirizza numru ta’ seminars sabiex jippromwovu lill-MCAST u lil Malta bħala destinazzjoni għall-programmi ta’ taħriġ ta’ edukazzjoni vokazzjonali. Finland 25/10/2022 – 30/10/2022 €1,667 EfVET Annual Conference 2022. Il-Prinċipal serva bħala chairman ta’ din il-konferenza annwali.

Università – safar mir-Rettur

Question

Jista’ l-Ministru jelenka: (a) lista ta’ safar li sar mir-Rettur tal-Università matul dawn l-aħħar tliet snin; (b) meta kien dan is-safar; (ċ) kemm sewa flus; (d) għal liema raġunijiet sar dan is-safar; u (e) min kienu n-nies li attendew miegħu u xi rwoli għandhom fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Università ta’ Malta – għoti ta’ fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ħadet fondi Ewropej l-Università ta’ Malta, sena b’sena mill-2013 sal-2022, u jgħid ukoll kemm hu proġettat li tieħu (għal kull sena) mill-2023 sal-2030?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST – għoti ta’ fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ħa fondi Ewropej l-MCAST, sena b’sena mill-2013 sal-2022, u kemm hu proġettat li jieħu (għal kull sena) mill-2023 sal-2030?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 l-MCAST ibbenefikaw total ta’ €51,467,751.96 minn fondi Ewropej.

NSO – informazzjoni dwar residenti barranin

Question

Billi mill-aħħar informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jidher li ċerti lokalitajiet għandhom eluf ta’ residenti barranin, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema inizjattivi partikolari ta' integrazzjoni soċjali qed jittieħdu mill-kunsilli lokali, b'mod partikolari mill-kunsilli lokali ta' Birżebbuġa, l-Imsida, il-Marsa, Marsaskala, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema u s-Swieqi?

Response (BONNICI, OWEN)

Preliminarjament ninsab infurmat li s-suġġett tal-Inklużjoni, fejn għandhom x’jaqsmu l-Kunsilli Lokali, huwa premessa ewlenija ta’ din l-Amministrazzjoni tant illi ssir referenza għalih fil-Manifest Elettorali tal-2022 (Proposata Nru 692), illi tgħid: ‘Flimkien mal-Kunsilli Lokali u l-komunitajiet, nippromwovu programmi, attivitajiet u inizjattivi mmirati biex iwasslu għal integrazzjoni ġenwina f’pajjiżna.’ Intant, fit-tabella t’hawn taħt qed jitniżżel il-feedback miġbur mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali dwar is-suġġett inkwistjoni. Kunsill Lokali Feedback mill-Kunsilli Lokali għall-PQ 6724 Birżebbuġa Infurmat li r-residenti barranin ikunu mistiedna wkoll għal attivitajiet li jkunu qegħdin isiru u/jew jiġu organizzati mill-Kunsill Lokali. In ol tre , infurmat li meta jkun hemm avviż ta’ ċertu importanza dawn jintbgħatu b’kemm jista’ jkun lingwi differenti (apparti l-Malti u l-Ingliż). Dan isir biss meta jkun avviż ta’ materja importanti għal kulħadd. Marsa Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2019-2021 kien parteċipant fi programm Ewropew ‘Snapshot from the Borders’ ma’ diversi kunsilli lokali madwar il-fruntieri tal-Ewropa. L-iskop ta’ dan il-programm kien proprju biex inrawmu fost ir-residenti għarfien li l-persuni barranin huma kontribut għas-soċjetà. Infurmat ukoll li fis-Sena 2022, il-Kunsill nieda programm kulturali li kien jinkludi fost affarijiet oħra l-input ta’ komunitajiet barranin. Kien hemm anke Clean Up fil-lokalità mill-komunità Indjana u dik Sudaniża. Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Marsa huwa dejjem kommess biex persuni barranin ikunu membri b’mod sħiħ tal-komunità Marsija mingħajr ebda distinzjoni. Marsaskala Infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għandu kunsillier responsabbli minn dan is-settur li jieħu interess kbir f'dan il-qasam u li jipparteċipa kull darba li jkun hemmmeetingta' xi għaqdiet fil-lokalità bħalma huma ‘ Friends of Mskala’ li hija komunità ta' expats li jiġu minn madwar l-Ewropa kollha. L-Imsida Infurmat li ġewwa l-Imsida saru diversi attivitajiet hawn imsemmija dwar l-integrazzjoni u anke jeżisti kuntatt tajjeb mal-komunitajiet diversi. L-għan ewlieni huwa biex kulturi differenti jersqu lejn xulxin u jgħarrfu jaħdmu flimkien bħal voluntiera għal ġid tal-lokalità. • Connecting People – attività minn diversi komunitajiet fejn kienu bil-kostumi tradizzjonali,żfin u ikel. (Ottubru 2017) • Breakfast at the Pjazza – attività fejn komunitajiet barranin ġabu ikel mill-pajjiżi rispettivi tagħhom u n-nies preżenti daqu diversi ikel. (Ottubru 2019) • Parteċipazzjoni fl-inter faith conference aal- Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta. • Parteċipazzjoni fil-proġetti tal- EU ‘Europe of Diversity, Integration and Socialization of Migrants’ fejn il-Kunsill Lokali Msida ħa ħsieb ukoll l-organizzazzjoni ta’ waħda mill-konferenzi ġo Malta. • Proġett ieħor huwa SIREN Project mal-Border Town and Islands Network u f’Marzu ser isir konferenza Malta li qed jgħin fiha il-Kunsill. • Clean Ups fejn anke ipparteċipaw komunitajiet barranin fosthom mill-Filippini u l-Bangladesh. • Membri mill-komunità Indjana iffurmaw Ċrieket Club fejn għamlu kuntatt u tkellmu mal-Kunsill Lokali biex jagħmlu l-isem Msida Warriors u jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kampjunat lokali. • Saret laqgħa mal-Kummissarju Għoli għal-Indja dwar kollaborazzjoni għal attivitajiet li jistgħu jkunu organizzati aktar 'il quddiem biex jinkoraġġixxu prattiki tajbin għal ambjent nadif u stil ta' ħajja sana ( Jannar 2023). •Flimkien mal-Human Right Directorate (l-istrageja kontra r-razziżmu 2021-2023) u r-Reġjun Lvant saret laqgħa għall-pubbliku fil-Kunsill Lokali Msidadwar Patrijottiżmu = Anti-Razziżmu (25 ta' Frar 2023) • Fil-25 ta’ Marzu ser isir attività bejn il-Kunsill, l-Ahmadiyaa, il-Komunità Marokkina ta’ Malta u l-Parroċċa fuq il-kunċett tas-sawm, ser isir f’Misraħ San Gużepp. San Ġiljan Infurmat li f’dan l-istadju, tali Kunsill kien ghadu ma bagħatx il-feedback tiegħu. San Pawl il-Baħar Infurmat li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jieħu diversi inizjattivi favur il-lokalità b'mod ġenerali li fl-istess waqt jgħinu tissaħħaħ l-integrazzjoni fil-komunità. Fost dawn hemm sezzjonijiet ta'Yoga uVolleyball, lezzjonijiet fil-lingwa Maltija u Ingliża u attivitajiet għat-tfal. Ġiet organizzata għall-ewwel darba l-‘Qawra CommunityChristmas Fair’bil-parteċipazzjoni ta' diversi komunitajiet barranin li kienet suċċess kbir. Tas-Sliema Infurmat li dan il-Kunsill jorganizza diversi livelli ta’ lezzjonijiet ta’ Malti bħala lingwa barranija flimkien mad-Dipartiment tal-Life Long Learning. Is-Swieqi Infurmat li l-fatt li f'din il-lokalità ma ssirx festa, m'hawnx għaqdiet ta' baned/każini sfortunatament tagħmel is-sitwazzjoni iktar diffiċli. Għalhekk, il-Kunsill jagħmel l-almu kollu tiegħu sabiex imqar darba fis-sena jorganizza SwieqiFest fejn ir-residenti kollha jingħataw l-opportunità li jiltaqgħu f'attività komuni. Infurmat ukoll li matul is-sena jinżammu kuntatti ma' leaders ta' ċertu komunitajiet żgħar li jeżistu fil-lokalità msemmija bħala Bulgari, Ċiniżietc.

