Sajjieda li applikaw għal għajnuna biex jixtru l-fuel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sajjieda li applikaw biex jieħdu għajnuna biex jixtru l-fuel li għandhom bżonn għax-xogħol tagħhom? X’tip ta’ limitu huma intitolati għalih dawn l-istess sajjieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura rċieva total ta’ 209 applikazzjoni biex sajjieda jibbenefikaw mill-estensjoni ta’ din l-inizjattiva. Bħala limitu, kull intrapriża li ser tissottometti rċevuti tal-fjuwil, ser tiġi kkumpensata fuq il-bażi tar-rati applikabbli ta’ dak ix-xahar partikolari. Barra minn hekk, kull intrapriża tista’ tibbenefika sa massimu ta’ €75,000.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’tip ta’ kollaborazzjoni hemm bejn l-Aġenzija Sapport u l-grupp SPERO? Fejn qed jitlaqqgħu l-membri ta’ dan il-grupp, u x’taħriġ qed jingħataw? Kemm hemm persuni li jagħtu taħriġ u kif jintgħażlu dawk li jingħataw it-taħriġ? Tista’ l-Ministru tagħti dwar kif inhu aċċessibbli l-post li fih qed isir it-taħriġ preżentement?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport toffri servizz lil persuni li għandhom nuqqas ta’ vista permezz ta’ servizz ta’ matul il-jum li huwa outsourced minn SPERO. Il-persuni li jagħmlu użu mis-servizz jiltaqgħu fil-faċilitajiet tal-koperattiva li l-Aġenzija Sapport għandha l-kuntratt magħha għall-provediment ta’ dan is-servizz. It-taħriġ jinkludi programmi dwar ħiliet relatati mal-ħajja indipendenti, ħiliet relatati mat-teknoloġija tal-informatika u l-użu tal-Braille, ħiliet artistiċi u wkoll programmi soċjali. Bħalissa fi ħdan il-kumpanija hemm 6 ħaddiema li jagħtu t-taħriġ u minn żmien għal żmien jiġu mistiedna professjonisti li joffru taħriġ ieħor varjat. Il-persuni li jattendu SPERO kollha jipparteċipaw fi programmi u taħriġ skont il-bżonnijiet partikolari tagħhom. Il-post kurrenti fejn qiegħed jiġi provdut dan is-servizz huwa aċċessibbli permezz ta’ taraġ u lift.
Regolamentazzjoni tal-ħaddiema soċjali skont il-Kap. 468
Question
Peress li l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kap. 602) jiddefinixxi li “ħaddiem soċjali reġistrat” jew “ħaddiem soċjali” għandu jkollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom bl-artikolu 2 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468), u peress li l-Kap. 602 kontinwament jispeċifika l-identifikazzjoni ta’ “ħaddiem soċjali” fit-twettiq tax-xogħol mal-minuri, mal-ġenituri, ma’ professjonisti oħra u mal-ġudikatura, jista’ l-Ministru jikkonferma li, hekk kif titlob il-liġi, il-ħaddiema soċjali li qed jaħdmu mat-tfal, mal-ġenituri, ma’ professjonisti oħra u mal-ġudikatura, u/jew fi kwalunkwe ċirkostanza li taqa’ taħt il-Kap. 602, huma kollha regolati mill-artikolu 2 tal-Kap. 468? Min qiegħed jassigura dan?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li d-Direttorati li huma responsabbli mill-ħarsien u l-kura ta' tfal, hekk kif imwaqqfa skont il-Kap. 602 tal-Liġijiet ta' Malta, jimpjegaw diversi professjonisti li għandhom dmirijiet u responsabbilitajiet differenti skont l-esiġenzi tal-minuri. Hija l-liġi stess li tuża t-termini varji meta tirreferi għal min jaħdem f'dan is-settur, bħal 'uffiċjali' u 'ħaddiema soċjali'.
