Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tanker Armada LNG Mediterrana

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6538, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-proċess li bih it-tanker Armada LNG Mediterrana jinqala' minn mal-jetty jinvolvix automatic decoupling, jew huwiex manwali? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura dettaljata li biha dan it-tanker jinqala' minn mal-jetty u jiġi winched fuq l-istorm moorings?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FSU Armada LNG Mediterrana, bħall-bastimenti rmiġġati kollha tuża numru ta’ linji ta’ rmiġġ konnessi bejn il-bastiment u l-moll biex tiżgura li tkun irmiġġata b’mod sigur. Fil-każ tal-FSU jintużaw total ta' 9 linji tal-irmiġġ fil-poppa u total ta' 9 linji tal-irmiġġ fil-pruwa. Dawn il-linji huma konnessi bejn il-winches tal-bastiment u l-ganċijiet ta' rilaxx malajr (quick release hooks) tal-moll. Taħt l-ebda ċirkostanza l-linji tal-irmiġġ ma jistgħu jinħelsu awtomatikament. Il-linji tal-irmiġġ huma skonnettjati mill-ganċijiet ta' rilaxx malajr (quick release hooks) jew manwalment jew remotely. It-tensjoni fuq il-linji hija mmonitorjata fuq bażi 24/7, kemm mit-terminal tax-xatt kif ukoll mill-FSU bl-użu ta 'Mooring Tension Monitor’. L-FSU hija konnessa b'mod permanenti ma' 8 ankri li jiffurmaw parti mis-sistema tas- “Strom Mooring”. Taħt kundizzjonijiet normali l-kejbils għal dawn l-ankri ma huma taħt l-ebda tensjoni, bil-bastiment jiddependi fuq il-linji tal-irmiġġ biex jibqa' rmiġġat sew maġenb il-moll. Taħt ċerti kundizzjonijiet, bi qbil mal-Awtorità tal-Port, l-FSU hija meħtieġa li timxi fuq lis-“Storm Mooring”. Dan jinvolvi l-ingaġġ tal-Malta Maritime Pilots, Tug Malta Ltd u l-Malta Boatman & Services Co-op Ltd. L-FSU b’koordinazzjoni bejn il-Kaptan tal-bastiment, il-Bdoti abbord, l-irmonkijiet preżenti u l-irmiġġaturi, flimkien mal-ekwipaġġ tal-FSU, it-tensjoni fuq l-irmiġġ tas-Storm Mooring tiżdied filwaqt li fl-istess ħin, it-tensjoni fuq il-linji tal-irmiġġ titnaqqas gradwalment. Ladarba l-piż tal-bastiment u għalhekk il-pożizzjoni tagħha tkun qed tinżamm mis-Storm Mooring, il-linji tal-irmiġġ jiġu rilaxxati manwalment jew remotely. F'dan l-istadju l-bastiment huwa kkunsidrat irmiġġat bi 8 ankri, li jiżguraw li żżomm il-pożizzjoni tagħha sakemm il-kundizzjonijiet tat-temp jitjiebu.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5782 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta' Kerċem, Birżebbuġia, Tarxien, Luqa, Mqabba, Gudja, Qormi, Mellieħa, Żabbar, Dingli, Birkirkara, Ħaż-Żebbuġ, Naxxar u l-Gżira. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Arijiet – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5783 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5784 u tagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta' Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, il-Furjana, il-Ħamrun, Ħal Għaxaq, Ħal Balzan, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, l-Isla, l-Imtarfa, l-Imqabba, il-Marsa, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imġarr, in-Naxxar, is-Swieqi, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Wied il-Għajn, iż-Żurrieq u x-Xewkija Għawdex. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Entità/Awtorità Ħaddiema ingaġġati Ħaddiema li spiċċaw Kummissjoni għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Jonizzanti u mhux Jonizzanti (RPC) 1 Nil Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) Nil Nil Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) 1 1 Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) 1 1 Aġenzija Sapport 20 8 Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal- Konsumatur (MCCAA) 6 10

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5785 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

MFSA – emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6309 jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-mistoqsijiet tal-media ma ġewx imwieġba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni tiddependi minn varji punti, inkluż meta l-MFSA tintalab tagħti informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi, ma jkunux jistgħu jingħataw kummenti dwar dak mitlub, inkella jiġu imposti deadlines li ma jkunux realistiċi biex tingħata tweġiba ġusta u fattwali, fost oħrajn.