Skejjel tal-Gvern – miżuri dwar studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikolari ta' integrazzjoni soċjali qed jittieħdu fl-iskejjel tal-Gvern f'kull livell fejn hemm numru sostanzjali ta' studenti li mhumiex Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Qali – art għall-bini ta’ Arkivju Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-bini ta’ Arkivju Nazzjonali fuq l-art f’Ta' Qali li fit-3 ta’ Ġunju 2019 kienet mgħoddija uffiċjalment lill-Arkivji Nazzjonali għal dan l-iskop u li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ikkonferma li fuqha ser jinbena l-Arkivji Nazzjonali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġġiewi – Limiti tal-Għajn il-Kbira – xogħlijiet

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti Siġġiwin qed jilmentaw dwar l-istat ħażin tat-triq fiż-żona fil-Limiti tal-Għajn il-Kbira fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din iż-żona fis-Siġġiewi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż dak tas-Siġġiewi, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.

Siġġiewi – Limiti tal-Għajn il-Kbira – xogħlijiet

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti Siġġiwin qed jilmentaw dwar l-istat ħażin tat-triq fiż-żona fil-Limiti tal-Għajn il-Kbira fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din iż-żona fis-Siġġiewi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Gudja – Vjal l-Avjazzjoni – bus stage fil-waqfa 'Tajjara'

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir bus stage fil-waqfa ‘Tajjara’, il-Gudja, li tħares fuq Vjal l-Avjazzjoni u li tidher fir-ritratt anness ma' din il-mistoqsija parlamentari, peress li m'hemm imkien fejn persuna tista' tistkenn fil-viċinanzi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6733 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

MFSA – Executive Committee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6291, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Executive Committee?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta jinkludu l-fatti kollha li jkunu wasslu għal tali deċiżjoni. Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat, l-istruttura tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tiżgura li l-ebda persuna waħedha ma tista' tinfluwenza d-deċiżjoni u b’hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. Mingħajr preġudizzju għas-suespost, jekk u meta kien hemm istanzi fejn membru tal-Kumitat Eżekuttiv kellu kunflitt ta’ interess, dak il-membru jkun iddikjara tali kunflitt u in vista ta' dak il-kunflitt, ma jipparteċipax fid-diskussjonijiet, u kwalunwke deċiżjoni riżultanti, tal-Kumitat Eżekuttiv fejn huwa relevanti tali kunflitt. Fuq il-kunflitt innifsu u min u meta qajmu, tali informazzjoni mhijiex biss privata u kunfidenzjali skont il-liġi, iżda wkoll sensittiva fi sfond legali għaliex tista' tippreġudika l-pożizzjoni tal-Awtorità fi proċeduri legali pendenti, u għalhekk ma tistax tiġi żvelata.