Għaldaqstant kull direttorat jassigura li kull professjonist li għandu rwol u li jaħdem mat-tfal huwa dejjem segwit minn ħaddiema soċjali li huma warranted filwaqt li jkun żgurat li s-superviżjoni u kull direzzjoni u deċiżjonijiet dwar il-minuri jittieħdu flimkien ma' warranted professionals. B'hekk, kull professjonist jaħdem taħt l-lenti ta' warranted professionals u l-ebda professjonist, sew jekk huwa social worker mingħajr warrant jew għandu kwalifiki oħra, ma jista’ jieħu deċiżjoni mingħajr il-gwida u r-responsabbiltà finali tal-warranted social worker. Għaldaqstant, il-warranted social workers jassumu r-responsabbiltà finali tal-każ. Warranted social worker huwa dak li għandu dan l-irwol skont l-artikolu 2 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fl-2021 u fl-2022? Għal liema reati tressqu? X'kienet l-età tagħhom? Kemm minnhom instabu ħatja? X'tip ta' sentenza ngħataw? Kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fl-2021 u fl-2022? Għal liema reati tressqu? X'kienet l-età tagħhom? Kemm minnhom instabu ħatja? X'tip ta' sentenza ngħataw? Kemm minnhom għadhom pendenti? X'tip ta' kura u/jew trattament ingħataw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat, hekk kif l-Qrati, inkluż dawk li jittrattaw każijiet dwar minorenni/ġjovanili (Juvenile Court), ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ tal-inkjesta fuq il-qtil tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta interna, ai termini tal-artikoli 3(b) u (ċ) u 4 tal-Att dwar l-Inkjesti (Kapitolu 273 tal-Liġijiet ta’ Malta), ġew ippubblikati kif jidher fi stqarrija numru PR230285, maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI), li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inkwantu għal dak li jirrigwardja inkjesti Maġisterjali, bħalma sħaqt drabi oħra, dawn huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali.
Attachments:PR230285.pdfKonklużjonijiet u Rakkommandazzjonijiet.pdf
Wara li mir-rapport tal-inkjesta fuq il-qtil tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħareġ li hemm nuqqasijiet serji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, iħoss il-Ministru li għandu jirriżenja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin ittieħdu miżuri bla preċedent biex tkun miġġielda l-pjaga tal-vjolenza domestika.
Nifhem li sar kemm sar u jsir kemm isir, xejn ma jista’ jsabbar lill-qraba ta’ vittmi ta’ femiċidji, li kif turi t-tweġiba għad-domanda parlamentari 4355, fl-aħħar 22 sena kien hemm 44 każ.
Però huwa obbligu tal-awtoritajiet, li jibqgħu determinati li jieħdu kull pass meħtieġ biex inaqqsu l-possibbiltà ta’ każi simili.
Kien għalhekk ukoll li flimkien mal-kollega Ministru għall-Ġustizzja tlabt l-inkjesta, li tagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, biex anke bħala Gvern u soċjetà nifhmu u naraw x’jista’ jsir iktar u aħjar.
Ir-responsabbiltà tiegħi hi li nara li dawn ir-riformi jitwettqu. Dan bil-għan li jibnu fuq bidliet oħra li saru fl-aħħar snin.
Fosthom il-fatt li:
- Fl-2018 saret riforma fil-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vittmi ta’ Voljenza Abbażi tal-Ġeneru mar-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Għall-ewwel darba fl-2020 din il-Kummissjoni bdiet topera b’Kummissarju full-time, bidla li nqisa importanti ħafna għaliex illum hemm Kummissarju li hi ffokata totalment fuq is-suġġett.
- Sar it-twaqqif tal-Gender Based Violence and Domestic Violence Unit fil-Korp tal-Pulizija, fejn għall-ewwel darba, vittmi ta’ vjolenza domestika bdew jiġu assistiti minn uffiċjali mħarrġa fil-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru, u mhux aktar mill-għassa tad-distrett. Dan sar wara pariri kemm ta‘ esperti nazzjonali, kif ukoll mil-GREVIO. Diġa’ ħabbarna x’se jkunu l-passi li jmiss biex is-servizz jibda jingħata f’iktar minn post wieħed.
- Twaqqfet il-Victim Support Agency, li nkorporat fiha wkoll il-Victim Support Unit tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll sħubija ma’ diversi entitajiet governattivi oħra, sabiex joffru diversi servizzi lill-vittmi ta’ kriminalità. Hawn kienu miftuħa Victim Support Hubs f’postijiet Ċentrali madwar Malta u Għawdex (Santa Luċija, Qawra, u Xewkija)
- Illum tingħata assistenza 24 siegħa kuljum lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u l-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż dik legali mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali.
- Waħda mill-ewwel liġijiet f’din il-leġiżlatura kienet dwar l-aggravju ta’ omiċidji li jkunu dikjarati bħala femiċidju.
Dawn huma ftit mill-ħafna bidliet li saru, li ħafna minnhom jibnu wkoll fuq ir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li b’dispjaċir ninnota li meta ġejna biex nivvotaw dwarha, l-Oppożizzjoni kienet maqsuma u naqset milli tibgħat is-sinjal b’saħħtu meħtieġ fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li għandhom jiġu rranġati, jew għandu jsir xi xogħol fuqhom, tul l-2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta tinsab f’diskussjonijiet attivi mal-Kunsilli Lokali kollha, fosthom dak tal-Mosta, u hemm pjan sabiex din l-akwata tgawdi minn proġetti infrastrutturali. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.