PBS — Bord Editorjali - membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3037, issa li għaddew diversi xhur mill-mistoqsija oriġinali, u jgħid min huma l-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom u kemm hi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Membri tal-Bord Editorjali tal-PBS ġew maħtura għal perjodu ta’ tliet snin bid-data effettiva mit-13 ta’ Ġunju 2022. Title Surname Name Position Mr Sammut Joseph Chairperson Mr Flores Charles Member Dr Fenech Martin Member Infurmat illi r-remunerazzjoni taċ-Chairperson tammonta għal €16,305, filwaqt illi tal-membri tammonta għal €3,000. Intant, tajjeb li jiġi mfakkar illi tali ħatriet ilhom pubbliċi sa minn Awwissu tas-sena 2022, hekk kif dawn kienu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern. Għalhekk, l-informazzjoni dwar l-ismijiet mitluba kienet fid-dominju pubbliku, u mhux mistura kif jittenta jallega l-Onor. Interpellant f'xi intervisti li ta lil xi ġurnali.

PBS — Rapporti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1157, issa li għaddew diversi xhur mill-mistoqsija oriġinali, jista' l-Ministru jippubblika r-rapporti mill-2016 sal-lum li l-Bord Editorjali tal-PBS huwa obbligat li jippubblika skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para. 6d)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kif ingħad fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1157, ir-rapport imsemmi jiġi preżentat mill-Bord Editorjali lill-Bord tad-Diretturi permezz ta' dokument li jkun fih l-għażla tal-programmi li jiġu shortlisted mill-istess Bord. Minn din il-lista, infurmat li ssir l-iskeda finali li mbagħad tiġi preżentata lill-azzjonista prinċipali tal-PBS u ċjoè l-Gvern. Intant infurmat li l-ispirtu ta' dak li titlob in-National Broadcasting Policy qed jiġi sodisfatt bil-preżentazzjoni tal-iskeda finali.

PBS – Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3036, issa li għaddew diversi xhur mill-mistoqsija oriġinali, u jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS? Jista’ jgħid meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom u kemm hi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-PBS ġew maħtura għal perjodu ta’ tliet snin bid-data effettiva mit-13 ta’ Ġunju 2022. Title Surname Name Position Dr Sammut Mark Chairperson Dr Woods Edward Director Mr Calleja Ray Director Mr Camilleri Jeremy Director Mr Grech Engelbert Director Mr Marshall Albert Director Dr Portelli Marthese Director Mr Micallef Pablo Director Ms Zarb Adami Adriana Director Infurmat illi r-remunerazzjoni taċ-Chairperson tammonta għal €26,087, filwaqt illi tal-membri tammonta għal €3,000. Intant, tajjeb li jigi mfakkar illi tali ħatriet ilhom pubbliċi sa minn Awwissu tas-sena 2022, hekk kif dawn kienu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern. Għalhekk, l-informazzjoni dwar l-ismijiet mitluba kienet fid-dominju pubbliku, u mhux mistura kif jittenta jallega l-Onor. Interpellant f'xi intervisti li ta lil xi ġurnali.

Awtorità tal-Artijiet — kuntratt mal-kerrejja tal-Fortizza ta' Bengħajsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6663 u jippubblika l-kuntratt li l-Awtorità tal-Artijiet għandha mal-kerrejja tal-Fortizza ta' Bengħajsa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

Bastimenti merkantili li daħlu f’pajjiżna f’dawn l-aħħar għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6655 u jgħid kemm daħlu bastimenti merkantili f’pajjiżna tul dawn l-aħħar sentejn u kemm niżlu persuni minn abbord dawn il-bastimenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..

Bdil fis-sistema preżenti tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6656 u jgħid jekk huwiex minnu li s-sistema preżenti tat-traffiku li joħroġ minn Triq il-Palma u Triq San Anard f’Ħal Tarxien se tinbidel billi qiegħed jingħad li minflok se ssir roundabout li tbiddel il-konfigurazzjoni u l-flow tal-istess traffiku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ippreparati disinji alternattivi u qed isir studju dwar liema l-aħjar disinn għandu jiġi implimentat.