Persuni li għandhom passaport Malti taħt l-Iskema tal-IIP
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini mill-Amerika ta' Isfel, u minn liema pajjiż huma, pajjiż pajjiż, li għandhom il-passaport Malti li ġie akkwistat mill-iskema tal-IIP?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-istatistika dwar l-Iskema tal-IIP tinħareġ fir-rapport li jagħmel kull sena r-Regolatur li hu maħtur bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188). Dan ir-rapport, li jiġi ppreżentat lil dan il-Parlament, jinkludi r-reġjun ta’ minn fejn ikunu ġejjin il-persuni li jkunu akkwistaw iċ-ċittadinanza permezz ta’ din l-iskema. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal dawn ir-rapporti li jkunu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir investigazzjoni, u għaldaqstant jitressaq il-qorti, dwar min fornixxa d-droga lill-allegat qattiel tal-vittma li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn intqal li kien taħt l-effett tad-droga kokaina?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant investigazzjonijiet f’allegati illegalitajiet isiru mill-istituzzjonijiet relevanti li jaħdmu lil hinn mill-politiku.
Segretarjat Privat tal-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz
kull ġurnata(VAT eskluża)
Peugeot 208
Mikrija
07.11.22
Direct Order
Peugeot 208
€23.00
Peugeot 208
Mikrija
07.11.22
Direct Order
Peugeot 208
€23.00
Segretarjat Privat tal-Ministru għal Għawdex — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza li, skont il-Manwal, tintuża mis-segretarjat privat hija skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz (VAT eskluża)
Opel Corsa (Electric)
Mixtrija
25/08/2022
Tender
Opel
€27.511.43
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fis-segretarjat privat tiegħi hemm 2 vetturi mikrija skont il-Manwal, Peugeot E208 li hija vettura tal-elettriku mikrija bil-prezz ta’ €18.50 kuljum u Peugeot 208 li hija petrol mikrija bil-prezz ta’ €10.16 kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Prezz
Daihatsu Terios
Mixtrija
Diċembru 2012
€11,550
Nissan Juke
Mixtrija
Diċembru 2012
€16,305
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tagħha u x’inhi l-għamla tagħhom? Tista' tgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, tista' tgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha u mingħand min?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tliet karozzi li jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz
(VAT eskluża)
Nissan
Mikrija
Tender
GO Hire Ltd
€19.73 per day
Nissan
Mikrija
Tender
GO Hire Ltd
€19.73 per day
Citroen
Mixtrija
Tender
Michael Attard Imports Ltd
€ 9,496
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
GĦAMLAMIXTRIJA/MIKRIJADATATENDER/DIRECT ORDERDITTAPREZZ (VAT ESKLUŻ)
Opel Corsa MQZ 107Mikrijawef 19/11/22No tender was issuedSundrive Car Rentals (Altour Co. Ltd.)€14 per day
Opel Corsa MQZ 165Mikrijawef 18/10/22No tender was issuedSundrive Car Rentals (Altour Co. Ltd.)€16 per day
Jista’ l-Ministru jgħid kif ikunu assessjati studenti fir-rotta/programm tal-Core Curriculum Programme (CCP) fl-aħħar tas-sena? Jekk huma eżentati mill-eżamijiet, jista’ jgħid għaliex huma mitlubin jidħlu għas-sessjonijiet tal-eżamijiet? Xi jkunu qegħdin jagħmlu waqt din is-sessjoni tal-eżami?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li studenti tas-seba’ u t-tmien sena ma jkollhomx eżami summattiv fis-suġġetti CCP (Malti, Ingliż, Matematika, Reliġjon/ Etika u ICT). F’dan il-każ, l-għalliema tas-suġġett jagħtu task biex tinħadem waqt li studenti oħrajn ikunu qed jagħmlu l-eżami annwali. Dan ifisser li studenti CCP ikunu dejjem assessjati b’mod kontinwu u mhux b’eżami summattiv.
Sas-sena l-oħra (2021/22), studenti tad-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il sena kien ikollhom eżami annwali tal-kitba fil-Malti, Ingliż, Matematika, Reliġjon u ICT. Fil-każ tar-Reliġjon/Etika, Ġografija, Storja, Studji Soċjali l-eżami jkun orali biss.
Minn din is-sena skolastika (2022/23) studenti tad-disa’ sena mhux se jkollhom eżami annwali imma ser isegwu l-istess proċedura tas-seba’ u t-tmien sena tas-Sekondarja.