Wied il-Għajn – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Wied il-Għajn114112

Raħal Ġdid – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda – 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Paola256400

Iż-Żejtun – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żetjun tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Żejtun288379

Marsaxlokk – librerija pubblika – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàKotba mixtrija ġodda - 2022Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022 Marsaxlokk214355

Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – xiri/żvilupp ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali u kumitati reġjonali ngħataw permess li jixtru proprjetà, jew li jiżviluppaw art fil-lokalità tagħhom? Liema minn dawn il-kunsilli lokali jew kumitati reġjonali kellhom it-talba tagħhom aċċettata, u kif ser isir il-finanzjament tal-proġetti approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika għal liema perjodu ta’ żmien speċifiku qiegħda tirreferi.

Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali jew kumitati reġjonali li għandhom talba għal devoluzzjoni ta' bini jew art li jixtiequ jiżviluppaw? F'kull każ, liema huma l-kunsilli lokali jew kumitati reġjonali li għandhom tali talba pendenti? Għal liema skop qed jitolbu li tiġi devoluta l-proprjetà li qed jitolbu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsilli lokali jew kumitati reġjonali li għandhom talba għal devoluzzjoni ta' bini jew art li jixtiequ jiżviluppaw u r-raġuni għat-talba għad-devuluzzjoni.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet hux qed iwettqu xogħol għall-kunsilli lokali? Jekk iva, liema xogħlijiet qed iwettqu u kif isir il-ħlas ta’ tali xogħlijiet? F’liema lokalitajiet qed jitwettaq xogħol bħalissa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li iva, il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jaħdmu fuq numru ta’ proġetti madwar Malta bi qbil mal-kunsilli lokali li qed isiru fl-intier tagħhom mill-istess Dipartiment. Hemm numru ta’ proġetti oħra li qed isiru bis-saħħa ta’ ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-kunsilli lokali, fejn il-materjal jitħallas mill-kunsill u x-xogħol isir minn ħaddiema tal-istess Dipartiment.

Sajjieda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda (full-time u part-time separatament) li huma reġistrati f’kull wieħed mill-portijiet fejn hemm sajjieda reġistrati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekords fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd, fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, jinżammu abbażi tal-bastimenti tas-Sajd reġistrati u mhux fuq sajjieda. Ninsab infurmat li n-numru ta’ bastimenti tas-sajd reġistrati bħala full-time u part-time f’kull port huwa kif ġej: Port Numru ta’ bastimenti part-time Numru ta’ bastimenti full-time Total Anchor Bay 3 1 4 Armier 9 2 11 Baħar iċ-Ċagħaq 1 0 1 Birżebbuġa (Pretty Bay) 1 0 1 Birżebbuġa (St. George's Bay) 19 9 28 Buġibba 9 1 10 Dwejra 7 5 12 Għar Lapsi 6 2 8 Ġnejna 33 8 41 Gżira (Lazzaretto Creek) 2 0 2 Gżira (Sliema Creek) 2 0 2 Kalkara 8 4 12 Marfa 4 1 5 Marsa 2 2 4 Marsalforn 12 9 21 Marsaskala 21 15 36 Marsaxlokk (il-Magħluq) 35 68 103 Marsaxlokk (ix-Xatt) 47 106 153 Marsaxlokk (Kavallerizza) 1 15 16 Mellieħa Bay 16 3 19 Mġarr (Gozo) 63 57 120 Mgġarr ix-Xini 2 0 2 Mistra Bay 3 2 5 Msida Creek 26 14 40 Pieta’ 2 1 3 Qawra 6 0 6 Qbajjar 1 1 2 Ramla tal-Qortin 5 0 5 Ramla tat-Torri 2 0 2 Salina 7 0 7 Senglea (Dockyards Creek) 1 0 1 St. Julian's Bay 13 14 27 St. Paul's Bay (il-Gillieru) 6 4 10 St. Paul's Bay (il-Veċċa) 10 27 37 St. Thomas Bay 2 0 2 Ta' Xbiex 6 1 7 Valletta (Grand Harbour) 0 10 10 Valletta (Marsamxett) 0 1 1 Valletta (Pixkerija) 0 3 3 Wied izż-Żurrieq 2 0 2 Xemxija 8 11 19 Xemxija (il-Fekruna) 0 1 1 Xlendi 8 3 11 TOTAL 411 401 812